Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla – Dar tal-Anzjani – residenti rġiel u nisa

Question

B’referenza għad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti rġiel u nisa sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X’inhi l-età tagħhom?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dar tal-Anzjani ta’ Bormla hemm 93 mara li l-età tagħhom tvarja bejn il-56 u 102 sena, filwaqt li rġiel hemm 35, li l-età tagħhom tvarja bejn l-54 u 98 sena. Iż-żewġ residenti li huma iżgħar minn 60 sena għandhom diżabilità u daħlu jgħixu fid-dar ta’ Bormla għax ma setgħux jgħixu waħedhom id-dar wara li mietu l-kustodji tagħhom. Infakkar lill-Onor. Interpellanta li d-deċiżjoni dwar l-għeluq tad-Dar ta’ Bormla ttieħdet wara li ġew ikkunsidrati l-fatturi kollha inklużi l-linji gwida maħruġa mill-Awtorità tal-Istandards u Ħarsien Soċjali. Ir-residenti ta’ din id-dar jixirqilhom ambjent aħjar għal ħajja aħjar u huwa għalhekk li ser tingħalaq għal rinovar estensiv. Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura b’livelli inferjuri ta’ konkos.

Bormla – Dar tal-Anzjani – rinovar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa r-rinovar tad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-figura tkun tista’ tingħata wara li tiġi aġġudikata s-sejħa għall-offerti għar-rinnovar tad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla. Infakkar lill-Onor. Interpellanta li dak kollu li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jagħmel hu għax l-anzjani residenti jixirqilhom ħafna aħjar u sabiex ma jibqgħux ikunu akkomodati f’residenza li ma tilħaqx il-livelli xierqa. Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura b’livelli inferjuri ta’ konkos.

Ċentri għall-Anzjanità Attiva

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8982 dwar iċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva, jista’ l-Ministru jgħid għal kull wieħed mis-27 ċentru laħaqx il-kapaċità massima ta' kemm-il anzjan u anzjana jistgħu jattendu fih? Jista', għal kull ċentru, jgħid jekk hemmx lista ta' stennija (waiting list) sabiex anzjan jew anzjana jkunu jistgħu jattendu dak iċ-ċentru?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ebda Ċentru għall-Anzjanità Attiva ma hemm lista ta’ stennija. Kull applikant jista’ jattendi fil-ġranet li jixtieq hu, kif maqbul mas-supervisor taċ-ċentru. Billi mhux il-membri kollha jattendu fl-istess ġranet u ħinijiet, l-ebda ċentru ma jilħaq il-kapacità massima f’xi punt wieħed.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – Donazzjonijiet lil Fondazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-Ministeru u/jew l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu twaqqaf il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva ma tajna l-ebda tip ta’ donazzjoni lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Bormla – Dar tal-Anzjani — ħaddiema

Question

B’referenza għall-għeluq tad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f’din id-Dar, kemm dawk impjegati mal-Gvern kif ukoll dawk mal-kuntrattur? Kemm ilhom jaħdmu f’din id-Dar? X’inhu l-grad tagħhom? Fejn se jkunu trasferiti dawn il-ħaddiema sakemm tkun magħluqa din id-Dar?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema kollha huma tal-kuntrattur li bħalissa qiegħed imexxi din id-dar. Infakkar lill-Onor. Interpellanta li dak kollu li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jagħmel hu għax l-anzjani residenti jixirqilhom ħafna aħjar u sabiex ma jibqgħux ikunu akkomodati f’residenza li ma tilħaqx il-livelli xierqa. Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura li 22 sena ilu nbniet b’livelli inferjuri ta’ konkos.

Bormla – Dar tal-Anzjani — ħaddiema

Question

B’referenza għad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla jista’ l-Ministru jikkonferma li ħadd mill-ħaddiema, la dawk tal-kuntrattur u lanqas dawk tal-Gvern, mhuma se jitilfu x-xogħol tagħhom?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 9315. Infakkar lill-Onor. Interpellanta li dak kollu li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jagħmel hu għax l-anzjani residenti jixirqilhom ħafna aħjar u sabiex ma jibqgħux ikunu akkomodati f’residenza li ma tilħaqx il-livelli xierqa. Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura li 22 sena ilu nbniet b’livelli inferjuri ta’ konkos.

Bormla – Dar tal-Anzjani – sodod vojta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sodod vojta fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel referenza għat-tweġibiet li ngħataw fis-seduta tal-bieraħ, b’referenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari 9309 u 9312. Infakkar lill-Onor. Interpellanta li dak kollu li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jagħmel hu għax l-anzjani residenti jixirqilhom ħafna aħjar u sabiex ma jibqgħux ikunu akkomodati f’residenza li ma tilħaqx il-livelli xierqa. Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura li 22 sena ilu nbniet b’livelli inferjuri ta’ konkos.

Djar tal-anzjani f’Malta — sodod vojta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sodod vojta fid-djar kollha tal-anzjani f’Malta, kemm dawk tal-Gvern kif ukoll sodod amministrati mill-Gvern fi djar privati jew tal-knisja, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti r-risposta tiegħu dar b’dar ?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m'hemmx sodod vojta fid-djar tal-anzjani tal-Gvern jew fid-djar fejn il-Gvern għandu kuntratt ma’ operaturi privati jew mal-knisja, ħlief dawk li kien hemm fid-Dar ta’ Bormla. Sabiex jiġu rilokati r-residenti tad-dar ta’ Bormla, ġew akkwistati sodod ġodda li kienu disponibbli fis-suq u li huma liċenzjati. Infakkar lill-Onor. Interpellanta li dak kollu li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jagħmel hu għax l-anzjani residenti jixirqilhom ħafna aħjar u sabiex ma jibqgħux ikunu akkomodati f’residenza li ma tilħaqx il-livelli xierqa. Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura li 22 sena ilu nbniet b’livelli inferjuri ta’ konkos.

Bormla – Dar tal-Anzjani – xogħol ta’ rinovar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-kuntrattur/i li se jagħmel/ jagħmlu x-xogħol ta’ rinovar fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla jekk hux diġà ġie magħżul jew le? Jekk ġie magħżul, kif ġie magħżul? Jekk għadu ma ġiex magħżul, f’liema stadju wasal il-proċess tal-għażla?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur jiġi magħżul permezz ta’ sejħa pubblika. Infakkar lill-Onor. Interpellanta li dak kollu li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jagħmel hu għax l-anzjani residenti jixirqilhom ħafna aħjar u sabiex ma jibqgħux ikunu akkomodati f’residenza li ma tilħaqx il-livelli xierqa. Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura li 22 sena ilu nbniet b’livelli inferjuri ta’ konkos.

Bormla – Dar tal-Anzjani – sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sodod bħalissa fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla u f’kemm kmamar jinsabu dawn is-sodod?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hemm 136 sodda li huma mqassma f’79 kamra. Infakkar lill-Onor. Interpellanta li dak kollu li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jagħmel hu għax l-anzjani residenti jixirqilhom ħafna aħjar u sabiex ma jibqgħux ikunu akkomodati f’residenza li ma tilħaqx il-livelli xierqa. Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura li 22 sena ilu nbniet b’livelli inferjuri ta’ konkos.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 1,433 ħaddiem tal-kuntrattur ingaġġati ma’ dan id-dekasteru, kważi kollha fir-Residenza San Vinċenz de Paul, fejn jagħmlu xogħol bħala infermieri, carers u cleaners. Minn dan it-total, tliet ħaddiema biss huma ingaġġati mal-Ministeru u l-Awtorità għall-Istandards fil-Kura Soċjali, fejn jagħmlu xogħol ta’ tindif u klerikali. Irid jiġi nnotat ukoll li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jixtri s-servizzi mingħand il-kuntratturi bis-sigħat u mhux permezz ta’ headcount.

Dar tal-Anzjani ta’ Bormla – anzjani residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ anzjani residenti fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla għas-snin 2021, 2022 u 2023, xahar b’xahar?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani residenti fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla fis-snin 2021 u 2022 kien dejjem ta’ 136. Minn Jannar tas-sena 2023, meta twaqqfu l-ammissjonijiet l-ammont ta’ residenti kien kif ġej: Jannar 135 resident Frar 134 resident Marzu 131 resident April 129 resident Mejju 128 resident

Dar tal-Anzjani ta’ Bormla – anzjani residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu anzjani residenti ġodda fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla bejn Ġunju 2022 u Mejju 2023, xahar b’xahar?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani residenti ġodda li daħlu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla bejn Ġunju 2022 u Mejju 2023 kien kif ġej: Xhar Numru ta’ anzjani Ġunju 2022 4 Lulju 2022 5 Awwissu 2022 0 Settembru 2022 0 Ottubru 2022 0 Novembru 2022 12 Diċembru 2022 2 Jannar 2023 0 Frar 2023 0 Marzu 2023 0 April 2023 0 Mejju 2023 0

Bormla – Dar tal-Anzjani

Question

B’referenza għall-istqarrija mill-Ministeru li ġiet ippubblikata ftit ġranet ilu dwar l-għeluq tad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla, jista’ l-Ministru: 1. jagħti d-data jew ix-xahar ta’ meta effettivament se tagħlaq id-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla; 2. meta se jibda x-xogħol ta’ rinovar; 3. fiex se jkun qed jikkonsisti dan ir-rinovar; 4. jgħid jekk hux diġà nġiebu l-permessi meħtieġa sabiex jibda x-xogħol u jekk le, liema permessi għadhom ma nġibux u f’liema stadju waslu; 5. meta huwa ppjanat li se jkun lest ix-xogħol kollu sabiex id-dar tkun lesta ħalli tilqa’ mill-ġdid l-anzjani; u 6. meta effettivament se tiftaħ il-bibien tagħha u tibda tirċievi l-anzjani mill-ġdid?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Bormla – Dar tal-Anzjani — sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-kapaċità massima ta’ sodod illum fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla u kemm se tkun wara li jitlesta r-rinovar ippjanat?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kapaċità massima ta’ sodod illum fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla hija ta’ 136. Il-kapaċità massima eżatta ta’ sodod wara li jitlesta r-rinnovar tkun tista’ tiġi mogħtija wara li tiġi aġġudikata s-sejħa għall-offerti.

Bormla – Dar tal-Anzjani — sodod

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li dik li llum hija d-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla, wara li jsir ir-rinovar imħabbar, l-istess dar fl-intier tagħha se tibqa’ sservi biss għall-istess skop u għall-ebda skop alternattiv?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dar fl-intier tagħha ser tibqa’ sservi biss biex takkomoda l-anzjani u servizzi relatati mal-anzjanità attiva u għall-ebda skop alternattiv.

Bormla – Dar tal-Anzjani – proġett ta’ rinovar

Question

B’referenza għall-anzjani li se jiġu trasferiti mid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla minħabba l-proġett tar-rinovar, jista’ l-Ministru jgħid fejn huwa ppjanat li se jiġu trasferiti r-residenti ta’ din id-dar? Se jkollhom opportunità li jagħżlu fejn jixtiequ jmorru jew se tkun imposta fuqhom deċiżjoni mill-Gvern?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjani ġew infurmati b’mod individwali sabiex jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa. Ġew infurmati ukoll fejn hemm sodod disponibbli. L-anzjani ġew mitluba jindikaw it-tliet preferenzi personali tagħhom. Prijorità ser tingħata l-ewwel lil min ilu jirrisjedi l-aktar fid-dar ta’ Bormla. Fejn ma jkunx hemm post fid-Dar li tkun indikata bħala l-ewwel preferenza, sejrin jingħataw possibilità li jiġu rilokati aktar tard, hekk kif ikun hemm post disponibbli fid-Dar li tkun l-ewwel preferenza.

Bormla – Dar tal-Anzjani – rapporti

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti kollha li abbażi tagħhom ittieħdet id-deċiżjoni fil-Kabinett tal-Ministri li d-Dar Residenzjali tal-Anzjani ta' Bormla titwaqqa'? Jista' jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti kollha tal-periti involuti kif ukoll ir-rapporti kollha li saru mill-konsulenti li tqabbdu apposta fuq dan il-proġett?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet fil-Kabinett huma ta’ natura kunfidenzjali.

Bormla – Dar tal-Anzjani – applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-applikazzjoni jew applikazzjonijiet u l-pjanti kollha relattivi li saru mal-Awtorità tal-Ippjanar fuq it-twaqqigħ u l-bini mill-ġdid tad-Dar Residenzjali tal-Anzjani ta' Bormla?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħda tiġi proċessata l-outline application mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq is-sit tad-Dar ta’ Bormla. L-applikazzjonijiet u l-pjanti kollha relattivi mat-twaqqigħ u l-bini mill-ġdid isiru mill-kuntrattur li jkun rebaħ is-sejħa għall-offerti.

Bormla – Dar tal-Anzjani – Cost Benefit Analysis Report

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-costs-benefit analysis report li sar fir-rigward tad-Dar Residenzjali tal-Anzjani ta' Bormla?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-costs-benefit analysis report jinkludi fih informazzjoni kummerċjalment sensittiva li taffettwa s-sejħa għall-offerti li għad trid toħroġ, għalhekk dan ir-rapport ma jistax jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.