Legislature:
Category:
Reset
Active:

Artijiet li huma proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art li kienet tintuża mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u xi artijiet oħrajn fl-inħawi, humiex proprjetà tal-Gvern? Jista’ jindika liema artijiet huma tal-Gvern u liema huma ta’ sidien privati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-art li d-dettalji għaliha ngħataw separatament mhix proprjetà tal-Gvern.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 4776 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 297, nhar it-Tnejn it-13 ta' Jannar 2025)

Ħal Qormi – Żona ta’ Farsina – Xiri ta’ HOS plots

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il plot tal-Home Ownership Scheme (HOS) inxtraw mill-Gvern fl-aħħar tliet snin f’Ta’ Farsina, Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont imħallas u d-dati ta’ meta saru l-kuntratti ta’ akkwist ta’ kull plot HOS f’Ta’ Farsina f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

PA /07295/24 u PA 07490/24 — Ftehim

Question

In vista tal-applikazzjonijiet ta’ żvilupp, PA/07295/24 u PA/07490/24, ta’ Istitut - f'Ta’ Ġiorni, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jipprovdi kopja tal-kuntratt ta’ trasferiment mill-Gvern Malti lill-Gvern Libjan fl-1976 u kwalunkwe emenda li saret lill-istess kuntratt tul iż-żmien? Jista’ wkoll jipprovdi kopja ta’ kwalunkwe ftehim dwar is-sit, inklużi dawk tal-2013 fejn il-Gvern Libjan intrabat li jinvesti 22.4 miljun Ewro fi żvilupp tas-sit għal studenti internazzjonali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Fortifikazzjonijiet ta’ San Klement — Restawr MoU

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23217, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding (MoU)?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub.

BCRS — Encroachment Permits

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23219, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba b’mod komplet, jiġifieri maqsuma xahar b’xahar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Il-Kalkara — Forti Ricasoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Forti Ricasoli fil-Kalkara hix proprjetà tal-Awtorità tal-Artijiet u jgħid minn min hi amministrata bħalissa? Jista’ jgħid ukoll jekk l-Awtorità krietx l-istess forti lil terzi bejn is-sena 2020 u l-ġurnata li fiha tiġi imwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jekk iva, jgħid lil min?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet tinsab f'diskussjonijiet mal-Malta Film Commission dwar il-ftehim fuq Fort Ricasoli.

Awtorità tal-Artijiet — Tenders fuq Artijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu tenders mill-Awtorità tal-Artijiet fuq artijiet pubbliċi bejn Jannar 2019 u Ottubru 2024? Jista’ jelenka liema kienu u f’liema lokalitajiet jinsabu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi nħarġu 767 tender mill-Awtorità tal-Artijiet, maqsuma f’lokalitajiet kif qed jiġi ppreżentat fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22256.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Lukanda — Proċeduri ġudizzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19161 u 20637 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18592 rigward il-proċeduri Ġudizzjarji pendenti dwar is-sit tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jagħti l-okkju, in-numru tar-rikors, u jgħid quddiem liema Qorti għaddejjin il-proċeduri msemmija?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proċeduri ġudizzjarji li d-dettalji ngħataw separatament huma kif ġej. Kummissarju tal-Artijiet vs NMF Limited Prim - Awla tal-Qorti Civili.

Fidi ta’ ċnus – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm baqa' applikazzjonijiet għal fidi ta' ċnus ta' proprjetajiet amministrati mill-Uffiċċju Konġunt li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Konġunt huwa biss responsabbli li jilqa’ l-applikazzjonijiet għall-fidi ta’ ċnus taħt l-iSkema 2019, waqt li l-ipproċessar tal-applikazzjonjiet hija responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet.

Fortifikazzjonijiet ta’ San Klement — Restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22052, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-restawr tal-Fortifikazzjonijiet ta’ San Klement jinkludix l-ispazji tas-swar minn ġewwa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta’ tindif mid-Direttorat tat-Tindif Pubbliku. Dan wara ftehim permezz ta’ MoU flimkien mal-Ministeru tal-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali.

BCRS — Encroachment Permits

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21108 u jgħid kemm-il encroachment permit inħareġ mill-Awtorità tal-Artijiet relatati mal-iskema tal-BCRS mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet tat 52 konċessjoni lill-BCRS.

Forti Ricasoli — Kuntratti tal-kiri

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha fuq il-kiri tal-Forti Ricasoli għall-użu tal-films kemm dawk lokali u dawk barranin mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skont il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.

Awtorità tal-Artijiet — Konċessjonijiet għal imwejjed u siġġijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22610, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-29 konċessjoni maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet għal imwejjed u siġġijiet fi Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta' San Tumas?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista mitluba.