Legislature:
Category:
Reset
Active:

AUM – Jedd fuq il-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Università Amerikana f’Malta (AUM) għandhiex xi forma ta’ jedd fuq il-baħar fil-baċir ta’ quddiemha? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti neċessarji li juru li hemm dan il-jedd?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Youth Workers – Responsabbiltajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-responsabbiltajiet ewlenin tal-youth workers fi ħdan il-komunitajiet lokali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li r-responsabbiltajiet tal-ħaddiema maż-żgħażagħ huma regolarizzati mill-Qafas nazzjonali tal-Kwalifiki.

Youth Centres u Youth Hubs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn youth centres jew youth hubs u fejn jinsabu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-Aġenzija Żgħażagħ tmexxi dawn il-Youth Hubs; MCAST Paola u Għawdex, l-ITS, MA Refalo Sixth Form u żewġ youth activity centres (1 Marsaxlokk u 1 Dingli).

Youth Workers

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il darba fil-ġimgħa jew fix-xahar joperaw il-youth workers f’kull lokalità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-youth workers ma joperawx b’mod standard. Infurmat li l-Aġenzija Żgħażagħ topera b’mod nazzjonali, l-interventi tal-youth workers jitfasslu u jitwettqu skont il-programmi, il-prijoritajiet f’Malta u Għawdex.

Fact-Finding Report - Rakkomandazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 32338 u 32739, jista’ l-Ministru  jgħid jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-Fact Finding Report ġewx implimentati? Jekk iva, jista’ jgħid kif u meta dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati peress illi qed titqajjem preokkupazzjoni dwar dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; 1.     Id-Direttorat tal-Kwalita u Standards f-Edukazzjoni jagħmel external Review. L-external review sar u matul dan ix-xhur, l-istess Direttorat fassal u żviluppa framework ta’ external review li se jibda jintuża f’dawn l-istituzzjonijiet.  Dan il-mudell se jiġi varat f’din is-sena skolastika 2.     Isiru diskussjonijiet mac-Child Safety u Child Protection dwar il-każ. Id-diskussjonijiet saru u ma kienx hemm bżonn ta’ investigazzjoni ulterjuri 3.     Jitfassal qafas regolatorju għall-ABA. Saru laqgħat bejn stakeholders neċessajri u qed jitlesta rapport.

CT2132/2025 Design, Build, Demolition, Shoring of Existing Structure, Excavation, Construction, Finishes, Landscaping and MEPs using Env Friendly Prod. for Marija Bambina Mellieħa Primary School

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tas-sejħa CT2132/2025 ‘Design, Build, Demolition, Shoring of Existing Structure, Excavation, Construction, Finishes, Landscaping and MEPs using Env Friendly Prod. for Marija Bambina Mellieħa Primary School’ u meta hu maħsub li jingħalaq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-offerti tas-sejħa msemmija qed jiġu evalwati.

L-Għasri - Għolja ta’ Għammar - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar ix-xogħlijiet ġewwa l-Għolja ta’ Għammar fl-Għasri? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn ix-xogħlijiet tlestewx kollha u jekk le, x’fadal isir u meta hu maħsub li dan il-proġett jitlesta kollu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Ix-Xewkija - Ċentru tal-Università - Estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar f’dawn l-aħħar xahrejn fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija u kemm intefqu flus fuq din l-estensjoni f’dawn l-aħħar xahrejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Inteperpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25006.

Skejjel sekondarji tal-Gvern - Għalliema tal-Arti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għalliema ġodda li jgħallmu l-Arti fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern u jekk iva, kemm kien in-numru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel sekondarji tal-Istat daħlu 2 għalliema tal-arti ġodda.

Il-Mosta - MCAST Arts & Design - Għalliema tal-Arti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għalliema ġodda li jgħallmu l-Arti fl-MCAST Arts & Design tal-Mosta li ġew ingaġġati u jekk iva, kemm kien in-numru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li ġew ingaġġati 4 impjegati ġodda fl-MCAST Arts & Design tal-Mosta.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Lulju 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari w435.

Skola Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33899 u 34110 u jgħid jekk hux ser ikun hemm intake ta’ studenti ġodda għas-sena skolastika 2026-2027 fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, il-Wardija? Jekk iva, kemm hu n-numru ta’ studenti li ser ikunu qegħdin jidħlu għall-ewwel darba fil-bidu ta’ din is-sena skolastika? Jekk le, x’inhi r-raġuni għal dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għaċ-ċirkulari maħruġa mid-Dipartiment għas-Servizzi Edukattivi, tali ċirkulari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34163 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L-Imġarr, Malta - Skola Primarja - Multi-sensory room

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34100 u jgħid jekk l-Iskola Primarja tal-Imġarr, Malta għandhiex multi-sensory room?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar – Skola Primarja – Multi-sensory room

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34097 u jgħid jekk l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar għandhiex multi-sensory room?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.