Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel — Regolament (UE) 2017/625

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kontrolli u kemm kienu l-kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (UE) 2017/625 li ġew imwettqa mill-uffiċjali tal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex minn meta bdiet topera din l-Awtorità sal-aħħar t’Awwissu 2025?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel wettqet kontrolli regolari, skont ir-Regolament (UE) 2017/625, biex tiġi żgurata l-konformità mas-sigurtà u l-kwalità tal-ikel, kif stipulat fil-Kapitlu 649, Att Nru XV tal-2025, kif ukoll fl-iskeda annessa ma’ dan l-istess Att. Dawn il-kontrolli jinkludu sorveljanza, spezzjonijiet, awditjar, verifika u osservazzjoni operattiva. Id-data miġbura kull sena tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea, li fuqha jinbena rapport sħiħ li jinkorpora l-informazzjoni kollha provduta mill-Istati Membri.

Għawdex - L-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-ikel — Nuqqas ta’ persunal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ser jittieħdu u x’inhu maħsub li ser isir biex il-problema għan-nuqqas ta’ persunal fl-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel f’Għawdex tkun indirizzata bis-serjetà? Jista’ wkoll jagħti indikazzjoni ta’ meta l-Awtorità ser tibda topera b’mod sħiħ f’Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 30298.

Għawdex - L-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-ikel — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel f’Għawdex hijiex mgħammra b’mod adegwat b’impjegati sabiex tkun tista’ topera b’mod effettiv u effiċjenti u jekk le, x’inhi r-raġuni prinċipali għal dan in-nuqqas ta’ persunal f’Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari numru 30296 u 30298.

Għawdex - L-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-ikel — Diffikultajiet / problemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel hix qed ikollha diffikultajiet jew problemi biex preżentement tibda topera f’Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalma jiġri f’kull entità ġdida, kien hemm proċess inizjali biex jiġu stabbiliti l-operati kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Madankollu, ix-xogħol biex jitwaqqaf uffiċċju f’Għawdex għaddej b’mod attiv.

L-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel — Kap/uffiċjal responsabbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa l-kap jew l-uffiċjal responsabbli mill-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel f’Malta u f’Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kap jew l-uffiċjal responsabbli mill-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel f’Malta u f’Għawdex huwa s-Sur Clive Tonna.

L-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel — Riżorsi u persunal

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li hemm biżżejjed riżorsi u persunal biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet tal-operat tal-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed titwettaq ħidma sabiex l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel tkun imħejjija b’kapaċità biżżejjed biex tindirizza l-bżonnijiet operattivi tagħha. F’dan ir-rigward, se jitwettaq eżerċizzju ta’ capacity building u wara dan se jkun segwit minn proċess ta’ reklutaġġ.

L-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel — Proċess tal-għażla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-proċess tal-għażla jew reklutaġġ tal-impjegati li ġew assenjati mal-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess tal-għażla u r-reklutaġġ tal-impjegati li ġew assenjati mal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel kien jinkludi diversi mekkaniżmi. L-impjegati tal-Ministeru  għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali ġew assenjati permezz ta’ bulk detailing. Fir-rigward tal-impjegati tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali , ġie adottat proċess ta’ selezzjoni bbażat fuq il-prinċipju ta’ “last in, first out”. Min-naħa l-oħra, l-impjegati l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur ġew identifikati mill-Amministrazzjoni tal-istess awtorita’.

L-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel — Trasferiment ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn liema dipartiment/dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern ġew allokati jew trasferiti l-impjegati li jaħdmu mal-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impjegati li bħalissa hemm jaħdmu mal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel ġew allokati jew trasferiti minn diversi dipartimenti u entitajiet tal-Gvern, fosthom il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, il-Ministeru għas-Saħħa u L-Anzjanità Attiva u l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur.

L-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni bħalissa (numru totali) li jaħdmu mal-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm jaħdmu total ta’ 236 impjegat fl-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel.

L-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel — Uffiċċju ewlieni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi tal-Ikel u fejn hemm fergħat oħra simili madwar Malta u Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-uffiċċju ewlieni tal-Awtorità għas-Sigurta` tal-Ikel jinsab ġewwa Birkirkara. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Awtorità qed jiġu offruti mill-faċilitajiet tal-Għammieri Meet and Greet, u minn binjiet oħra li jinsabu f’Ħal Lija, Kordin, il-Marsa, Ħal Luqa, Birżebbuġa u r-Rabat (Għawdex).

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Chief Executive Officers

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23764, jista’ l-Ministru jgħid: (a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (ċ) X’kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f’liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f’liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta’ ħatra u l-kuntratt ta’ dawn iċ-Chief Executive Officers?

Response (REFALO, ANTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 23764 , nixtieq inzid lis-Sur Clive Tonna (Aġent Ufficjal Kap Eżekuttiv) li gie mahtur mal-Awtorita’ għas-Sigurta’ tal-Ikel. Il-perjodu li għalih ikun maħtur Kap Eżekuttiv huwa stabbilit fil-kuntratt li jistipula l-kundizzjonijiet tal-impieg.

L-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel — Struttura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi strutturata l-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel u x’dipartimenti jew sezzjonijiet tinkludi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel hija strutturata f’tliet diviżjonijiet ewlenin segwenti: Politika u Liċenzjar – regolazzjoni u liċenzjar ta’ annimali, ikel, supplimenti, fergħat u stabbilimenti, inkluż permessi u ċertifikati ta’ ikel b’marki ta’ kwalità. Konformità u Implimentazzjoni – Ispettorat u kontroll ibbażat fuq il-liġi, inkluż kontroll fuq is-swieq u l-fruntieri. Referenza Xjentifika – sorveljanza regolari u laboratorju nazzjonali għall-analiżi u ttestjar tal-kampjuni tal-ikel.

L-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel — Missjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-missjoni tal-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel u x’inhuma l-għanijiet u r-responsabilitajiet ewlenin ta’ din l-Awtorità?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 30289.

L-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel — Twaqqif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena ġiet stabbilita l-Awtorità Maltija għas-Sigurtà tal-Ikel?  Jista’ jgħid ukoll taħt liema liġi jew ordni ġiet imwaqqfa u meta bdiet tiffunzjona?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-Kapitlu 649, Att Nru XV tal-2025 għall-informazzjoni mitluba dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel.

Zoos — Applikazzjonijiet għal tkabbir

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk professjonisti, bħal veterinarji speċjalizzati fiż-żamma tal-annimali, ikunux involuti meta post liċenzjat bħala zoo japplika għal estensjoni/tkabbir biex jiddaħħlu aktar annimali? Jista’ jgħid ukoll jekk professjonisti bħal dawn jagħmlux rapport fuq il-post b’informazzjoni speċifika li turi jekk hux ser ikun hemm xi impatt negattiv fuq l-istess annimali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li skont ir-Regolamenti dwar iż-Żamma ta' Annimali f'Żoos (L.S. 439.29), il-konsultazzjoni ma' kirurgu veterinarju hija obbligatorja u parti integrali mill-proċess ta' applikazzjoni għal estensjoni jew tkabbir ta' żoo liċenzjat. Kull applikazzjoni għandha tiġi approvata minn kirurgu veterinarju qabel ma tiġi sottomessa u pproċessata mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Il-veterinarju involut għandu rwol essenzjali biex jiżgura li l-proposta tkun konformi mar-rekwiżiti kollha relatati mas-saħħa, is-sigurtà, u l-benesseri tal-annimali, kemm dawk eżistenti kif ukoll dawk li jkunu qed jiġu introdotti. Barra minn hekk, il-veterinarju għandu jipprovdi rapport dettaljat u speċifiku li jevalwa l-adegwatezza tal-magħlaq ġodda u l-impatt potenzjali fuq l-annimali eżistenti, billi jevalwa speċifikament jekk il-proposta hijhiex ser twassal għall-popolazzjoni żejda (overpopulation), nuqqas ta’ spazju, tensjoni soċjali bejn l-annimali, riskju għas-saħħa tal-annimali, jew kwalunkwe theddida oħra għall-benesseri tal-annimali eżistenti. Dan ir-rapport jservi bħala bażi għall-valutazzjoni finali u d-deċiżjoni mill-Direttorat. Dan il-proċess jesiġi sottomissjoni professjonali u teknika biex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq l-annimali. Din l-istess applikazzjoni tiġi sussegwentement evalwata min tim ta’ uffiċjali tekniċi minn naħa tad-Direttorat li wkoll jinkludi uffiċjali veterinarji u li jistgħu jikkonsultaw ma’ espert oħra f’dan il-qasam. Dan il-proċess jsewgi l-prinċipji stipulati taħt sotto-regolament 4(4) u 6(3) taħt l-imsemmija Liġi Sussidjarja.

Rapporti dwar Park Marittimu — investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bdewx xi tip ta’ investigazzjonijiet u saħansitra azzjonijiet rigward rapporti varji li ħarġu dan l-aħħar in kwantu l-park tad-dniefel wara li ntwerew filmati dwar negliġenza fil-konfront ta’ dawn il-kreaturi u ż-żamma tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li waħda mill-prijoritajiet tal-Gvern, permezz tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, hija li jiżgura il-benessri tal-annimali. F'dan il-każ, id-Direttorat huwa nnotifikat u bdiet investigazzjoni minnufih wara li rċieva l-informazzjoni. L-investigazzjoni qed issegwi protokolli stabbiliti skont kodiċi ta’ prattika u standards tal-għola livell u qed tiġi mwettqa b’mod iddettaljat. L-istess servizzi qed jikkunsidraw u jevalwaw ir-rimedji u l-miżuri kollha possibbli biex jiżguraw li l-mammiferi tal-baħar kollha jkunu miżmuma f'ambjent li jippromwovi s-saħħa u l-benesseri tagħhom.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 29478.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29966 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li l-kunsilli lokali li qegħdin fihom dawn il-persuni li huma mpjegati mal-MAFA huma dawk ta’ Ħal Kirkop, Birkirkara, Siġġiewi, Żejtun, Marsaskala, Għargħur, Iklin; u Xagħra, Għarb u Rabat f’Għawdex.

L-Għammieri – Prodotti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25089, jista’ l-Ministru jgħid kemm ipproduċa ħaxix ir-raba’ li hemm l-Għammieri, sena b’sena, mill-1995 sal-ġurnata li fiha baqa’ jiġi prodott ħaxix? Jista’ jgħid ukoll xi prodotti kienu mkabbra f’dan il-perjodu?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25089.