Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12638, jista’ l-Ministru jipprovdi d-data ta’ meta ġie maħtur il-Kummissarju ta' Malta għall-Ghana u sa meta twassal din il-kariga? Jista’ jgħid jekk dan l-uffiċjal hux se jerġa’ jgħaddi għall-iskrutinju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi biex jiġi kkonfermat jew le?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Każ ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12638, jista’ l-Ministru jgħid jekk kellimx lill-Ministru għall-Intern u lill-Kummissarju tal-Pulizija, biex jitolbu lill-Kummissarju Għoli Malti għall-Ghana għal aktar tagħrif u anke biex jekk ikun il-każ, tiġi involuta l-INTERPOL?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Servizzi ta’ kumpanija privata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ma għandhiex kuntratti, jew ftehim ta’ servizzi/xogħol/konsulenza ma’ dan il-Ministeru.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu matul l-2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tad-direct orders li ngħataw matul is-sena 2023 u jgħid ukoll l-ammonti mħallsa, is-servizz provdut jew mitlub, u lil min ingħataw dawn id-direct orders?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12709.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13332 u jgħid x’passi kienu ttieħdu mill-Ministeru tiegħu dwar l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kif jidher f’paragrafu 81 tar-rapport Case No.: K023 datat 20 ta' Jannar 2020?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Trade Mission għall-Ghana – Kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpaniji kienu jifformaw parti mill-aħħar Trade Mission għall-Ghana? Jista’ jgħid ukoll liema minnhom għandhom negozju fl-akwakultura jew huma relatati mas-sajd? Min kien jirrappreżentahom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-kumpaniji li kienu jifformaw parti mill-aħħar Trade Mission għall-Ghana. L-unika kumpanija involuta fl-akkwakultura kienet AquaBioTech.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Implimentazzjoni ta' Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ma kellu l-ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha tiġi trasposta fil-Liġi Nazzjonali u għaldaqstant ma hemm l-ebda Direttiva li hija pendenti.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13331 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12638, jista’ l-Ministru jagħti d-data tal-ħatra tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Sa meta twassal din il-kariga? Peress li l-Ministru qal li “ma huwiex fil-kompitu tal-Kummissarju Għoli li jwettaq investigazzjonijiet”, jista’ jgħid x’miżuri ttieħdu biex il-Pulizija ta’ Malta tingħata t-tagħrif kollu possibbli? Huwa każ li jiddaħħal l-Interpol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13330 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12640, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk saritx verifika tad-dokument uffiċjali tal-Ministeru tiegħu, datat 24-28 ta’ Lulju 2017, li jikkonferma illi l-persuna inkwestjoni (dettalji mibgħuta separatament) ma tatx informazzjoni korretta lill-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi meta ma semmietx dawk ir-rabtiet azjendali? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawk ir-rabtiet inħallux wara li l-persuna inkwestjoni ħadet il-kariga?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li kellhom jiġu minfuqa matul l-2020, 2021 u 2022 u ma ntefqux? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Każ ta’ indiviwdu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi kienu ttieħdu mill-Ministeru tiegħu dwar l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kif jidher f’paragrafu 81 tar-rapport Case No.: K023 datat 20 ta' Jannar 2020?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Positions of Trust - Salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust), fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każ ta' individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12640, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk saritx verifika tad-dokument uffiċjali tal-Ministeru tiegħu, datat 24-28 ta’ Lulju 2017, li jikkonferma illi l-persuna inkwestjoni (dettalji mibgħuta separatament) ma tatx informazzjoni korretta lill-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi meta ma semmietx dawk ir-rabtiet azjendali? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawk ir-rabtiet inħallux wara li l-persuna inkwestjoni ħadet il-kariga?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Każ ta’ individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12638, jista’ l-Ministru jagħti d-data tal-ħatra tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Sa meta twassal din il-kariga? Peress li l-Ministru qal li “ma huwiex fil-kompitu tal-Kummissarju Għoli li jwettaq investigazzjonijiet”, jista’ jgħid x’miżuri ttieħdu biex il-Pulizija ta’ Malta tingħata t-tagħrif kollu possibbli? Huwa każ li jiddaħħal l-Interpol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Nefqa fuq reklmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari hi ta’ €1,357.00.

Każ ta’ individwu

Question

Fid-dawl tal-fatt illi fir-rapport tal-Kummissjoni għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, datat 5 ta’ Mejju 2021, il-Kummissarju rrimarka illi ma setax jinvestiga akkużi li kienu ‘time-barred’, li ma jfissirx li ma kinux veri fis-sustanza, jista’ l-Ministru jgħid x’investigazzjonijiet saru mill-Kummissarju Għoli ġewwa l-Ghana biex jinstab l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Iterpellant li ma huwiex fil-kompitu tal-Kummissarju Għoli li jwettaq investigazzjonijiet.

Każ ta' individwu

Question

Fid-dawl tar-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika Case No.: K023 datat 20 ta’ Jannar 2020, u b’mod partikolari għall-para. 56 tiegħu dwar informazzjoni mogħtija mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament lill-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa peress illi dan juri li hemm nuqqasijiet serji li għadhom ma ġewx indirizzati? Fid-dawl tal-fatt li l-informazzjoni hi skorretta u li tiżgwida l-Parlament, jidhirlu l-Ministru li għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Prim Ministru u tal-Ispeaker dwar dan?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru kiseb konferma bil-miktub li l-persuna in kwestjoni nħallet minn kull rabta diretta jew indiretta li qabel kellha mas-soċjetajiet azjendali msemmija f’paragrafu 56 tal-imsemmi rapport. Fid-dawl li l-Ministeru kiseb il-kjarifiki mitluba, ma tinħassx il-ħtieġa li wieħed isegwi din il-kwestjoni ma’ uffiċċji jew entitajiet pubbliċi oħra.

Ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM/2022/105)?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.