Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – miżuri minħabba l-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (GALDES, RODERICK)
Nassigura lill-Onor, Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ix-xogħol ingħata b’direct order minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Sat-8 t’April, ma kien hemm l-ebda persuna li jinsab fi kwarantina.
Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni fuq gallarija perikoluża li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li ilhom isiru rapporti u għadu ħadd ma żar dan il-każ?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi minn informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, ma jirriżultax li hemm rapporti pendenti dwar l-imsemmija gallarija perikoluża. Madanakollu ittieħdet nota ta’ dan ir-rapport u ser issir spezzjoni biex tiġi vverifikata l-ħsara msemmija u tittieħed l-azzjoni meħtieġa f’każ li jirriżulta li hemm bżonn ta’ tiswijiet strutturali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett ta’ housing soċjali fl-inħawi ta’ Triq l-Anzjani l-Imtarfa? Kemm hemm appartamenti ppjanati? Sar xi studju ta’ impatt soċjali qabel ittieħdet id-deċiżjoni? Għal meta hu ppjanat? X’ser isir mill-Mtarfa Drama Group u l-Iscout Groups li jużaw proprjetà pubblika? Jista’ jara li dawn l-għaqdiet tal-lokal jiġu integrati fil-proġett flimkien ma’ sala tal-komunità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-art in-kwistjoni tinsab fil-proċess li tiġi trasferita lill-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, u dan sabiex tintuża għal skopijiet soċjali.
Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19269 u jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17827 u jgħid kemm hemm persuni li jieħdu s-sussidju tal-kera?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta’ Frar 2021, il-persuni li qed jieħdu s-sussidju tal-kera huwa kif jidher hawn taħt:-
Skema RSS
251
Skema PRS
429
Skeam HBS
2,237
Ta’ min isemmi li fl-2019 l-Awtorità tad-Djar varat skema ġdida fejn il-benefiċċju tal-kera ġie miżjud biex jirrifletti ż-żieda fil-kera. Minn massimu ta’ benefiċċju ta’ €2,000 taħt l-iskema tal-2017, taħt l-iskema l-ġdida l-massimu issa jlaħħaq għal €5,000.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17919 u 15731 u 17581 u ċjoè: Skont dak li ġie rappurtat f’paġna 7 tar-Rapport Annwali tal-Awtorità tad-Djar 2019, fejn inqatgħu ftit inqas minn 500 applikant mil-lista ta’ stennija għall-post ta’ housing, jista’ l-Ministru jgħid mil-liema kategorija ġejjin dawn l-applikanti, kategorija b’kategorija? Fuq liema kriterju tnaqqsu dawn l-applikanti? Dawn ma kellhomx bżonn alternattiv?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2019 kien hemm 105 applikant li ngħataw akkomodazzjoni soċjali. Applikanti oħra ma baqgħux fuq il-waiting list minħabba li l-qagħda finanzjarja tagħhom tjiebet u għalhekk sabu akkomodazzjoni alternattiva jew m’għadhomx eleġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali.
Kien hemm ukoll applikanti li m’għadhomx interessati għaliex bdew jibbenefikaw mill-benefiċċju tal-kera ogħla li ġie mniedi proprju fl-2019 u applikanti li l-applikazzjoni tagħhom m’għadhiex aktar konformi mal-kundizzjonijiet u kriterji ta’ akkomodazzjoni alternattiva.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18063 u jgħid kemm huwa n-numru ta' housing estates f'Malta u Għawdex u f'liema sena nbena kull estate? Kemm huwa n-numru ta' units f'kull housing estate? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-units huma b' kera u kemm huma proprjetà tas-sidien li jgħixu fihom, maqsuma housing estate b'housing estate
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, grazzi għall-ħidma ta’ Gvernijiet Laburisti, fil-pajjiż hawn 1167 blokka tal-Gvern. Għall-bqija tat-talba eżawrenti tiegħu, nitolbu jkun iżjed speċifiku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm inkwlini fil-kirjiet ta’ qabel l-1995?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi skont l-aħħar tagħrif ippubblikat mill-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jirriżulta li hawn 9,700 proprjetà f’kirja protetta.
Awtorità tad-Djar – familji li jgħixu fi djar tal-housing overcrowded
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17825 u jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar, tikkunsidrax familji li jgħixu f'djar tal-housing li huma overcrowded jew f'djar substandard? Jekk iva, kemm hemm familji f'units overcrowded u oħrajn substandard?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar tikkunsidra każijiet ta’ overcrowding u substandard bħala każijiet li jeħtieġu prijorità. Bħalissa hemm 64 familja fuq il-waiting listgħal akkomodazzjoni alternattiva minħabba li jgħixu f’residenza substandard u 654 familja fuq il-waiting list minħabba li r-residenza tagħhom hija żgħira wisq għan-numru ta’ abitanti li jgħixu fiha.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19253
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17830, jista’ l-Ministru jgħid, sal-lum, kemm-il żjara saret sabiex issir xi forma ta' riċerka dwar il-Housing Estates biex jinftiehem aktar fid-dettal il-bżonnijiet ta’ fejn qegħdin jgħixu l-applikanti? Xi bżonnijiet jidhru li għandhom dawn l-applikanti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kopja tal-eżerċizzju li sar ta’ profiling tal-applikanti kollha għal housing soċjali qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17277, jista’ l-Ministru jindika jekk fil-lista ta’ postijiet li tqassmu, kellhomx kollha ‘assessment’ tas-social worker qabel ma ingħataw dawn il-postijiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi l-applikanti li ġew allokati b’akkomodazzjoni soċjali kellhom assessment preparat minn professjonisti.
Lista ta’ stennija – każijiet li ilhom aktar minn għaxar snin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17828 u jgħid kemm hemm każijiet li ilhom fuq il-lista ta' stennija għal aktar minn għaxar snin?,
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi hemm 302 applikanti li ilhom fuq il-waiting list iżjed minn għaxar snin. Ta’ minn jgħid illi ħafna minn dawn l-applikanti diġa ġew offruti u/jew qed jingħataw xi forma ta’ għajnuna mill-Awtorità tad-Djar. Inżid ukoll illi hemm 74 applikazzjoni li mhux meqjusa bħala prijorita’.
Lista ta’ prijoritajiet biex persuni jingħataw akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jindika l-lista ta’ prijoritajiet sabiex jiġi deċiż li individwu jew familja tingħata akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija skont kif ġej f’din it-tabella:-
Kategorija ta’ Prijorità
Substandard
Mingħajr indirizz fiss – Istituzzjoni
Mingħajr indirizz fiss – CCF
Mingħajr indirizz fiss – Tkeċċija
Mingħajr indirizz fiss – Persuni għar-Riabilitazzjoni
Diżabilità
Diżabilità – Mobilità
Sharing Accommodation - Overcrowding
Każijiet Soċjali – Riferuti minn Aġenziji
Każijiet Soċjali – Vjolenza Domestika
Każijiet Soċjali – VjolenzaDomestika (jgħixu mal-
partner
)
Refuġjati
Nuqqas ta’ Faċilitajiet Sanitarji
Overcrowding
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba hija skont kif muri fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.