Jista’ l-Ministru jgħid meta nqala’ l-bieb tal-Fortizza tal-Grazzja fix-Xgħajra u x’sar minnu, minn meta nqala’ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qiegħda f’diskussjonijiet rigward il-proċess tar-restawr.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 501 u jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena? Jista’ l-Ministru jagħti wkoll iċ-ċifri separatament dwar:
i. il-marketing tal-kanzunetta f’pajjiżi barranin fosthom billboards, magazines u riklamar;
ii. il-marketing tal-kanzunetta f’pajjiżna fosthom banners, billboards, magazines u riklamar;
iii. l-akkomodazzjoni u t-titjiriet tal-ajru ta’ kull pajjiż li l-kantant żar qabel biex isir il-marketing tal-kanzunetta, fosthom l-Awstralja, in-Norveġja, l-Albanija, il-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, ir-Rumanija, l-Ingilterra, San Marino u l-Litwanja;
iv. kemm siefru persuni mal-kantant matul dawn il-vjaġġi kull darba u xi rwol kellu kull wieħed minnhom;
v. kemm telgħu persuni flimkien mal-kantant ġewwa Vjenna bħala parti mill-kontinġent u x’kien l-irwol ta’ kull persuna; u
vi. kemm ġew jiswew b’kollox it-titjiriet u l-akkomodazzjoni tal-kontinġent Malti, inkluż tal-kantant, fi Vjenna?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 486 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport u jgħid x’arranġamenti alternattivi ser jingħataw lill-istudenti u lir-residenti tal-Mellieħa wara l-għeluq tal-librerija pubblika fil-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll meta dawn l-arranġamenti ser jidħlu fis-seħħ?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Knejjes u kappelli – Restawr – Għajnuna finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 116 u jgħid liema knejjes u kappelli qed isir restawr fuqhom permezz ta’ għajnuna finanzjarja minn dipartimenti jew awtoritajiet tal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll b’liema skemi qed isir dan ir-restawr?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux ser jikkollabora ma’ Din l-Art Ħelwa, mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u ma’ entitajiet oħra kompetenti sabiex jiġi salvagwardjat il-monument uniku tal-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar, li huwa meqjus bħala l-aħħar maħras medjevali li għadu jeżisti fil-Gżejjer Maltin?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx fondi allokati jew ippjanati għar-restawr, il-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar u meta huwa mistenni li jibdew dawn l-interventi?
San Pawl il-Baħar - Maħras ta’ Tabibu - Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar għadha mhijiex inkluża fl-Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali, minkejja s-sinifikat storiku u kulturali tagħha? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex din l-ommissjoni tiġi indirizzata?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport tekniku jew stħarriġ strutturali dwar il-kundizzjoni tal-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar? Jekk iva, meta sar u x’kienu l-konklużjonijiet tiegħu?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex konxju mill-istat perikoluż li fih tinsab il-Maħras ta’ Tabibu fil-Bajja ta’ San Pawl il-Baħar, u x’azzjoni immedjata ttieħdet jew ser tittieħed sabiex tiġi evitata l-kollass ta’ dan il-monument storiku?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru kkonċernat’
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pannelli solari installati fuq entitajiet kulturali, mużewijiet u binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, id-daqs ta' kull installazzjoni, meta ġiet installata, u kemm iġġenerat kWhr ta' enerġija kull installazzjoni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-informazzjoni qegħda tiġi miġbura u tingħata fis-seduti li ġejjien.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 106 u jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 19.1 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar sena, u kif infurmat mill-PBS stess, ma kien hemm ebda każ kif imsemmi fil-mistoqsija li qed tiġi ppreżentata.
PBS – Bulettini tal-aħbarijiet – Sound on tape ta’ politiċi tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 105 u jgħid kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Gvern fil-bulettini tal-aħbarijiet tal-PBS u kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Oppożizzjoni, mill-1 ta’ Ġunju 2025 sal-aħħar ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-politiċi u f’liema dati xxandru?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nagħraf lill-Onorevoli Interpellant li l-missjoni editorjali tas-servizz pubbliku teħtieġ li l-PBS jirrapporta tħabbiriet nazzjonali u żviluppi li joħorġu mir-responsabbiltajiet ministerjali.
F’dan il-kuntest, ninsab informat li, matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2025 u l-31 ta’ Mejju 2026, fil-bullettini tal-aħbarijiet tal-PBS ixxandru 532 sound on tape (SOTs) ta’ membri tal-Gvern. Il-maġġoranza assoluta ta’ dawn kienu marbuta mal-qadi tal-funzjonijiet ministerjali, fosthom tħabbir ta’ policies, servizzi, skemi, proġetti u inizjattivi oħra, u mhux ma’ attivitajiet ta’ natura partiġġjana.
Ġejt informat ukoll li l-PBS rarament jinkludi SOTs meħuda waqt attivitajiet jew konferenzi politiċi mella’ mill-Partit Laburista. Fil-fatt, matul l-istess perjodu xxandru żewġ SOTs meħuda f’dan il-kuntest.
Min-naħa l-oħra, il-PBS jirrapporta wkoll il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni, inklużi l-kritika u l-proposti tagħha, fl-istejjer li jkunu qed jiġu rrappurtati. Dawn jinkludu wkoll kummenti meħuda waqt konferenzi tal-aħbarijiet u attivitajiet politiċi organizzati mill-Partit Nazzjonalista. Fil-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2025 u l-31 ta’ Mejju 2026 ixxandru 66 SOTs minn membri tal-Partit Nazzjonalista.
Inżid li, filwaqt li jaqdi d-dover tiegħu li jirrapporta deċiżjonijiet u inizjattivi governattivi, il-PBS jassigura bilanċ editorjali b’rispett lejn ir-rappreżentanza parlamentari kif magħżula b’mod demokratiku mill-poplu. Dan isir ukoll permezz tal-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti u diskussjoni politika, li b’mod konsistenti jagħtu spazju ugwali kemm lill-Gvern kif ukoll lill-Oppożizzjoni sabiex jesprimu l-fehmiet u l-pożizzjonijiet tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istat attwali tal-Kappella ta’ San Oswald fl-Imtarfa? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi pjanijiet biex din tiġi restawrata?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
'Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru kkonċernat’
Il-Palazz ta’ Selmun – Pjan ta’ restawr jew konservazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Palazz ta’ Selmun hux inkluż fi pjan ta’ restawr jew konservazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu, u jekk iva, meta mistennija jibdew ix-xogħlijiet u x’inhu l-iskop tagħhom?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
'Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru kkonċernat’
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ fiex wasal il-proġett tal-villaġġ tal-karnival? Jista’ jgħid ukoll meta dan il-proġett hu ppjanat li jinfetaħ biex jintuża, min huwa l-kuntrattur u jekk tqabbadx b’direct order jew le?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern huwa kommes li jitkompla x-xogħol fuq l-Arts and Culture Hub fil-Marsa. Dan il-proġett huwa wieħed mill-akbar investimenti fis-settur tal-arti u l-kultura hekk kif il-kumpless mhux biss se jinkludi ċentru bil-faċilitajiet kollha li għandhom bżonn l-artisti lijtellgħu l-Karnival iżda wkoll spazji attrezzati għal varjetà ta’ artisti u forom tal-arti oħra. Din hija wegħda ċara fil-programm elettorali tal-Gvern. Dan il-proġett ser jinqasam f'fażijiet u jien infurmat li x-xogħol fuq il-l-ewwel fażi tal-proġett imsemmi bħalissa jinsab fl-istadju ta’ l-iskavar.
Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-informazzjoni qegħda tiġi miġbura u tingħata fis-seduti li ġejjien.