Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba inqata’ d-dawl fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar jew parti minnha, fil-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-15 ta’ Lulju 2024? Tista’ tgħid ukoll kenitx tiswija ppjanata jew ħsara u kemm dam maqtugħ id-dawl?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li f’partijiet mil-lokalità msemmija, matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, l-qtugħ fil-provvista kien skont ma jiġri f’ċirkostanzi normali, jew minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jew inkella s-sospensjonijiet tas-servizz kienu ppjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba inqata’ d-dawl fil-lokalità tal-Isla jew parti minnha, fil-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-15 ta’ Lulju 2024? Tista’ tgħid ukoll kenitx tiswija ppjanata jew ħsara u kemm dam maqtugħ id-dawl?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li f’partijiet mil-lokalità msemmija, matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, l-qtugħ fil-provvista kien skont ma jiġri f’ċirkostanzi normali, jew minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jew inkella s-sospensjonijiet tas-servizz kienu ppjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba inqata’ d-dawl fil-lokalità tal-Birgu jew parti minnha, fil-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-15 ta’ Lulju 2024? Tista’ tgħid ukoll kenitx tiswija ppjanata jew ħsara u kemm dam maqtugħ id-dawl?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li f’partijiet mil-lokalità msemmija, matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, l-qtugħ fil-provvista kien skont ma jiġri f’ċirkostanzi normali, jew minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jew inkella s-sospensjonijiet tas-servizz kienu ppjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba inqata’ d-dawl fil-lokalità ta’ Bormla jew parti minnha, fil-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-15 ta’ Lulju 2024? Tista’ tgħid ukoll kenitx tiswija ppjanata jew ħsara u kemm dam maqtugħ id-dawl?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li f’partijiet mil-lokalità msemmija, matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, l-qtugħ fil-provvista kien skont ma jiġri f’ċirkostanzi normali, jew minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jew inkella s-sospensjonijiet tas-servizz kienu ppjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.
Raħal Ġdid — Żona ta Sant’Ubaldesca - Rapporti ta’ rwejjaħ jintnu
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, tista’ l-Ministru tgħid x’rapporti daħlu u x’passi ttieħdu fir-rigward tal-irwejjaħ jintnu li konsistentement inxtammu matul is-sajf fiż-żona ta’ Sant’Ubaldesca u fit-toroq ta’ wara sa Triq Brittanja, f’Raħal Ġdid?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) irċeviet żewġ ilmenti li jikkorrispondu mal-akwati msemmija f’Raħal Ġdid. L-ilmenti daħlu fit-18 t’Awwissu 2024 u fit-2 ta’ Settembru 2024.
Fl-ewwel każ, is-sors tar-riħa ġie attribwit għal ħsarat żgħar fil-Malta Thermal Treatment Facility li kkawżaw xi rwejjaħ fil-viċinanzi. Dawn ġew rimedjati mill-operatur. Fit-tieni każ, wara investigazzjoni li saret mill-ERA, irriżulta li s-sors tar-riħa kien ġej minn proċess fejn materjal organiku (ħut) kien qed ikun trasferit minn ġo reefers fejn kien maħżun ġo post tal-privat għal post ieħor.
B’referenza għall-għeluq għal aktar minn tliet xhur tal-Bajja tal-Balluta u x-xogħlijiet li saru biex din terġa’ tinfetaħ, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-rapport li juri x’kienet il-kawża u x’passi ttieħdu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ntqal pubblikament, dak li qed jirreferi għalih fil-mistoqsija tiegħu ma kienx relatat ma’ nuqqasjiet fl-infrastruttura tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. L-investigazzjonijiet li saru kkonfermaw li l-Korporazzjoni ma kinitx responsabbli għal dak li wassal għall-għeluq tal-bajja, tant li kien ġie determinat li l-kawża kienu ħsarat estensivi li kien hemm fil-mina li minnha jgħaddi l-ilma tax-xita. Minkejja li din l-istruttura ma taqax fir-responsabbiltà tagħha, il-Korporazzjoni assistiet lill-entità konċernata fit-tiswijiet li kien meħtieġ li jsiru b’urġenza biex il-bajja setgħet terġa’ tinfetaħ għall-użu mill-pubbliku.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtha, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u tipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li matul din il-leġiżlatura kien hemm tliet rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fi tnejn mill-entitajiet li jagħmlu parti mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir. Każ kien jikkonċerna impjegat li eventwalment tkeċċa; każ fejn l-impjegat ġie sospiż u l-proċeduri mbagħad min-naħa tal-entità twaqqfu għax telaq mill-impjieg, imma l-każ tiegħu kien ġie notifikat ukoll lill-Pulizija; fil-każ l-ieħor l-impjegat konċernat kien sospiż b’nofs paga sakemm instema’ l-każ u sussegwentement ingħata twiddiba bil-miktub għal sena.
Tista’ l-Ministru tgħid min jagħmel l-ittestjar u check-ups tal-Impjant Ta’ Barkat jekk humiex kollha entitajiet tal-Gvern jew jekk hemmx ukoll entitajiet privati li jagħmlu dan ix-xogħol? Jekk hemm entitajiet privati, tista’ tagħti d-dettalji ta’ min huma, kemm jitħallsu fis-sena u kif ingħataw ix-xogħol (tender, direct order, eċċ.)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hija akkreditata ISO 9001 u għaldaqstant timxi fuq modus operandi strett u dettaljat. L-operat ta’ kif jitmexxa l-impjant imsemmi jiġi assessjat minn awdituri barranin b’mod regolari kif ukoll isiru testijiet minn laboratorji akkreditati ISO 17025. L- Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) wkoll tassigura li minn żmien għal żmien tagħmel spezzjonijiet mingħajr avviż, biex taċċerta ruħha li l-impjanti qegħdin joperaw skont l-operating permit, li minn żmien għal żmien jiġi rivedut skont normi internazzjonali. L-awdituri preżenti huma SGS, li ntgħażlu permezz ta’ sejħa għall-offerti li tammonta għal €28,520 fuq medda ta’ tliet snin.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba l-Impjant Ta’ Barkat waqaf milli jopera minħabba ħsara fl-aħħar tliet snin? Tista’ tgħid ukoll kemm dam wieqaf kull darba u x’sar mid-drenaġġ sakemm l-impjant kien wieqaf?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tara u tassigura li bħal kull impjant ieħor, l-impjant ta’ Barkat issirlu manutenzjoni regolari biex jibqa’ jopera b’mod effiċjenti. Minbarra dan, il-Korporazzjoni investiet f’apparat standby li jintuża f’sitwazzjonijiet fejn jinqalgħu xi diffikultajiet. Dan sabiex l-impjant jibqa’ jopera b’mod normali, mingħajr ma jiġi affettwat il-proċess.
Ninsab infurmata li l-impjant twaqqaf ħames darbiet minħabba ħsarat fl-aħħar tliet snin, fejn uħud mill-każi kienu kawża t’abbuż li jitratta rimi ta’ materjal illeċitu bħal wipes, żrar, debris eċċ. F’kull każ l-impjant baqa’ wieqaf l-inqas numru ta’ ġranet possibbli sa massimu ta’ tlett’ijiem f’żewġ okkażjonijiet.
F’istanzi fejn l-impjant jiġi mwaqqaf, l-influss tad-drenaġġ isirlu trattament primarju fid-densadegs fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tieħu l-prekawzjonijiet u miżuri meħtieġa kollha biex itaffi minn dan l-impatt fuq l-ambjent.
Minbarra dan, ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Gvern jaħdem kontinwament biex is-sistema tat-trattament tad-drenaġġ tibqa’ reżiljenti. Għalhekk li sar investiment b’saħħtu fl-impjant ta’ Sant’ Antnin biex tiżdied il-kapaċità tat-trattament tad-drenaġġ fin-naħa tan-nofsinhar tal-pajjiż.
Peress li jidher li l-Impjant Ta’ Barkat qiegħed minn żmien għal żmien jieqaf minħabba ħsara, tista’ l-Ministru tgħid x’azzjonijiet qed jittieħdu sabiex fil-perjodu li l-impjant ikun wieqaf, ikun hemm sistemi alternattivi ta’ tisfija sabiex id-drenaġġ ma jmurx fil-baħar? Tista’ tgħid ukoll meta dawn is-sistemi alternattivi se jkunu qed joperaw?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tal-mistoqsija parlamentari 20853.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba daħlu rapporti għand l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) li kien hemm xi ħsara u allura d-drenaġġ kellu jintefa’ l-baħar għal dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tirċievi rapporti kemm mill-pubbliku kif ukoll mill-entitajiet responsabbli. Dawn ir-rapporti ammontaw għal sitta fl-2020, erbgħa fl-2021, wieħed fl-2022, ħamsa fl-2023 u għaxra fl-2024. Dawn l-inċidenti mhux kollha neċessarjament ġraw minħabba ħsara teknika, imma kien hemm drabi li seħħew kaġun ta’ rimi ta’ effluwenti illeċiti li mhux suppost jintefgħu fis-sistema tad-drenaġġ bħalma huma wipes, xaħmijiet, karkass u materjal tal-kostruzzjoni. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma b’mod regolari tappella lill-pubbliku biex jagħmel użu tajjeb mis-sistema tad-drenaġġ.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba inqata’ d-dawl fil-lokalità tal-Fgura jew parti minnha, fil-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-15 ta’ Lulju 2024? Tista’ tgħid ukoll kenitx tiswija ppjanata jew ħsara u kemm dam maqtugħ id-dawl?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li f’partijiet mil-lokalità msemmija, matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, l-qtugħ fil-provvista kien skont ma jiġri f’ċirkostanzi normali, jew minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jew inkella s-sospensjonijiet tas-servizz kienu ppjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.
Tista’ l-Ministru tgħid fejn saru proġetti għall-estensjoni tan-network tan-New Water minn Ottubru 2023 sa Novemberu 2024? F'liema lokalitajiet saru għall-dawn il-proġetti u kemm intefqu/hu stmat li ser jintefqu flus għall-eżekuzzjoni ta' kull proġett? Tista’ tgħid ukoll meta tlesta/ser jitlesta kull proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Tramuntana (Malta):
· Mellieħa/San Pawl il-Baħar - Imbordin/Miżieb. Valur tal-kuntratt €1.75 miljun. Xogħlijiet għaddejjin u mmirat li jitlestew sal-aħħar tal-2024.
· Mellieħa/San Pawl il-Baħar - Triq Għajn Tuffieħa, Triq San Martin. Valur tal-kuntratt €1.65 miljun. Xogħlijiet għaddejjin u mmirat li jitlestew sal-aħħar tal-2024.
Reġjun Xlokk (Malta):
· Żabbar/Żejtun/Marsaskala - Triq il-Bidni (xogħlijiet waslu fil-fażi finali tagħhom), Triq il-Latmija (xogħol komplut), Triq Sant Antnin (xogħol komplut), Triq il-Foss (xogħlijiet għaddejjin), Ħajt il-Wied (xogħlijiet mistennija jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin), Sqaq fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa (xogħlijiet mistennija jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin). Valur tal-kuntratt €2.4 miljun. Xogħlijiet immirat li jitlestew fl-ewwel kwart tal-2025.
· Marsaxlokk/Żejtun - Sqaq Strejnu (xogħlijiet għaddejjin), Triq Xrobb l-Għaġin Sqaq Nru 1 (xogħol komplut) u 6 (xogħlijiet għaddejjin). Valur tal-kuntratt €1.55 miljun. Xogħlijiet għaddejjin u mmirat li jitlestew sal-aħħar tal-2024.
Reġjun Lbiċ (Malta):
· Żurrieq - Triq il-Barrieri, Triq l-Għerien, Sqaq Ballott. Valur tal-kuntratt: €2.4 miljun. Xogħlijiet immirat li jitlestew sal-ewwel kwart tal-2026.
· Ħal Safi - Triq Ħlantun. Valur tal-kuntratt €1.5 miljun. Xogħlijiet immirat li jitlestew sal-ewwel kwart tal-2026.
· Għaxaq/Gudja - Triq Telleritu. Valur tal-kuntratt: €1 miljun. Xogħlijiet immirat li jitlestew sal-ewwel kwart tal-2026.
· Marsaxlokk/Żejtun - Triq it-Torri. Valur tal-kuntratt €1.55 miljun. Xogħlijiet immirat li jitlestew sal-ewwel kwart tal-2026.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru New Water dispensers ġodda min Ottubru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm-il bidwi gawda minn dawn in-New Water dispensers ġodda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-totalità ġew installati 480 dispenser bis-sistema l-ġdida. 241 minn dawn id-dispensers ġew installati bl-elettronika meħtieġa, fejn s’issa 47 minnhom ġew kummissjonati u qegħdin joperaw, waqt li l-194 dispenser l-oħra huwa mmirat li jiġu kummissjonati fil-ġimgħat li ġejjin bil-possibiltà li jibdew joperaw ukoll sa tmiem is-sena. Preżentament 130 bidwi qegħdin igawdu minn din is-sistema l-ġdida, fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qiegħda tkompli tikkummissjona l-kumplament biex tiżdied il-firxa tad-dispensers il-ġodda.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba l-impjanti tan-New Water soffrew ħsarat minn Ottubru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x' kienet ir-raġuni għal tali ħsarat? Jekk tali ħsarat wasslux għal-leakages ta' drenaġġ fil-baħar u x’miżuri ttieħdu biex l-okkorrenza ta' dawn il-ħsarat tiġi eliminata jew immnaqsa drastikament? Tista’ tgħid ukoll kemm-il metru kubu ta' New Water intilef minħabba dawn il-ħsarat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li, matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, kien hemm żewġ istanzi fejn l-impjanti tan-New Water ġarrbu ħsarat. L-ilma minn dawn l-impjanti jkun diġà trattat u ma jitqiesx bħala drenaġġ. Għaldaqstant, il-ħsarat ma kkawżaw l-ebda ħruġ ta’ drenaġġ fil-baħar. F’kull każ, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma assigurat li t-telf ta’ dan l-ilma jkun l-inqas possibbli.
Tista’ l-Ministru tipprovdi aġġornament dwar kemm inħatru uffiċjali responsabbli għall-immaniġġjar tal-enerġija f’binjiet pubbliċi, u tgħid x’taħriġ ingħataw biex jissorveljaw il-konsum tal-enerġija u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-binjiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tara r-raġuni għalfejn qed jidħol id-drenaġġ fil-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Tista’ tgħid x’passi ser jittieħdu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma kienet ireċeviet l-ebda rapport dwar dan il-każ qabel ma saret din il-mistoqsija parlamentari, u malli ġiet notifikata dwaru wettqet l-investigazzjonijiet meħtieġa u ħadet azzjoni minnufih biex il-problema ssolviet.
Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jistgħu jċemplu fuq 8007 6400 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku
www.wsc.com.mt
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li ż-żoni ta’ Selmun u Mġiebaħ (bil-binjiet storiċi inklużi fi-żona) jinbidlu f’Park Nazzjonali għat-tgawdija tal-ġid komuni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-bini tal-Gvern li jintuża direttament mill-Gvern ċentrali huma mgħammra b’pannelli fotovoltajċi jew tipi oħra ta’ sorsi ta’ enerġija rinovabbli, u x’perċentwal tal-istokk totali tal-bini tal-Gvern ċentrali jirrappreżenta dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.