Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks (INDIS Malta)

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom encroachment agreement ma' Malta Industrial Parks li saret INDIS Malta u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar però wara ċert żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma intużaw il-binjiet li għalihom kienet qed titħallas il-kera? Minn 2018 'il quddiem u jekk ittiħditx azzjoni fejn sar infiq bla bżonn u ħela?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - persuni li jaħdmu bir-remote working

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking) mas-Segretarjat Parlamentari kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 923.

Servizz Ċivili – impjegati fil-kariga ta’ messaġġiera

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu t-total ta' persuni impjegati maċ-Ċivil u ma' awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali, fil-kariga ta' Messaġġiera u kemm minnhom daħlu mal-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Bordijiet tal-Gvern – Ħatra ta’ persuni meqjusa bħala persuni politikament esposti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-persuni li ġew maħtura fuq il-bordijiet tal-Gvern huma meqjusa bħala persuni politikament esposti (PEP), u jekk mal-ħatra tagħhom hijiex qed tiġi rikjesta xi tip ta' dikjarazzjoni prova għal dan?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-lista ppubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern nru 20,602 tas-6 ta’April 2021 li kopja tagħha qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġi¿latura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-biografiji tas-Segretarji Permamenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Lukanda Selmun Palace

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk/meta tinħareġ tender għal-lukanda Selmun Palace dan jinkludix il-Palazz ukoll? L-offerent rebbieħ ikollu kontroll sħiħ u aċċess għall-Palazz? L-offerent rebbieħ se jkun responsabbli li jara li l-palazz ikun mantained bi spejjeż tagħhom mingħajr ma jkollu aċċess għaliha jew il-Gvern ta' Malta jibqa' responsabbli mill-manutenzjoni tal-palazz?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ċivil u awtoritajiet statutorji – impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 274, 773 u 1307 u jgħid kemm ġew impjegati persuni maċ-Ċivil u ma’ awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali mill-ġurnata li ġie xolt il-Parlament tat-13-il Leġiżlatura, u ċjoè mill-20 ta’ Frar tas-sena 2022, sal-ġurnata tal-elezzjoni ġenerali, u ċjoè sas-26 ta’ Marzu 2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi daħlu jaħdmu 161 persuna mal-Gvern u l-entitajiet governattivi kollha. Infurmat ukoll li fl-istess perjodu kien hemm 201 persuna li spiċċaw mim mal-Gvern u l-entitajiet governattivi kollha.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni li jaħdmu bir-remote working

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru kollu tal- Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 123 persuna li jaħdmu bit-teleworking u 107 jaħdmu fuq bażi ta’ remote working.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 1087 u 1202, jista’ l-Prim Ministru jara li l-informazzjoni kollha mitluba titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra biex ikun hemm tweġiba sħiħa?

Response (ABELA, ROBERT)

B’referenza għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 1087 u 1202, ninsab addizzjonalment infurmat li rigward tal-grad ta’ Uffiċjal Eżekuttiv, minn 228 kandidat li għaddew, ġew imsejħa 155 minnhom. Fil-grad ta’ Prinċipal ninsab addizzjonalment infurmat li minn 264 kandidat li għaddew, ġew msejha 236.

MCESD — Kumitat Reġjonali għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Kumitat Reġjonali tal-MCESD għal Għawdex matul din is-sena? Jista' jgħid min huma l-membri preżenti ta' dan il-Kumitat Reġjonali tal-MCESD?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Kumitat Reġjonali għal Għawdex din is-sena ltaqa’ 4 darbiet. Rigward il-membri tal-msemmi kunsill, huma kif ġejjin: Entity Title Name Gozo University Group delegat Ms Nathalia Borg sostitut Mr Joseph Mercieca Union Haddiema Maghqudin Voice of the Workers delegat Mr Joseph Sultana sostitut Gozo NGO Association delegat Mr Saviour Grech delegat Dr Sean Zammit delegat Ms Miriam Portelli sostitut Ms Joany Mizzi sostitut Mr Martin Galea General Workers Union delegat Mr Alvin Scicluna sostitut Ms Carmen Bajada Gozo Tourism Association delegat Mr Konrad Scicluna delegat Mr Joe Muscat sostitut Mr Marvic Borg sostitut Mr Paul Scicluna Gozo Business Chamber delegat Mr Joseph Borg delegat Mr Daniel Borg sostitut Perit Edward Scerri sostitut Dr Jonathan Mintoff Confederation of Malta Trade Unions delegat Dr Anselm Psaila Ministry for Gozo delegat Mr Ronald Sultana sostitut Ms Daniela Sabino Local Councils Gozo Region delegat Dr Samuel Azzopardi delegat Dr Christian Zammit delegat Mr David Apap Agius sostitut Mr Nicky Saliba sostitut Mr Paul Azzopardi sostitut Mr Mario Azzopardi Gozo Diocese delegat Mr Tony Bezzina sostitut Ms Melissa Xiberras Forum delegat Mr Chris Attard sostitut Mr Mark Cini Malta Chamber of SME's delegat Mr Michael Galea sostitut Chairperson Mr.Joe Borg Vice Chairperson Mr.Joe Muscat

Special Olympics: Ċerimonja tal-Ftuħ — rendikont tal-infiq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1561, jista' l-Prim Ministru jgħid min kien jew kienu l-Ministri kkonċernati minn dan l-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

L-Onor. Interpellant għandu jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

Remote Working Policy – ħaddiema taċ-Ċivil

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru eżatt ta’ impjegati tal-Gvern, maqsuma b’Ministeru u entità taħt kull Ministeru, li bħalissa qegħdin jaħdmu b'mod remot, f’konformità mar-remote working policy?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 923.

Servizz Ċivili — ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kemm persuni kien hemm impjegati maċ-Ċivil għal dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 12908 tal-Leġiżlatura nru 13, il-figuri bħala persentaġġ ta’ dawk li jaħdmu fuq bażi nazzjonali għal dawn l-aħħar 5 snin huma kif ninsab infurmat: 2017-23% 2018-22% 2019-21% 2020-22% 2021-21%

Awtoritajiet statutorji u organizzazzjonijiet parastatali — ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kemm persuni kien hemm impjegati ma’ awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali, għal dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1428.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Tribunal Industrijali – każijiet minn Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1464, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għaliex każijiet quddiem it-Tribunal Industrijali li jitressqu minn persuni li jirrisjedu f'Għawdex kontra persuni jew kumpaniji li joperaw f'Għawdex, iridu bilfors jinstemgħu f'Malta? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex dawn jibdew jinstemgħu f'Għawdex stess?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-artikolu 73(9) tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452) jistipula li r-reġistru tat-Tribunal Industrijali huwa r-reġistru tal-Qrati Superjuri. Mill-informazzjoni li ġbart, ninsab infurmat li biex każijiet quddiem it-Tribunal Industrijali li jitressqu minn persuni li jirrisjedu f'Għawdex kontra persuni jew kumpaniji li joperaw f'Għawdex, jinstemgħu f’Għawdex, irid ikun hemm tisħiħ amministrattiv. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa kommess li jkompli jsaħħaħ f'dan ir-rigward.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — CEOs

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 918.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 45 u jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi daħlu jaħdmu 979 persuna mal-Gvern u l-entitajiet governattivi kollha. Infurmat ukoll li fl-istess perjodu kien hemm 790 persuna li spiċċaw mim mal-Gvern u l-entitajiet governattivi kollha.