B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 31030, 31407 u 31917 dwar ix-xogħlijiet fi Triq l-Emigranti, fin-Nadur, jista’ l-Ministru jgħid:
i. Kemm fiha tul Triq l-Emigranti, fin-Nadur?
ii. Meta nbeda x-xogħol fuqha?
iii. Meta ser jitlesta minn kollox (xahar u sena) ix-xogħol f’din it-triq?
iv. Min kien/u l-kuntrattur/i li ħadem fuq din it-triq s’issa?
v. Min se jkun il-kuntrattur li se jkompli x-xogħol f'din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 31676.
CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26919 u 31916 u ċjoè: B’referenza għas-sejħa CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry for Gozo, jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru mill-1 ta’ Novembru 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet, liema xogħlijiet tlestew minn kollox, fejn saru permezz ta’ din is-sejħa u kemm ġiet tiswa kull biċċa xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ta’ Ċawla, Għawdex - Proġett ta’ Housing – Allokazzjoni ta’ appartamenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-appartamenti tal-proġett ta’ Housing li sar mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ġewwa taċ-Ċawla, ġewx allokati lill-familji li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali u jekk iva, kif ingħataw?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Minsiteru kkonċernat.
Victoria u ż-Żebbuġ, Għawdex – Żebgħa ta’ sinjali tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nżebgħu l-aħħar is-sinjali taż-żebgħa tan-nofs tat-triq prinċipali li minn Victoria twassal għar-raħal taż-Żebbuġ? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn is-sinjali jistgħux jerġgħu jinżebgħu mill-aktar fis possibbli, peress li kważi m’għadhomx jidhru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sinjali taż-żebgħa tan-nofs tat-triq prinċipali li minn Victoria twassal għar-raħal taż-Żebbuġ inżebgħu fl-ewwel kwart tas-sena 2025. Dawn ser jergħu jinżebgħu fl-ewwel kwart tas-sena 2026.
In-Nadur / ix-Xewkija – Triq Ta’ Xħajma – Żebgħa ta’ sinjali tat-triq
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30517, jista’ l-Ministru jgħid meta nżebgħu l-aħħar is-sinjali taż-żebgħa tan-nofs ta’ Triq Ta’ Xħajma, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal tan-Nadur? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn is-sinjali jistgħux jerġgħu jinżebgħu mill-aktar fis possibbli, peress li kważi m’għadhomx jidhru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sinjali taż-żebgħa tan-nofs quddiem il-korsa taż-żwiemel ma nżebgħux peress li kienu għaddejjin ix-xogħlijiet.
‘MGP NP 07/2025 - Negotiated Procedure for the Organisation of New Year’s Eve Events 2025 – 2026’
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti d-direct order maħruġa mill-Ministeru tiegħu f’dawn l-aħħar ġranet ‘MGP NP 07/2025 - Negotiated Procedure for the Organisation of New Year’s Eve Events 2025 – 2026’? Jista’ jgħid ukoll x’servizzi ser jingħataw permezz ta’ din id-direct order u għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura msemmija MGP NP 07/2025 – Negotiated Procedure for the Organisation of New Year’s Eve Events 2025–2026 tikkonsisti fi proċess maħruġ skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-akkwist pubbliku, li jippermettu l-użu ta’ proċedura innegozjata mingħajr pubblikazzjoni f’ċirkostanzi diversi. Speċificament, din il-proċedura ġiet addottata għal raġunijiet tekniċi u esklussivi, peress li l-avveniment jinvolvi artist internazzjonali speċifiku li jista’ jiġi pprovdut biss minn fornitur partikolari li għandu d-drittijiet li jorganizza u jikkonferma l-preżenza ta’ dan l-artist.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il studju sar mill-Awtorità tal-Ippjanar jew minn xi awtorità tal-Ippjanar oħra qabilha, għal dak li jikkonċerna l-ispazju li fih hemm il-Fortizza Campbell, f’Selmun, il-Mellieħa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-istudji?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm multi pendenti li kienu imposti mill-Awtorità tal-Ippjanar u għadhom ma tħallsux mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti l-ammonti tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30836, 31274 u 31579 u jgħid liema toroq ġewwa Għawdex sar resurfacing fuqhom mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien fiha tul kull triq u kemm ġiet tiswa? Jista’ jgħid ukoll liema toroq hemm ippjanati li jsir resurfacing tagħhom minn issa sal-aħħar ta’ din is-sena, kemm fihom tul u kemm hi stmata li ser tkun l-ispiża fuq kull triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31692, jista’ l-Ministru jgħid meta (xahar u sena) Villa Lauri f’Birkirkara tista’ tibda tintuża mill-istudenti u mill-pubbliku?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Villa Lauri hija mistennija li tilqa' l-ewwel studenti fix-xhur li ġejjin.
CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31693 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31278 rigward is-sejħa CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services, jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema Ministeru huma assenjati d-991 ħaddiem ġewwa Għawdex u Malta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Għawdex, Triq l-Imġarr, - Inċidenti tat-traffiku – Miżuri — ghaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31910 u ċhoè: Fid-dawl tal-inċidenti, anki serji, li seħħew f’dawn l-aħħar xhur, ġimgħat u anki f’dawn l-aħħar ġranet fi Triq l-Imġarr li mill-Port tal-Imġarr twassal sar-Rabat Għawdex, u li tgħaddi minn Għajnsielem u x-Xewkija, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta’ traffic calming measures qed jittieħdu jew beħsiebhom jittieħdu mill-Gvern jew l-entitajiet tiegħu fl-immedjat sabiex tiġi indirizzata l-problema ta’ sewqan eċċessiv jew abbużiv f’dawn it-toroq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’din l-arterja prinċipali ta’ Għawdex il-Ministeru - flimkien mal-awtoritajiet kompetenti - għaddej bi pjanijiet biex sakemm u sa fejn huwa possibli jiġu mplimentati miżuri u anke fejn meħtieġ, modifiki fit-triq, sabiex jitnaqqas s-sewqan eċċessiv. Sadanittant, b’mod sistematiku, qed issir sorveljanza ta’ infurzar mill-awtoritajiet responsabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid liema modi biex ikun kontrollat il-ħamiem selvaġġ (li qed jikkawża problemi f’diversi lokalitajiet) qed jiġu awtorizzati mill-Kumitat ORNIS, jew xi awtorità oħra li taqa’ taħtu? Jista’ jgħid ukoll kif il-qbid ta’ ħamiem qed ikun ikkontrollat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-irwol tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi mhuwiex li tikkontrolla l-popolazzjoni tal-ħamiem. It-Taqsima tista’ tawtorizza deroga mill-metodi projbiti li huma elenkat f’paragrafi (a) sa (e) ta’ regolament (4) ta’ L.S. 549.42.
(Informazzjoni Addizzjoni: Ara Dokument PL6292 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 418, nhar l-Erbgħa 3 ta' Diċembru 2025)
L-Awtorità tal-Ippjanar - Policies dwar użu ta’ fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar biddlitx il-policies tagħha dwar il-mod ta’ kif jistgħu jintużaw il-fondi li jinġabru minħabba n-nuqqas ta’ parkeġġi pprovduti minn binjiet li jkunu qed jinbnew? Jista’ jgħid ukoll kif hu mistenni li policies dwar in-nefqa ta’ dawn il-flus jinbidlu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mod kif jintużaw l-imsemmija fondi huwa direzzjonat miċ-Ċirkulari tal-Awtorita bir-referenza PA Circular 1/22. Din iċ-Ċirkolari hija pubblikata fil-websajt tal-Awtorita’ tal-Ippjanar.
(Informazzjoni Addizzjoni: Ara Dokument PL6291 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 418, nhar l-Erbgħa 3 ta' Diċembru 2025)
Għawdex u Kemmuna – Proġetti Infrastrutturali Marittimi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti Infrastrutturali Marittimi saru mill-Ministeru tiegħu fil-gżira Għawdxija u f’Kemmuna mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fejn saru, fiex kienu jikkonsistu u kemm ġie jiswa kull wieħed minn dawn il-proġetti? Jista’ jgħid ukoll xi proġetti Infrastrutturali Marittimi hemm ippjanati li jsiru mill-Ministeru tiegħu f’Għawdex u Kemmuna matul l-2026, fiex jikkonsistu u fejn ser isiru, u kemm huwa ppjanat li ser jiġi jiswa kull wieħed minn dawn il-proġetti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2026 se tkompli l-ħidma biex jinkiseb il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini mill-ġdid tal-breakwater ta’ Marsalforn. Apparti hekk, se jiġu sottomessi l-appikazzjonijiet mal-Awtorita’ tal-Ippjanar għal landing sites (għad-dgħajjes tas-sajjieda), f’Ħondoq ir-Rummien u Daħlet Qorrot.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti ġewwa Għawdex u Kemmuna li għalihom ġew użati fondi Ewropej u li x-xogħol fuqhom ser jitlesta sal-aħħar tas-sena 2025 biex jibdew jitgawdew mill-pubbliku? Jista’ jgħid ukoll kemm huma stmati li ser jiġu jiswew dawn il-proġetti u kemm hu l-persentaġġ ta’ fondi Ewropej li se jiġu użati u minn liema fond?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31025 u ċjoè:
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30831 dwar tindif ta’ widien, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-siteplan ta’ fejn sar ix-xogħol ta’ tindif f’Wied ta’ Xħajma fin-Nadur, Għawdex s’issa, kif ukoll ta’ dak li hemm ippjanat li jsir fl-istess wied? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Commencement Notice u s-Summary Responsibility Form u l-PA number relatati max-xogħlijiet li saru sa issa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-Commencement Notice u s-siteplan ta’ fejn saru ix-xogħlijiet. Is-summary responsibility form hija online form li timtela fuq il-portal tal-BCA.
Negotiated Procedure Framework Contract for the Supply and Delivery of Marine Gas Oil DMA according to ISO 8217 to Gozo Channel (Operations) Limited
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti d-Direct Order permezz ta' Negotiated Procedure: 'Negotiated Procedure Framework Contract for the Supply and Delivery of Marine Gas Oil DMA according to ISO 8217 to Gozo Channel (Operations) Limited' (GCOL NP03/2025)? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur tagħha, għal-kemm perjodu ta' żmien ħarġet din is-sejħa u għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li l-iskop ta’ din il-proċedura negozjata huwa għall-provvista u l-kunsinni ta’ Gas Oil marittimu għall-bastimenti tal-Gozo Channel, u dan għall-perjodu ta’ sena, b’valur stmat ta’ €7,082,827.00 (mingħajr VAT).
Dan il-proċess qed jiġi implimentat bħala proċedura negozjata peress li bħalissa hemm kawża pendenti fil-Qorti bejn il-Gozo Channel u l-fornitur preċedenti, liema kawża hija relatata ma’ offerta preċedenti. Peress li l-proċess legali għadu għaddej, - u l-każ mistenni li jinstema’ fil-Qorti fix-xhur li ġejjin - il-Gozo Channel għażlet l-imsemmija proċedura biex tiżgura li l-provvista tal-fjuwil ma tiġix interrotta u fl-istess ħin ma jkunx hemm preġudizzju għall-proċess ġudizzjarju pendenti. Għaldaqstant, il-proċedura negozjata kienet l-unika għażla prattika u legali f’din iċ-ċirkostanza.