Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Berġa t’Aragona hija Binja Skedata tal-ppjanar u jigverna l-wirt Nazzjonali Malti. Bħalissa għaddej proġett ta’restawr mill- Grand Harbour Regeneration Corporation, il-punt imsemmi qed jiġi studjat biex jiġi integrat fil-proġett.
Qorti ta’ Għawdex – verbali dwar iffullar ta’ nies fl-awla b’relazzjoni mal-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemmx istanza fejn quddiem il-Qorti ta’ Għawdex , sarx verbal (jew verbali) minn xi Maġistrat sedenti dwar l-iffullar ta’ nies fl-awla b’relazzjoni mal-COVID-19 mill-1 ta’ Jannar 2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, jistax iqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra
1) l-verbal li sar mill-Maġistrat sedenti dwar l-ammont ta’ nies fl-awla, b’relazzjoni mal-COVID-19.
2) Mistosijiet u r-risposti mgħotija lil
newsportal
lokali, Newsbook mill-Kap Eżekuttiv tal-Qorti Mr Frank Mercieca.
Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data – passi kontra entitajiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2020 s’issa jekk kienx hemm xi istanzi fejn il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data ħa passi kontra xi entità pubblika minħabba ksur ta’ xi regoli dwar il-ħarsien tad-data? Jekk kien hemm, jista’ jgħid fil-front ta’ liema entitajiet pubbliċi u x’kienu l-passi li ttieħdu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 586 tal-Liġijiet ta’ Malta) ma jobbligax lill-Kummissarju sabiex jippubblika d-deċiżjonijiet li jkun ħa, b’mod partikolari, li jiżvela l-ismijiet tal-kontrolluri tad-data, sia jekk dawn ikunu kumpaniji privati u sia jekk ikunu entitajiet pubbliċi.
Madankollu, minn Jannar tal-2020, l-Uffiċċju tal-Kummissarju beda jippubblika ċerta informazzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jittieħdu kemm fil-każijiet ta’ ilmenti mressqa minn suġġetti tad-
data
u kif ukoll f’każijiet fejn il-kontrolluri stess jinnotifikaw lill-Kummissarju li jkun hemm ksur ta’
data
personali. Din l-informazzjoni tinsab disponibbli fuq dan il-
hyperlink
:
https://idpc.org.mt/decisions/
(kopja tal-iscreenshot qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).
Mill-istatistika miġbura mill-Uffiċċju tal-Kummissarju, minn Jannar 2020 sa llum, il-Kummissarju rċieva total ta’ 480 ilment li huma meqjusa bħala ammissibbli minn suġġetti ta’
data
ai termini tal-artikolu 77(1) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), u minn dawn l-ilmenti, 35 minnhom saru kontra entitajiet pubbliċi. Fir-rigward ta’ notifiki li saru mill-kontrolluri tad-
data
skont l-obbligu tagħhom li jemerġi mill-artikolu 33 tar-Regolament, il-Kummissarju rċieva 101 notifika, u li 18 minnhom saru minn entitajiet pubbliċi.
Illi a bażi tal-investigazzjoni kondotta mill-Kummissarju, jekk jirriżulta li l-ipproċessar ta’
data
personali jikser il-provvedimenti tal-GDPR jew tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-
Data,
il-Kummissarju jieħu l-azzjoni korrettiva neċessarja li jidhirlu li hi xierqa a bażi tal-artikolu 58(2) tal-GDPR.
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) – kawżi ġodda ppreżentati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża ġdida ġiet ippreżentata fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kawżi ġodda fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena huwa kif indikat hawn taħt:
Sena 2013
Sena 2014
Sena 2015
Sena 2016
Sena 2017
Sena 2018
Sena 2019
Sena 2020
Sena 2021
Sede Superjuri
119
126
122
147
130
141
131
129
1
Sede Inferjuri
20
20
13
18
11
15
8
16
0
Total
139
146
135
165
141
156
139
145
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il appell ġie ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Appell (Ċivili Superjuri) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena? Kemm kien iż-żmien medju (snin) ta’ stennija fl-2013 għall-ewwel seduta f’appelli ċivili quddiem il-Qorti tal-Appell u kemm huwa llum?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ appelli introdotti fil-Qorti tal-Appell (Ċivili Superjuri) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena kien hekk:
SENA 2013 – 455
SENA 2014 – 449
SENA 2015 – 396
SENA 2016 – 471
SENA 2017 – 447
SENA 2018 – 334
SENA 2019 – 331
SENA 2020 – 319
SENA 2021* - -5 * Sal-11 ta’ Jannar 2021.
Iż-żmien ta’stennija jvarja minn appell għall-ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġuri hemm pendenti, fejn l-akkuża hija omiċidju volontarju? Jistax għal kull wieħed jgħid meta ġie ippreżentat l-Att ta’ Akkuża rispettivament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-11 ta’ Jannar 2021.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġuri hemm pendenti fejn l-akkuża hija money laundering? Jistax għal kull wieħed jgħid meta ġie ppreżentat l-Att ta’ Akkuża rispettivament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-11 ta’ Jannar 2021.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-użu ħażin, deliberat, mifrux u/jew il-ħela fl-użu ta’ fondi pubbliċi għandux ikun delitt ad hoc, kif hemm f’diversi pajjiżi fl-Ewropa?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li diġa` hemm reat li jixbah ħafna, fl-elementi kostitutivi u kif ukoll fin-natura u x-xorta tiegħu, dak li huwa deskritt fis-suġġett tal-mistoqsija parlamentari.
Dan huwa r-reat ta’ embezzlement li jinsab fl-artikolu 127(1) tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Infatti juża terminoloġija kważi identika għall-mistoqsija parlamentari meta jistipola s-segwenti:
Kull uffiċjal jew impjegat pubbliku illi, għal xi vantaġġ privat tiegħu jew għall-benefiċċju ta’ xi persuna jew entità oħra, jagħmel uz
u ħażin minn flejjes tal-Gvern jew tal-privat, karti ta’ kreditu jew dokumenti, titoli, atti
jew ħwejjeġ mobbli, illi jkunu ġew fdati lilu minħabba l-kariga jew impieg tiegħu, jew jisraqhom, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija minn sentejn sa sitt snin, u l-interdizzjoni ġenerali perpetwa.
Dak li ma jinkwadrax f’dan ir-reat jista’ pero` jinkwadra fir-reat ta’ misapproprjazzjoni għat-tenur tal-artikolu 293 u 294 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta, jew inkella f’dak ta’ frodi li jinsab fl-artikoli 308 (
obtaining money or property by false pretences)
u 309 (
other causes of fraudulent gain
) tal-Kodiċi Kriminali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru appuntamenti għall-pubbliku in ġenerali kif ukoll għal inmates fil-Correctional Services Agency, matul is-snin 2018, 2019 u 2020 mill-Aġenzija tal-Għajnuna Legali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-appuntamenti li ngħataw għas-snin 2018, 2019 u 2020 huma kif spjegat hawn taħt:
Sena
Appuntamenti lill-publiku mal-Avukat tal-Għajnuna Legali
Appuntamenti mal-
inmates ta’ CCF
Total għal kull sena
2018
418
232
650
2019
262
341
603
2020*
194
194
388
*Bejn it-18 ta’Marzu u 12 ta’ Ġunju, meta l-pajjiż kien parzjalment f’
lockdown
, l-Aġenzija kienet tiftaħ bil-prekawzzjonijiet kollha sabiex persuni li jitolbu l-assistenza tal-għajnuna legali jkunu jistaw jingħataw informazzjoni meħtieġa. Appuntamenti mal-Avukati ma sarux.
Jista’ l-Ministru jgħid matul is-sena 2020 kemm kien hemm ħaddiema full-time, part-time jew li għandhom contract of services mal-Aġenzija għall-Għajnuna Legali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li matul u sa tmiem is-sena 2020 kien hemm:
Sena 2020
Full-timers4
Part-timersXejn
Contract of Service Xejn
Contractor Employees 1 Reception
1 Security
Avukati għall-Għajnuna Legali22
Prokuraturi Legali 19
Appelli Kriminali u ġurijiet pendenti li qed jużaw is-servizz tal-għajnuna legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sal-aħħar tas-sena 2020 kemm hemm appelli kriminali u ġurijiet pendenti li qed jużaw is-servizzi tal-għajnuna legali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-ġurijiet u appelli kriminali pendenti assistiti bl-għajnuna legali sa tmiem is-sena 2020 huma:
Sena 2020
Ġurijiet pendenti sa tmiem sena 20205
Appelli pendenti sa tmiem sena 202049
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il subbasta saret fil-Qrati tal-Ġustizzja, sena b’sena, mill-2013 sal-lum?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ subbasti illi saru fil-Qrati tal-Ġustizzja sena b’sena, mill-2013 sal-2020 huwa kif indikat fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża ġdida ġiet ippreżentata fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor Membru Parlamentari n-numru ta’ kawżi ġodda ppreżentati fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Malta) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena huwa kif indikat hawn taht:
SENA 2013- 1563
SENA 2014- 1539
SENA 2015- 1575
SENA 2016- 1577
SENA 2017- 1530
SENA 2018- 1742
SENA 2019- 1772
SENA 2020- 1823
SENA 2021 - 43
Qorti tal-Maġistrati (Malta) – kawżi ġodda ppreżentati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża ġdida ġiet ippreżentata fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kawżi ċivili ġodda ppreżentati fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) kull sena bejn l-2013 u llum, sena b’sena huwa kif indikat hawn taħt:
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
sal-11 ta' Jannar 2021
397
429
394
342
381
347
316
279
8
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza – tender jew direct order lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jispeċifika t-talba tiegħu.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14059, jista’ l-Ministru jgħid min kien fuq is-selection board u x’kienu s-selection criteria? Jekk ma kienx hemm kriterji ta’ għażla, fuq liema bażi saret l-għażla?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Il-bord tal-għażla maħtur kien kompost miċ-Chief Justice Emeritus Joseph Azzopardi, l-Imħallef Lino Farrugia Sacco u s-Sur Vincent Muscat, Segretarju Permanenti. L-kriterji tal-għażla kienu stabbiliti mill-Bord tal-Għażla maqsuma kif ġej:
Kriterji tal-għażlaIl-massimu tal-marka stabilita għall-kull kriterju:
Related Knowledge15
Relevant Experience15
Additional Qualifications5
Communication Skills15
Organisational Skills15
Teamwork10
Aptitude & Motivation 15
Work Ethics10
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14059, jista’ l-Ministru jgħid min intgħażel bħala Avukat Kap tal-Aġenzija għall-Għajnuna Legali, u meta? Min huwa s-CEO ta’ din l-Aġenzija u meta ntgħażel?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Mis-sejħa maħruġa f’Marzu 2020 ħadd ma kien idoneju li jgħaddi mill-intervisti li saru fid-29 ta’ Lulju 2020 għal din il-kariga w għalhekk l-posizzjoni għadha vakanti. Minn matul ix-xhur tal-bidu tal-pandemija u ċjoe minn April 2020 ‘l hawn, il-proġetti tal-Aġenzija baqgħu għaddejja b’ritmu stabbli bid-direzzjoni tal-uffiċjali anżjani adetti mal-Aġenzija. Fil-fatt l-uffiċini tal-Għajnuna Legali Malta ġew trasferiti fil-binja ġdida mit-3 ta’ Lulju 2020 b’avviż numru 738 maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern u saret l-inawgurazzjoni fl-1 ta’ Diċembru 2020. Proġett inizjattiva oħra li bdiet mill-aħħar t’April 2020 huwa s-servizz tal-assenjar ta’ avukat għall-pariri lill-vittmi ta’ vjolenza domestika – proġett suċċess u filfatt sar MoU ma’ entitajiet oħra dwaru. Fl-aħħar kwart tas-sena inħarġet wkoll is-sejħa tal-avukati u prokuraturi għall-għajnuna legali li n-nomina tagħhom bdiet mill-1 ta’ Jannar 2021.
Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għal din il-pożizzjoni ser terġa tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14059, jista’ l-Ministru jgħid min kien qed jeżerċita d-dmirijiet ta’ Avukat Kap u CEO tal-Aġenzija għall-Għajnuna Legali fil-frattemp sakemm saret l-għażla ta’ Avukat Kap/CEO fl-2020? Xi ħlasijiet saru lil persuna/i li imlew dan il-post fl-2020 sakemm saret l-għażla finali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li preżentament l-amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali qed titmexxa mill-uffiċjali addetti magħha fil-karigi rispettivi tagħhom, u ma jsiru ebda ħlasijiet aktar mill-pagi dovuti lilhom, taħt is-superviżjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja. L-aspett legali, fi ħdan l-amministrazzjoni tal-Aġenzija, qed jitmexxa bl-assistenza tal-Avukati tal-Għajnuna Legali fuq il-lista uffiċjali u jitħallsu remunerazzjoni li bejnithom hija ekwivalenti ta’ paga ta’ Avukat Kap u cioe:
Tip ta’ xogħol legali
Remunerazzjoni fix-xahar
Numru ta’ Persuni appuntati
Għall-ġurijiet, patteġjamenti, laqgħat mal-klijenti, kull kitba ta’ atti legali, rappreżentanza u sottomissjonijiet orali fil-Qorti.
€1,000
1
Appelli Kriminali: laqgħat mal-klijenti, kitba tal-appelli u kitba t’atti legali kollha u rappreżentanza fil-Qorti u assistenza lill-avukat tal-għajnuna legali li jirrapreżenta klijenti fil-ġurijiet.
€800
2
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14059, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħlasijiet kollha li għamlet l-Aġenzija għall-Għajnuna Legali bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-rummerazzjonijiet li tħallsu t -22 avukat tal-għajnuna legali għas-sena 2020 jammontaw għal €167,600.