Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtha? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19901.
Ċentru tal-Università ta’ Għawdex – xogħlijiet ta’ Estensjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet ta' estensjoni taċ-Ċentru tal-Università ta' Għawdex u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bl-estensjoni tal-Kampus t’Għawdex ser ikun hemm laboratorju tal-kompjuters, sala tal-lekċers, kmamar għas-seminars/konferenzi bi spazju għall-interpretazzjoni simultanja u board room, imħażen kif ukoll zona msaqqfa għall-karozza tal-kampus.
Bl-ammont ta’ xogħol involut, qegħdin nippjanaw li dan ix-xogħol jitlesta sal-2023.
Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet jingħataw miċ-Ċentru tal-Università ta' Għawdex, kemm kien hemm studenti bejn l-2015 u l-2020 f'dawn il-korsijiet u xi pjanijiet hemm għal korsijiet oħra fl-istess ċentru?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Rigward is-snin akkademiċi 2018/19, 2019/20 u 2020/21, nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 17681 u 20060. Fir-rigward tal-korsijiet li kienu ngħataw bejn sitta u erba' snin ilu, din l-informazzjoni tkun tista' titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra appena tinġabar.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20061, tista' l-Ministru tagħti d-dettalji kwantu l-istudenti li spiċċaw l-iskola sekondarja, jiġifieri l-iskola tal-obbligu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-għadd ta’ studenti li spiċċaw l-iskola sekondarja f'Għawdex fl-aħħar tliet snin skolastiċi huwa kif se nsemmi:
2017/18: 289
2018/19: 329
2019/20: 273
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20764, tista' l-Ministru tgħid min kienu l-professjonisti fis-settur li għandu d-dipartiment u skont il-Ministru, l-istess dipartiment li qed jistrieħ fuq id-deċiżjonijiet tagħhom? Tista' tgħid ukoll liema huma dawk l-eċċezzjonijiet li jsiru, meta jkun hemm kundizzjoni medika severa u jekk il-każ tal-persuna msemmiha, jaqax taħt dawn l-eċċezzjonijiet?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-professjonisti huma uffiċjali li għandhom esperjenza ta’ ħafna snin f’dan ix-xogħol u għandhom ukoll il-kwalifiki meħtieġa f’dan il-qasam. Eċċezzjonijiet ta’ kundizzjoni medika severa huma varji u jkunu ċertifikati minn konsulenti fil-qasam tas-saħħa. Infurmata li l-każ ta’ din il-persuna ma jaqax taħt kundizzjoni medika severa.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex ma sarx rapport u ma ttieħdux passi kontra l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq diversi istanzi ta’ serq magħmul minnu fl-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, inkluż sa tliet ġimgħat ilu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fl-iskola li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ma hemm ebda impjegat bil-kunjom indikat mill-Onorevoli interpellant.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti fl-Università ta’ Malta li tul dawn l-aħħar erba’ snin, attendew għall-Kors tal-Medjazzjoni u għall-grad ta’ Masters fl-istess linja?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Infurmata li għall-kors ta' Master of Arts in Mediation, li fetaħ biss fis-sena akkademika 2020/21, bħalissa hemm għaxar studenti reġistrati.
Università ta’ Malta — Kors ta’ Diploma in the Laws of Procedures
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm student Universitarji li tul dawn l-erba’ snin kienu reġistrati għall-Kors ta’ Diploma in the Laws of Procedures u jekk dan baqax jiġi organizzat kull sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Infurmata li l-Kors ta' Diploma in the Laws of Procedures sar kull sena u fl-aħħar erba' snin kien hemm 79 student li segwew dan il-kors.
Gozo College Middle School – Xogħlijiet waqt il-ħin ta’ skola
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma li fit-13 ta' Mejju 2021 waqt il-ħin ta' skola saru xogħlijiet fil-Gozo College Middle School, liema xogħlijiet iddisturbaw il-klassijiet li kienu għaddejjin? Tista' tikkonferma li dawn ix-xogħlijiet kienu jirrigwardaw it-tneħħija tal-kontrabejt li issa m'għadux meħtieġ, peress li nbena sular ieħor? Għala dawn ix-xogħlijiet ma sarux x'ħin ma kienx hemm studenti, meta suppost il-bennej kien intrabat li ma jaħdimx waqt il-ħin tal-iskola?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fis-sit fejn qegħdin nibnu Skola Primarja ġdida u estensjoni tal-Middle School eżistenti fir-Rabat, Għawdex, qiegħed isir bl-inqas inkonvenjent possibbli lill-operat tal-iskola. Fil-fatt ħafna mix-xogħol qiegħed isir wara l-ħin tal-iskola. Fil-każ inkwistjoni dan beda fis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.
Kappella ta’ Santa Katarina fil-Gudja – xogħol ta’ restawr
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16369, tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra f’liema pożizzjoni wasal il-proċess ta’ restawr tal-Kappella Santa Katarina Gudja, x’xogħol sar u kemm intefaq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Infurmata li l-proċess ta’ restawr tal-Kappella ta’ Santa Katerina fil-Gudja wasal fit-tmiem tiegħu.
Skejjel – tfal li jbatu minn mard respiratorju u mard ieħor relatat
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, kemm hawn tfal f'kull skola li jbatu minn mard respiratorju u mard ieħor relatat, maqsuma lokalità b'lokalità u sena b' sena, mill-2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-iskejjel jitolbu u jingħataw biss informazzjoni dwar kundizzjonijiet li l-ġenituri jagħżlu li jgħaddu lill-amministrazzjoni tal-iskola f’każijiet ta’ emerġenza medika.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti illi fil-preżent qed jieħdu pakkett tal-ikel taħt l-Iskema 9 kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Kemm qed jiswa lill-Gvern dan is-servizz?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ studenti li f’din is-sena skolastika qed jirċievu pakkett tal-ikel taħt Skema 9 huwa ta’ 232 u qed tiswa madwar €100,000 f'sena skolastika.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL6649 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 469 nhar l-Erbgħa, 2 ta' Ġunju 2021.)
Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern u/jew alternattivi fir-rigward tal-eżamijiet tal-MATSEC u kif ser jiġu disposti ċ-Ċentri tal-Eżamijiet kif ukoll x’prekawzjonijiet se jittieħdu fid-dawl tat-tixrid tal-COVID-19 minħabba konċentrazjonijiet kbar ta' studenti, għalliema u supervisors u persuni oħra fiċ-ċentri infushom u fil-madwar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-dipartiment konċernat fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, qed isegwi l-Linji gwida uffiċjali marbuta mal-pandemija maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Il-kandidati se jkunu qed jattendu f’diversi ċentri mifruxa f'Malta u Għawdex.
Ix-Xewkija — Gozo University Campus – proċess ta’ estensjoni u refurbishment
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess tal-estensjoni u r-refurbishment tal-Gozo University Campus fix-Xewkija u kif ukoll tgħid f’liema xahar u sena hemm ippjanati li tkun lesta minn kollox din l-estensjoni u r-refurbishment ta' dan l-istess ċentru tal-Università f'Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li ġie konkluż il-bini tal-estensjoni tal-Kampus t’Għawdex u xogħlijiet oħra relatati mal-istruttura. Bħalissa għaddej il-proċess biex jitlesta u jingħata t-tender għax-xogħol ta' M&E u Finishing. Dan ix-xogħol huwa ppjanat li jitlesta sal-2023.
Tista’ l-Ministru tgħid x’għajnuniet se jkun hemm għal dawk l-istudenti li għandhom bżonn LSE għax għandhom ADHD, Dyslexia jew di¿abbiltà oħra u qed isegwu l-lezzjonijiet tal-iskola online?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li studenti li għandhom Statement of Needs għal diżabiltajiet diversi u qegħdin jattendu onlajn għandhom sapport onlajn minn LSE ukoll, flimkien ma' diversi servizzi offruti mill-ministeru stess jew kuntrattati minn entitajiet professjonali oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni — impjieg, tender jew direct order lill-persuna
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa' taħtha tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li d-Direttorati/Entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma tawx impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament mill-2013 lil hawn.
Ministeru għall-Edukazzjoni — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18617, tista’ l-Ministru tgħid, minħabba li l-flus mogħtija mid-Dipartiment tal-Istrategy & Support fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus (€10,000) kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ li għamlet hi stess bin-numru 18617.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm kmamar f'kull Skola tal-Gvern li jintużaw bħala "multi-sensory room"? F'liema skejjel jinsabu? Hekk hemmx ħsieb, u fejn, li jkun hemm oħrajn?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm disa’ Multisensory Learning Rooms. Dawn jinsabu fl-iskejjel primarji ta’ Pembroke, Ħaż-Żebbuġ, Fgura, Senglea, Birżebbuġa, San Ġwann, Lija, Pietà u B’Kara. Huwa ppjanat li jinfetħu oħrajn u l-ewwel tnejn ser ikunu l-Qawra u Marsaskala (San Ġwakkin) fis-sena skolastika li jmiss.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm hemm Learning Support Educators jaħdmu taħt il-Ministeru tagħha u fejn jaħdmu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li Learning Support Assistants jaħdmu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni hemm 2652. Dawn jaħdmu fl-iskejjel Primarji, Skejjel Medji, Skejjel Sekondarji, Ċentri tar-Riżorsa u Learning Support Centres.