Kunsill Lokali ta’ Marsaskala — Attività Turistika
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’qiegħed jagħmel il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala sabiex tissaħħaħ l-attività turistika f’din il-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala bis-segwenti:
1. Illi l-Kunsill jinsab f’kuntatt kontinwu mal-MTA
2. Għadu kif sar ‘
upgrade’
ta’ Ġnien San Tumas;
3. Il-Bajja ta’ San Tumas imtliet bir-ramel;
4. Il-Kunsill għamel erba’
mobile toilets
fil-Bajja ta’ San Tumas, u
5. F’ Awwissu ta’ kull sena l-Kunsill Lokali flimkien mal-MTA jorganizza l-Karnival tas-Sajf.
Birkirkara — Triq l-Imdina - slabs ħdejn Ġnien il-Ħaddiem
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10830 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jara li s-slabs, li huma parti mill-akwedott li huwa skedat fi Triq il-Kan. Indri Galea, u li ġew maqlugħa meta kien qiegħed isir ix-xogħol fuq Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina (quddiem Farsons) Birkirkara u tpoġġew ħdejh, jerġgħu jitpoġġew f'posthom b'mod permanenti? Jista’ l-Ministru jara wkoll li x-xatba fin-naħa ta' isfel ta’ Ġnien il-Ħaddiem in-naħa tal-istage ta' Triq il-Knisja l-Qadima, terġa’ tinfetaħ, peress li ngħalqet permanentement u b'hekk in-nies iridu jerġgħu jduru lura biex joħorġu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-islabs tal-akkwadott ser ikunu f’posthom b’mod permanenti fil-ġranet li ġejjin. Ix-Xatba inkwistjoni qed tinħadem mill-gdid u għandha tkun lesta ukoll fil-ġranet li ġejjin.
Birkirkara – Triq l-Imdina – bankina matul il-Ġnien il-Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10831 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u mistoqsija parlamentari 10827 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jara li l-bankina li hemm tul Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina Birkirkara (quddiem Farsons) li ġie ffinanzjat mis-Central Business District flimkien mal-kumpanija Farsons, tissewwa biex ma tibqax ta' periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara illi l-Kunsill talab l-għajnuna tal-Awtoritajiet Ċentrali sabiex jassistu lill-Kunsill fuq ix-xogħolijiet imsemmija.
Birkirkara – Triq l-Imdina – crash barriers fuq il-bankina
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10832 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u mistoqsija parlamentari 10828 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jara li ssir crash barrier tul il-bankina ta’ Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina, Birkirkara (quddiem Farsons), peress li vetturi li jkunu għaddejjin minn Triq Notabile jistgħu jitilfu l-kontroll u ssir traġedja minn dawk il-persuni li jinzertaw fi Ġnien il-Ħaddiem?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara illi l-Kunsill talab l-għajnuna tal-Awtoritajiet Ċentrali sabiex jassistu lill-Kunsill fuq ix-xogħolijiet imsemmija.
Minn tagħrif li għandu l-Kunsill min-naħa tat-Transport Malta, jidher li jekk issir ‘crash barrier’ din taf toħloq iżjed perikli minħabba li l-bankina mhiex wiesa’ biżżejjed. Fil-fatt Transport Malta qed jissuġġerixxu li jsiru ‘crash barriers’ minflok il-fence tal-injam u l-fence tal-injam jidħol aktar il-ġewwa.
Birkirkara – Triq l-Imdina – tneħħija ta’ konka mal-istage tal-linja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10829 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jara li ħdejn Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina Birkirkara (quddiem Farsons) il-konka mal-istage tal-linja u li kienet tospita Palma (illum maqlugħa), tiġi mneħħija peress li n-nies li jkunu mixjin iridu jinżlu l-bankina b’periklu kbir għalihom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara illi l-Kunsill talab l-għajnuna tal-Awtoritajiet Ċentrali sabiex jassistu lill-Kunsill fix-xogħolijiet fuq din it-triq.
B’referenza għar-rapporti li dehru llum fuq il-midja soċjali b’ritratti li juru biċċiet tal-ġebel li qed jaqa’ mill-kappella magħrufa bħala Ta’ Ċwerra fil-pjazza tas-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jinkariga d-Dipartiment tar-Restawr biex isir restawr ta’ emerġenza biex jiġu evitati inċidenti simili oħra li jista’ jkollhom konsegwenzi koroh?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-Direttorat tar-Restawr se jkun qed jispezzjona l-Kappella fil-ġranet li ġejjin bil-għan li jidentifika jekk hemmx elementi oħra ta’ periklu u fil-każ ineħħihom. Tajjeb li wieħed ifakkar li f’sitwazzjonijiet fejn bini potenzjalment jesebixxi elementi ta’ periklu, l-pubbliku għandu jdaħħal rapport fl-għassa tal-Pulizija tal-lokalità peress li hemm sistema stabilita li permezz tagħha jissejjaħ awtomatikament Perit biex jagħmel rapport tekniku. Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li r-reponsabilità li jiġi żgurat li bini ma jikkostitwix periklu lil terzi tibqa’ dejjem tas-sid tal-istess bini.
Mużew Marittimu ta’ Malta – Tender għall-implimentazzjoni tad-disinji tad-dawl u AC Units
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħariġx tender sabiex jiġu implimentati d-disinji fuq it-tqegħid ta’ dawl u AC Units fil-Mużew Marittimu ta’ Malta, u jekk inħarġet, kemm-il proposta kien hemm, min intgħażel u meta hu skedat li jitlesta x-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar 5 snin ħarġu 3 tenders pubbliċi għal xogħol relatat ma’ installazzjoni ta’ sistemi elettriċi u installazzjoni ta’ AC units fil-Mużew Marittimu.
Fit-2018 ħarġet tender għall-implementazzjoni ta’ modifikazzjonijiet u konsolidazzjoni fuq parti mis-sistema tad-dawl. Peress li ma kien hemm ebda offerta għall-ewwel tender, reġgħet ġiet miftuħa tender pubblika fl-10 ta’ Ġunju 2019 (MJCL MPU 112 2019).
Fit-2014 kien ppublikat Tender HM 22/16/2014 għal installazzjoni ta’ AC units fl-uffiċini tal-Muzew Marittimu u dan it-tender kien ġie mirbuħ minn Kencar AC supplies.
Fit-2016 kien ġie ppublikat Tender HM 22/03/2016 għal installazzjoni ta’ AC units fis-St Angelo Hall u dan it-tender kien ġie mirbuħ minn CAS Ltd.
Għar Dalam National Park – masterplan u interpretation strategy
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta l-masterplan u l-interpretation strategy li tħejjew għal Għar Dalam National Park u jgħid il-baġit li hemm imħejji għat-twettiq ta’ dan il-proġett u jippreżenta skeda tal-programm ta’ ħidma li huwa maħsub li jiġi segwiet biex jiġi implimentat dan il-proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed titfassal interpretation strategy u qed isiru għadd ta’ surveys fuq dak kollu meħtieg. Huwa biss ladarba jkun lest dan ix-xogħol preparatorju li jkunu jistgħu isiru stimi tal-finanzi meħtieġa.
Qed inpoġġi wkoll kopja tal-
management brief
fuq il-mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 10424 Ghar Dalam Management Plan Brief.pdf
Rapport 'Daphne Caruana Galizia's assassination and the rule of law in Malta and beyond: ensuring that the whole truth emerges' — ineżattezzi
Question
B'referenza għar-rapport tal-Legal Affairs and Human Rights Committee tal-Kunsill tal-Ewropa 'Daphne Caruana Galizia's assassination and the rule of law in Malta and beyond: ensuring that the whole truth emerges', jista' l-Ministru jgħid:
a. liema parti tar-rapport fih ineżattezzi;
b. x'tip ta' ineżattezzi huma; u
c. x'miżuri jew azzjoni ħa jew qed jippjana li jieħu l-Ministru biex jikkoreġi tali ineżattezzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Għandu jiġi ċċarat illi r-rapport li għalih tagħmel referenza l-Onor. Membru mhuwiex wieħed tal-Kunsill tal-Ewropa bħala organizzazzjoni iżda huwa rapport kompilat mir-Rapporteur maħtur fuq inizjattiva tiegħu stess, il-Membru Parlamentari Olandiż tal-Partit Popolari Ewropew Pieter Omzigt. Dan ir-rapport huwa għalhekk wieħed fuq livell parlamentari u mhux ta’ Gvern u l-Ministru għall-Ġustizzja ma għandu ebda setgħa biex jikkorreġi l-istess rapport.
Madankollu l-Gvern għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara fis-sens illi r-rapport huwa żbilanċjat u mimli skorrettezzi, insinwazzjonijiet u spekulazzjoni. Il-Membri Parlamentari tan-naħa tal-Gvern li huma membri tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa ipproponew numru ta’ emendi għar-rapport u spjegaw bis-sħiħ id-difetti tiegħu fil-preżenza ta’ mill-inqas membru parlamentari wieħed tal-Oppożizzjoni.
L-Onorevoli Dr. Manuel Mallia ippreżenta ukoll ‘Dissenting Opinion’ mir-rapport li, fil-limitu ta’ 500 kelma permess mill-proċedura tal-Assemblea Parlamentari spjega l-punti ewlenin ta’ kritika għall-istess rapport. Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' din id-dissenting opinion.
Il-Ministru qiegħed għalhekk jirreferi lill-Onor. Membru ukoll għall-atti tal-Assemblea Parlamentari dwar il-punti sollevati fid-domanda.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — għarfien fuq traffikar ta' persuni
Question
B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra? Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-funzjoni tinqeda permezz tal-Human Trafficking Stakeholders’ Taskforce fi ħdan il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
Qorti tal-Familja f'Għawdex — każijiet ta' medjazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2015, 2016, 2017 u 2018, kemm-il każ ġie riferut għall-medjazzjoni mill-Qorti tal-Familja f'Għawdex? Jista' jgħid preżentament kemm-il każ hemm fl-istadju ta' medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghall-mistoqsijia parlamentari 10633.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ingħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-toroq li ngħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa huma li ġejjin:
· Triq il-Kbira (bejn Triq il-Qortin u Triq in-Naħal)
· Il-Moll tat-Tunnara
· Triq l-Armier (permezz ta’ Public Private Partnership li jiskadi fl-2020).
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema toroq sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bejn l-2008 u l-2013 sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa fit-toroq li ġejjin:
• Triq l-Alwetta
• Triq ta’ Fuq il-Widien
• Triq is-Sliem
• Triq l-Għaqda
• Triq il-Ħena
• Triq il-Ħlewwa
• Triq il-Palm
• Triq in-Nixxiegħa
Kunsilli Lokali tat-Tielet Distrett — impenn kontra faqar
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27074 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jindika x’inizjattivi ħadu l-Kunsilli Lokali tat-Tielet Distrett f’dawn l-aħħar tliet snin sabiex tittaffa l-pjaga tal-faqar fost il-familji li jgħixu f’dawn il-lokalitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Nghid lill-Onor. Interpellant li jien informat li f’dawn l-aħħar tlett snin kien hemm żewġ Kunsilli Lokali fit-Tielet Distrett Elettorali li ħadmu fuq inizjattivi sabiex titaffa l-pjaga tal-faqar fil-lokalità tagħhom.
Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun ħa ħsieb jorganizza korsijiet relatati mal-faqar kif ukoll it-tqassim ta’ ikel miċ-ċentru LEAP.
Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala għandu ċentru ta’ tagħlim minn fejn il-LEAP joffri bosta servizzi lin-nies bi b¿onnijiet partikolari u t-tqassim tal-ikel lin-nies foqra. Il-Kunsill joffri wkoll servizz ta’ social worker li jaħdem fuq bażi voluntarja.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm seminars/konferenzi organizzati biex jattendu għalihom il-ġudikatura f’dawn l-aħħar tliet snin sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Fuqiex kienu t-temi ta’ dawn il-konferenzi u meta saru?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmt li mis-sena 2016 sal-lum is-seminars/konferenzi li ġew organizzati Malta għal Membri tal-Ġudikatura u t-temi tal-istess seminars/konferenzi huwa kif muri fl-annessa tabella A.
Barra minn hekk matul l-istess perjodu, diversi Membri tal-Ġudikatura attendew ukoll diversi seminars/konferenzi barra minn Malta skont kif muri fl-annessa tabella B.
Tabella A
1.
The Institute of Trusts under Local Legislation
January 2016
2.
Cybercrime
February 2016
3.
Company Law
April 2016
4.
Trafficking in Human Beings
June 2016
5.
Human Rights
September 2016
6.
Procedural Safeguards in criminal matters
November 2016
7.
Legal Personality, Legal Organisations and Related Issues - Perspectives on Foundations and Associations
January 2017
8.
Corporate Governance
March 2017
9.
The Interpretation of the Istanbul Convention
May 2017
10.
Legal Aid and the right to silence
September 2017
11.
Detention and Asylum Procedural Law
November 2017
12.
The doctrine of non-cumul
November 2017
13.
Forensics
January 2018
14.
Anti-Money Laundering & Combatting Financing of Terrorism
February 2018
15.
Cybercrime – use and misuse of social media
March 2018
16.
Domestic Violence
April 2018
17.
Whistle-blower – Law & Misadventures
May 2018
18.
Data Protection
June 2018
19.
Judicial Ethics and Skill
September 2018
20.
Child Convention and Child Interviewing Techniques
October 2018
21.
Hate Crime
November 2018
22.
Air Accident
January 2019
23.
Legal Framework for Disability Rights and EU Perspectives on the UNCRPD
February 2019
24.
Bit Coin
March 2019
25.
Legal Culture
April 2019
26.
Family Court Issues
June 2019
27.
Consumer Affairs
June 2019
Tabella B2016ISEM
Seminars/konferenziDestinazzjoniMinnSa
Hon Justice Michael Mallia - JudgeMeeting of the Civil Law Sub-Working GroupPrague03/02/201605/02/2016
Dr. Joseph Mifsud - MagistrateTraining on Tackling Terrorism Procedural and Substantive Law Challenges and Best PracticesTrier Germany17/02/201620/02/2016
Hon Justice Geoffrey Valenzia - Judge and Mr. Adrian Avellino - Mita IT Consultant14th Meeting Unified Patent CourtBrussels23/02/201625/02/2016
Hon Justice Abigail Lofaro - JudgeEuropean Civil Procedure in Family Law MattersPrague28/02/20161/03/2016
Dr. Aaron Bugeja - MagistrateFrom Radicalisation to De-Radicalisation: A Judicial Response to Foreign Terrorist Fighters (EJTN)Brussels9/03/201611/03/2016
Dr. Natasha Galea Sciberras - MagistrateCross-border evidence in PracticeBrussels14/03/201616/03/2016
Hon Justice Michael Mallia - JudgeEJTN Penal Sub-Working Group MeetingBrussels15/03/201617/03/2016
Dr. Neville Camilleri - MagistrateNew Paths for a better cooperation between Judiciary and Police in the field of fight against drug trafficking - exchange of best practicesAntwerp Belgium11/04/201614/04/2016
Dr. Donatella Frendo Dimech - MagistrateStrengthening Cooperation in Criminal Matters between the Judiciary and National Preventive MechanismsTrier Germany20/04/201622/04/2016
Michael Mallia, Joseph Zammit McKeon-Judges & Aaron Bugeja-MagistrateFranco-Maltese Seminar Paris 2015- Comparison of Judicial Practices in Criminal MattersParis, France3/05/20165/05/2015
Dr. Joanne Vella Cuschieri - MagistrateEuropean Labour Law Seminar - EJTNLisbon Portugal15/05/201618/05/2016
Dr. Geoffrey Valenzia - Judge & Mr. Adrian Avellino - Mita16th Preparatory Committee of the Unified Patent CourtHamburg Germany25/05/201627/05/2016
Dr.Silvio Camilleri - Chief JusticeVisit of Delegation of the Network of the Presidents of the Supreme Judicial Courts of the EU Strasbourg, France1/06/20163/06/2016
Mallia Michael - JudgeEJTN Meeting of the General AssemblyAmsterdam8/06/201610/06/2016
Mallia Michael - Judge & Giovanni Grixti - JudgeEJTN Criminal Justice SeminarSlovenia13/06/201616/06/2016
Dr. Geoffrey Valenzia - Judge & Mr. Adrian Avellino - Mita17th Preparatory Committee of the Unified Patent CourtStockholm Sweden29/06/20161/07/2016
Justice Miriam Hayman & Justice Joseph Azzopardi - JudgesETJN Civil Law Project European Civil ProcedureBarcelona Spain7/07/20168/07/2016
Hon Magistrate Dr. Monica Vella - MagistrateJudicial Training The EU Preliminary Ruling ProcedureTrier Germany18/09/201621/09/2016
Hon Dr. Michael Mallia - JudgeEJTN Steering CommitteeMadrid Spain27/09/201630/09/2016
Hon Justice Silvio Meli and Hon Justice Joseph Zammit McKeon - JudgesEJTN Civil Law Sub-Working Group Seminar - International Contact LawScandicci Italy5/10/20168/10/2016
Hon Justice Anna Felice - JudgeEJTN Administrative Law SWG Seminar Human Rights and Access to JusticeSplit, Croatia19/10/201621/10/2016
Dr. Silvio Camilleri - Chief JusticeColloquium of the Network of the Presidents of the Supreme Judicial Courts of the European Union from 19th to 22nd October 2016Madrid Spain19/10/201611/10/2016
Dr. Ian Farrugia - MagistrateEJTN Seminar on 'Economic Crimes' : Asset recovery and confiscation in the EUUK23/11/201626/11/2016
2017
ISEM
Seminars/konferenzi
Destinazzjoni
Minn
Sa
Dr. Gabriella Vella - Magistrate
Seminar: The Role of the Judiciary in the Changing Digital Single Market
Brussels
19/1/2017
20/1/2017
Justice J Zammit McKeon - Judge
European Judical Network in Civil and Commercial Matters: 63rd Meeting of The Contact Points
Brussels
01/03/2017
03/03/2017
Dr. Robert Mangion - Judge
Judicial Training on Conflict of Norms in the Application of Fundamental Rights
Rome Italy
01/03/2017
05/03/2017
Dr. Anthony Abela - Judge & Dr G Mercieca - Magistrate
WG Judicial Training Methods JTM Seminar on Judgecraft
Nicosia Cyprus
13/03/2017
14/03/2017
Dr. Francesco Depasquale - Magistrate
EJTN Administrative Law Project Judicial Training on Data Protection and Privacy Rights
Lisbon Portugal
22/03/2017
25/03/2017
Dr. Silvio Camilleri - Chief Justice
Meeting of Judges 2017 A Justice Network at European Level - A guarantee of high-quality Justice
Luxembourg
26/03/2017
28/03/2017
Dr Miriam Hayman - Judge & Dr D Frendo Dimech - Magistrate
EJTN - Civil Law SWG Seminar 'European Labour Law
Lisbon
03/04/2017
4/4/2017
Dr Joanne Vella Cuschieri - Magistrate
ERA - EU Anti-Discrimination Law
Zagreb Croatia
10/05/2017
13/05/2017
Dr. J Zammit McKeon - Judge
Working Party Meeting on Civil Law Matters (Insolvency)
Brussels
13/06/2017
15/06/2017
Dr. Silvio Camilleri - Chief Justice and Dr. Giannino Caruana Demajo - Judge
International Conference: Binding Effect of the Judicial Decisions
Brno, Czech Republic
19/06/2017
23/06/2017
Hon Justice L Schembri Orland & Dr C Scerri Herrera Magistrate
EJTN Civil Law Project - Service of Documents & Taking of Evidence Abroad
Barcelona Spain
12/07/2017
14/07/2017
Dr. Lorraine Schembri Orland - Judge
First Meeting of The Judicial Network of The European Union
Luxembourg
10/09/2017
11/09/2017
Dr. Silvio Camilleri - Chief Justice
5th Conference of the Presidents of the Courts of Appeal of the European Union 2017
Netherlands
12/09/2017
16/09/2017
Dr. Aaron Bugeja, Dr. Joe Mifsud and Dr. Ian Farrugia - Magistrates
EJTN Criminal Justice Seminar
Scandicci (Florence)
12/09/2017
16/09/2017
Dr. J. Zammit McKeon, Dr. T. Mallia, Dr. J.R. Micallef, Dr. A. Abela, Dr. A. Felice, Dr. L.Schembri Orland, Dr. A. Lofaro, Dr. M. Hayman, Dr. L. Mintoff - Judges and Dr. N. Camilleri, Dr. J. Demicoli, Dr. D. Frendo Dimech, Dr. N. Galea Sciberras, Dr. F. Depasquale, Dr. C. Galea, Dr. C. Scerri Herrera, Dr. J. Mifsud, Dr. Monica Vella,Dr. J Vella Cuschieri, Dr. G. Mercieca - Magistrates and Dr. Danielle Pace Grima - Training Administrator
EU Institutions Visit: EU Commission in Brussels & European Court of Justice in Luxembourg
Brussels
19/09/2017
21/09/2017
Dr. Giovanni Grixti - Judge
Barcelona Seminar : EU cross-border evidence in practice
Barcelona Spain
20/09/2017
22/09/2017
Dr. Anna Felice - Judge & Dr. Josette Demicoli - Magistrate
ERA - EU Gender Equality Law
Florence
04/10/2017
06/10/2017
Dr. Silvio Meli - Judge
EJTN Justice Seminar: Recasting of Brussels 1 Regulation
Slovenia
10/10/2017
13/10/2017
Dr. Michael Mallia - Judge
EJTN Civil Justice Seminar: Recasting jof Brussels 1 Regulation
Trier Germany
18/10/2017
21/10/2017
Dr. Abigail Lofaro
EJTN Cross Border Maintenance Recovery of maintenance in the EU and beyond
Trier Germany
05/11/2017
08/11/2017
2018
ISEM
Seminars/konferenzi
Destinazzjoni
Minn
Sa
Dr. Gabriella Vella - Magistrate
Seminar for Judges dealing with electronic communications issues
Brussels
18/01/2018
19/01/2018
Dr. Joseph Zammit McKeon - Judge
EJTN-Seminar on Cross-border Insolvency Law
Barcelona Spain
10/04/2018
13/04/2018
Dr Gabriella Vella - Magistrate
ERA Workshop on How to Handle Court Proceedings invoking Non-compliance with EU Nature Protection Law-Focus on Species Protection
Trier
22/04/2018
26/04/2018
Dr. Anthony Abela - Judge
EJTN - Seminar on Brussels/Regulation No 1215/2012 Jurisdiction and the Recognition and Enforcement of Judgements in Civil Matters
Zagreb
15/05/2018
17/05/2018
Dr. Doreen Clarke and Dr. Josette Demicoli - Magistrates
EJTN Criminal Justice Training Gathering and Admissibility of Evidence in Terrorism Cases: Challenges and Best Practices
Krakow Poland
26/05/2018
30/05/2018
Hon Justice Michael Mallia - Judge, Hon Magistrate Dr C Scerri Herrera and Hon Magistrate Dr Aaron Bugeja
Franco - Maltese Seminar
Paris France
3/06/2018
5/06/2018
Dr. Neville Camilleri - Magistrate
EJTN - Criminal Justice Seminar
Riga Latvia
17/06/2018
21/06/2018
Hon Justice Abigail Lofaro - Judge, Dr. Marie-Eugenie Formosa - Junior Legal Officer and Dr. Yvette Borg Tonna - Asst. Registrar
European Judicial Network in Civil and Commercial Matters: 70th Meeting of The Contact Points
Sofia Bulgaria
24/06/2018
27/06/2018
Hon Justice Lawrence Mintoff
National Judges' Conference
Paris France
14/06/2018
16/06/2018
Dr. Giannino Caruana Demajo - Judge
Conference of the Network of the Presidents
Karlsruhe Germany
27/09/2018
29/09/2018
Dr. Charmaine Galea - Magistrate
EJTN-Criminal Justice Seminar
Paris France
16/09/2018
18/09/2018
Dr. L. Schembri Orland - Judge
EJTN-Human Rights and Access to Justice
Strasbourg
26/9/2018
28/09/2018
Dr. C. Scerri Herrera - Judge and Dr. J. Vella Cuschieri - Magistrate
EJTN-Criminal Justice Seminar
Florence, Italy
1/10/2018
3/10/2018
Dr. L. Schembri Orland - Judge
EJN-Criminal Justice Seminar
Brussels
1/10/2018
2/10/2018
Dr. Joseph Azzopardi - Chief Justice and Dr. Silvio Meli - Judge
9th Judicial Year of the Constitutional Court of the Republic of Kosovo
Kosovo
24/10/2018
27/10/2018
Dr. Abigail Lofaro - Judge
Annual Conference on European Family Law 2018
Luxembourg
24/10/2018
26/10/2018
Justice M. Mallia & Justice M. Hayman - Judges & Dr. Danielle Pace Grima - Court Attorney
EJTN Directors' Conference-Judicial Training Strategy:Turning Challenges into Opportunities
Vienna
22/10/2018
25/10/2018
Dr. Joseph Zammit McKeon - Judge
ERA Seminar Data Protection in the Judiciary
Vienna
17/10/2018
19/10/2018
Dr. Grazio Mercieca - Judge
Maltese Judges & The Brussels Meeting
Brussels
14/11/2018
16/11/2018
Dr. Anthony Abela - Judge
ERA - Dispute Resolution: Beyond the Courts Conference
Trier Germany
8/11/2018
10/11/2018
Dr. Silvio Meli - Judge
EJTN-EJTN Administrative Law Project
Rome Italy
7/11/2018
10/11/2018
Dr. Joseph Azzopardi - Chief Justice
Effectiveness of Justice Systems
Vienna
29/11/2018
30/11/2018
Dr. Giovanni Grixti - Judge
European Union Forum of Judges for the Environment
Sofia Bulgaria
15/11/2018
17/11/2018
Dr. Robert G Mangion - Judge
Forum for Members of the Judiciary
Luxembourg
17/11/2018
21/11/2018
Dr. Charmaine Galea - Magistrate
ACA Europe - Administrative Law in the EU
Germany
2/12/2018
5/12/2018
Dr. Francesco Depasquale - Magistrate
Meeting of the Contact Persons on National Justice Systems
Brussels
17/12/2018
18/12/2018
2019
ISEM
Seminars/konferenzi
Destinazzjoni
Minn
Sa
Dr. Joseph Azzopardi - Chief Justice
Strengthening Confidence in the Judiciary
France
24/01/2019
26/01/2019
Dr Lawrence Mintoff - Judge
17th Annual Meeting of the Members of the European Judicial Network in Civil and Commercial Matters
Brussels
30/1/2019
31/1/2019
Dr. Gabriella Vella - Magistrate
Association of Councils of State and Supreme Administrative Jurisdictions of the EU: How our Courts Decide: The Decision making Process
Dublin Ireland
24/03/2019
27/03/2019
Dr. Joseph Mifsud and Dr. Aaron Bugeja - Magistrates
EJTN - Cyber Crime and e-Evidence (basic)
Lisbon Portugal
19/3/2019
23/3/2019
Dr. Joseph Azzopardi - Chief Justice
The Future of Europe Based on the Rule of Law
Warsaw Poland
24/04/2019
27/04/2019
Dr. Simone Grech - Magistrate
Responses to Prison Overcrowding
Strasbourg
23/04/2019
26/4/2019
Dr. Joseph Zammit McKeon - Judge
IMLI 30th Anniversary Event
London
24/06/2019
29/6/2019
Dr. Giannino Caruana Demajo - Judge
Conference on Competition Law and Regulated Network markets: especially energy and telecommunications
Copenhagen Denmark
13/06/2019
15/06/2019
Dr. Anthony Ellul - Judge
Competition Law Seminar for Judges
Budapest Hungary
9/05/2019
12/05/2019
Dr. Anthony Abela - Judge and Dr. Miriam Hayman - Judge
Independence and Accountability of the Judiciary
Florence
4/4/2019
5/4/2019
Dr. Clare Stafrace Zammit - Magistrate and Dr. Francesco Depasquale - Judge
Supporting the efficiency of the Maltese Justice System
Slovenia
2/06/2019
4/6/2019
Dr. Joseph Zammit McKeon - Judge
The Non-Distinctive Trade Marks Elements
Spain
17/06/2019
20/06/2019
Dr. Abigail Lofaro - Judge
EJTN - Civil Justice Seminar
Brussels
4/06/2019
8/06/2019
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28815 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid fejn waslu t-taħditiet tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala mal-Foundation for Tourism Zone Development rigward it-tisbiħ tal-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ Wied il-Għajn?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sentenza ta’ sigħat xogħol fil-komunità ngħataw f’dawn l-aħħar tliet snin? X’tip ta’ xogħol wettqu l-akkużati u f’liema lokalità dan ix-xogħol sar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole rċieva dawn is-segwenti każijiet ta’ Ordni ta’ Servizz fil-Komunità:
Fl-2016 inħarġu 58 każ b’total ta’ 6990 siegħa
Fl-2017 inħarġu 37 każ b’total ta’ 6840 siegħa
Fl-2018 inħarġu 31 każ b’total ta’ 4865 siegħa
Saru diversi xogħlijiet fosthom xogħol:
ta’ manutenzjoni ġenerali;
klerikali;
f’santwarji ta’ annimali;
f’għaqdiet sportivi;
f’entitajiet reliġjużi;
f’għaqdiet li jieħdu ħsieb persuni vulnerabbli.
Dawn l-entitajiet huma mifruxa madwar Malta u Għawdex.
Il-Mellieħa — Triq Ġorġ Borg Olivier - Sejba ta' Xelter - Rapport
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10695 u ċjoè: B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 9968, 9748 u 10038 rigward is-sejba ta’ xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Mellieħa (Triq Ġorġ Borġ Olivier) jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li tħejja mill-uffiċċjal tas-Sovritendenza għall-Wirt Storiku kif ukoll rapporti oħra li setgħu saru fuq l-istess suġġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Wara li tlabt l-informazzjoni, qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u ritratti li jiddokumentaw il-parti tax-xelter in kwistjoni.