Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fish Farms – input u output ta’ tonn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9238 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar x’kien l-input u l-output ta’ tonn li kull fish farm tat-tonn immaniġġja rispettivament f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena għal kull fish farm tat-tonn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument bl-informazzjoni mitluba. L-informazzjoni għas-sena 2015 qed tinġabar peress li s-sistema sa dak iż-żmien kienet għadha manwali.

Ministeru għall-Agrikoltura Sajd u Drittijiet tal-Annimali – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix konoxxenza u qatt ma ltqajt mal-individwu in kwistjoni.

Għajnuna finanzjara lill-bdiewa għal danni fis-serer

Question

B'referenza għal għajnuna finanzjarja li l-Gvern pjana li joffri għall-bdiewa li soffrew danni fis-serer tagħhom, jista' l-Ministru jgħid: a. kemm applikaw bdiewa għal din l-għajnuna; b. mil-liema lokalità ġejjin dawn il-bdiewa; c. meta kien (id-data) li daħlet l-aħħar applikazzjoni; d. jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-bdiewa li se jkunu mogħtija l-għajnuna u kemm se jkunu mogħtija l-flus dawn il-bdiewa; u e. min huma l-bdiewa li applikaw għal fondi u li ġie deċiż li ma jkunux mogħtija l-fondi mitluba?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.