Legislature:
Category:
Reset
Active:

PBS – Financial Controller

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala l-PBS m’għandhiex Financial Controller u jekk hemmx il-ħsieb li din il-pożizzjoni timtela fil-futur qarib? Kif qed isir il-kontroll tad-dħul u l-ħruġ tal-kumpanija fil-preżent?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Programm fuq PBS – ħlasijiet lill-producer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlasijiet isiru lill-producer tal-Programm Popolin u jekk dan hux impjegat tal-PBS jew le? Fil-każ ta' risposta affermattiva, jistax il-Ministru jgħid jekk dan il-programm jiġix prodott waqt il-ħin tax-xogħol?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

PBS – impjegati li għandhom konsulenza ma’ Ministeri u entitajiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-PBS li barra mill-impjieg tagħhom, għandhom konsulenza ma’ ministeri jew entitajiet pubbliċi oħra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

PBS – audited accounts

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18622, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-Public Broadcasting Services Ltd għas-snin 2017-2018, 2018-2019 u 2019-2020?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-audited accounts tal-Public Broadcasting Services Ltd. għas-snin 2017-2018 u 2018-2019 ġew ippubblikati u qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li l-audited accounts għas-sena finanzjarja 2019-2020 għadhom qed jinħadmu.

Stazzjonijiet nazzjonali tar-radju – sigħat ta’ mużika

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm-il siegħa fil-ġimgħa huma dedikati għall-mużika popolari, mużika klassika, jazz u country fuq l-istazzjonijiet nazzjonali tar-radju?

Response (ABELA, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt. Radju Malta 1 Radju Malta 2 Magic Malta Total Mu¿ika Popolari 26hrs 73hrs 122.5hrs 221.5hrs Mu¿ika Klassika 7.5hrs 7.5hrs - 15hrs Jazz 1hr 1hr - 2hrs Country 1hr 1hr - 2hrs M’huwiex esklu¿ li waqt programmi ta’ Mu¿ika Popolari, kemm fuq Radju Malta 1 u fuq Radju Malta 2, tindaqq ukoll mu¿ika ta' stil Jazz u Country.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista' ta' proġetti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

PBS — ħlas għall-footage ta' programmi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18097 u għall-formula li qed tingħata separatament u li qed tintbagħat mill-PBS, jista’ l-Ministru jelenka kemm tħallsu flus mill-Ministri jew MPs fuq in-naħa tal-gvern għal footage ta' programmi li xxandru minn fuq l-istazzjonijiet televiżivi tal-PBS?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-formola daħlet fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena. Miniex infurmat li kien hemm xi deputat ta’din il-Kamra li mela din il-formola.

PBS – audited accounts u management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-PBS għadha ma ffinalizzatx l-audited accounts tagħha għas-sena 2019 kif hi tenuta li tagħmel skont l-Att dwar il-Kumpaniji u l-Att dwar it-Taxxa tad-Dħul? Jista' jikkonferma li l-kumpanija msemmija tipprepara l-management accounts tagħha fuq bażi regulari u jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi l-management accounts kemm għas-sena 2019 kif ukoll għas-sena 2020 fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-audited accounts tal-PBS għas-sena 2019 huma finalizzati u ntbgħatu lill-MFSA s-sena li għaddiet. Is-sena finanzjarja tal-PBS mhux sena kalendarja imma tibda minn Ottubru sa Settembru. Bħal kull kumpanija kummerċjali, il-PBS tipprepara il-management accounts fuq ba¿i regolari, li fin-natura tagħhom dawn huma accounts għal finijiet interni u mhux pubbliċi.

Ministeru Fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 18033.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17525 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar in-numru ta’ laqgħat ta’ bordijiet bejn Ġunju 2017 u Diċembru 2020 hija kif ġej: Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi – 33 laqgħa National Productivity Board – 10 laqgħat PBS – Bord tad-Diretturi – 47 laqgħa PBS -Bord Editorjali – 44 laqgħa Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li fil-laqgħat kollha dejjem kien hemm kworum.

PBS — ħlas għall-footage ta' programmi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19729 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jelenka kemm tħallsu flus mill-Ministri jew MPs fuq in-naħa tal-Gvern għal footage ta' programmi li xxandru minn fuq l-istazzjonijiet televiżivi tal-PBS?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għalxiex qed jirreferi.

Reklami tal-junk food

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17450 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk huwiex il-waqt li jintroduċi leġiżlatura biex tirrestrinġi l-użu tar-reklami tal-junk food f’pajjiżna biex innaqsu mill-problema serja tal-obeżità?

Response (ABELA, CARMELO)

Kif naħseb jaf l-Onor. Interpellant din il-materja ġiet diskussa fil-Parlament xi ftit tal-ġimgħat ilu meta tressqu emendi għall-Att dwar ix-Xandir biex issir traspozizzjoni ta’ Direttiva Ewropea li tirregola s-servizzi tal-mezzi awdjoviżivi.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

PBS – Chairman u CEO – nefqa fuq hospitality u restaurants

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm nefqu f’hospitality u f’restaurants iċ-Chairman u s-CEO tal-PBS sena b’sena mill-2015 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

PBS – Chairman u CEO – nefqa fuq safar u lukandi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm nefqu f’safar u lukandi ċ-Chairman u s-CEO tal-PBS sena b’sena mill-2015 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Iffirmar ta' ftehim kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iffirmati ftehim kollettiv fl-aħħar sena? Ma' min ġew iffirmati u minn min?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar sena ġew iffirmati disgħa u tletin (39) ftehim kollettiv. Rigward il-mistoqsija ma’ min ġew iffirmati u minn min, ta’ min jinnota li peress id-Dipartiment huwa biss riċevitur tal-ftehim kollettiv u mhuwiex wieħed mill-partijiet izda parti terza, id-Dipartiment ma jistax jipprovdi informazzjoni ma' min ġew iffirmati u minn min.

Iż-Żejtun – Hub tal-Posta fi Triq id-Duluri — trasferiment

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’passi qed jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-ħafna ilmenti li qed ikun hemm minn residenti ta’ Triq id-Duluri ġewwa ż-Żejtun in konnessjoni mal-hub tal-posta ġewwa din it-triq, peress li dawn l-ilmenti qed ikunu ta’ spiss u b’mod frekwenti minħabba l-istorbju li jirriżulta minħabba l-ħidma kontinwa u ma taqta’ xejn 24 siegħa kuljum li ssir ġewwa dan il-hub tal-Posta li hemm f’din it-triq? Filwaqt li wieħed jifhem in-neċessità li jkun hemm din l-attività kontinwa lejl u nhar minħabba n-natura tax-xogħol, wieħed ma għandux jinsa li din hija żona residenzjali u mhux industrijali u għaldaqstant l-interessi tar-residenti għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet min-naħa tal-awtoritajiet sabiex jibdew it-taħditiet mal-management tal-kumpanija li tmexxi s-servizzi postali f’Malta bl-iskop li tinstab soluzzjoni dejjiema għal din il-problema? Jista’, permezz tal-awtoritajiet konċernati flimkien mal-management tal-kumpanija postali jistudjaw u jesploraw il-possibilità u l-fiżibiltà li dan il-hub jiġi mmexxi għal xi żona industrijali li tinsab fil-viċin bħaż-żona industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun u ġaladarba jidher li diġà ġie deċiż li s-servizz tal-counter se jimxi għal pjazza ewlenija taż-Żejtun fejn qabel kien hemm il-fergħa tal-Mid-Med Bank?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema - Telework

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16826 u jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ Marzu 2020 sa Ottubru applikaw wieħed u erbgħin (41) persuna għat-teleworking u kollha ġew milqugħa. Minn dawn wieħed u għoxrin (21) kienu nisa u għoxrin (20) raġel.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (ABELA, CARMELO)

Infurmat li l-pagi fis-settur pubbliku jsegwu l-ftehim kollettiv tal-entità partikolari u mhux l-iskali ta’ pagi fis-Servizz Pubbliku.

PBS – Rappreżentanza tal-partiti politiċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16226 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15978, jista' l-Minsitru jagħti statistika dwar rappreżentanza tal-partiti politiċi, u bilanċ bejn dawn, fuq programmi mxandra mill-PBS skont informazzjoni mogħtija lill-Awtorità tax-xandir?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2017 sa Lulju 2020 kien hemm 114 -il persuna mistiedna bejn Ministri u rappreżentanti tal-PL u 186 rappreżentanti tal-PN.