Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fix-xahar t’April sal-24 ta’ Mejju mill-Isptar Mater Dei intefqu €576, l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi €1,632.82, mid-Direttorat għar-Regolamentazzjoni tas-Saħħa €679.35 u mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard intefqu €36. Il-mezzi ta’ dawn ir-reklami/avviżi kienu gazzetti, website u facebook,
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-binja tal-Ministeru għas-Saħħa mhix kompletament aċċessibbli minħabba li hija binja storika u għandha ċerti limiti arkitettoniċi kif ukoll l-uffiċċji tal-Port Health, tar-reġjuni tal-punent, tat-tramuntana, dak tan-nofsinhar u tal-pest control li jagħmlu parti mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika. Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gzira u dak ta’ Victoria (Għawdex) preżentament m’humiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Fix-xhur li ġejjin huwa mistenni jibda l-immodernizzar strutturali fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira u meta jitlesta dan ser ikun fornut b’stretcher lift biex b’hekk isir ukoll aċċessibli għal persuni b'diżabilità. Qed isir ukoll xogħol fuq binja ġdida f’Għawdex li ġiet identifikata biex tieħu post iċ-Ċentru tas-Saħħa preżenti. La darba jitlesta, iċ-Ċentru l-ġdid ser ikun aċċessibli għal persuni b'diżabilità.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10189, filwaqt li nispeċifika li mhux qed nirreferi għal persuna/persuni partikolari, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, iva jew le, jekk xi ħadd li jaħdem fis-Segretarjat tiegħu għandux parentela mas-sidien tal-kumpanija li toffri servizzi ta’ IT fl-Isptar Mater Dei? U jekk iva, jista’ jgħid min?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-epidural injection tingħatax fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jekk le, għaliex din tingħata f' Malta iżda f'Għawdex ma tingħatax?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-epidural injection tingħata fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq ir-rampa fin-naħa t’isfel fiċ-ċimiterju tal-Mosta sabiex tkun aċċessibbli wkoll għall-persuni b’diżabilità? Din il-mistoqsija qed issir peress li fil-preżent din ir-rampa f’dan iċ-ċimiterju toħloq diffikultajiet kbar sabiex persuni b’diżabilità jkollhom aċċess għal parti t’isfel taċ-ċimiterju.
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Jannar 2019 saret konsultazzjoni u ġew sottomessi pjanti ġodda sabiex ir-rampa li tagħti għal fuq il-parti ta’ wara taċ-Ċimiterju tal-Mosta tkun aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità. Bil-mod kif inhu mibni ċ-Ċimiterju tal-Mosta, ir-rampa ma tistax tiġi bl-elevazzjoni kif rikjesta bil-liġi għal persuni b’diżabilità ta’ 1:10.
Dawn il-pjanti ġew sottomessi lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali flimkien ma’
Bill of Quantities
sabiex isiru x-xogħlijiet.
Bħalissa d-Direttorat jinsab fil-proċess li jiġbor kwotazzjonijiet. Ġaladarba jinġabru l-kwotazzjonijiet u jiġu approvati l-finanzi u jkun hemm l-approvazzjoni mill-Awtortà tal-Ippjanar jinbdew ix-xogħolijiet.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta’ nurses li huma assenjati ma’ entitajiet tal-gvern barra mill-qasam tas-saħħa? Jista’ jgħid dawn in-nurses issa fejn qegħdin jaħdmu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 21 infermiera li huma assenjati ma’ entitajiet tal-gvern barra mill-qasam tas-saħħa.
Roster tan-Nursing Officer u Deputy Nursing Officer
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10094, jista' l-Ministru jgħid, peress li wasluli lmenti minn qraba li għandhom pazjenti fis-sala li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li r-roster tan-Nursing Officer u d-Deputy Nursing Officer ma jikkumplimentawx lil xulxin, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn id-Deputy Nursing Officer f’din is-sala jidher li għandha roster uniku għax minkejja li jien infurmat li uffiċjalment hu miktub mod, fil-fatt taħdem sas-2pm? Naqbel li fejn jista’, il-management għandu jakkomoda l-bżonnijiet ta’ din id-Deputy Nursing Officer, però d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ma jaħsibx li l-management li sa fejn hu possibbli għandu jara li r-roster ta’ din id-Deputy Nursing Officer għandu jikkumplimenta dak tan-Nursing Officer?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-roster tad-deputy u tan-nursing officer jikkumplimentaw lil xulxin.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9725, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jirrispondi iva jew le, jekk hemmx xi ħadd li jaħdem fis-segretarjat tiegħu li għandu parentela mas-sidien tal-kumpanija li toffri servizzi ta’ IT fl-Isptar Mater Dei? U jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid min?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nerġa nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex speċifikament jindika għal-liema persuna/persuni qed jirreferi għalihom.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9720 u ċjoè: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista ta’ kuntratt ta’ servizzi ta’ IT, inkluż manutenzjoni, bħalissa viġenti, fil-Ministeru tiegħu kif ukoll l-entitajiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija, flimkien ma' dettalji f’kull każ ta’ min huma l-entitajiet jew persuni fiżiċi u/jew legali li joffri dan is-servizz, id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kuntratt viġenti u kemm qed jitħallsu kull sena, sena b’sena, għas-servizz li joffru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Persuni intitolati għal servizzi ta’ saħħa bla ħlas
Question
B’referenza għall-barranin li jużaw is-servizzi tas-saħħa, jiġifieri persuni Ewropej, Svizzeri, dawk ġejjin barra mill-EU u refuġjati, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu intitolat għal servizz bla ħlas? X’proċedura qed tittieħed? X’miżuri jittieħdu dwar dawk iċ-ċittadini tal-EU li jaħdmu f’Malta u jkollhom membri tal-familja jgħixu f’Malta, imma s-sistema tagħhom hi waħda li ma tipproduċiex ċertifikat tat-twelid?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 35.28 ‘Ir-Regolamenti dwar Drittijiet għal Kura tas-Saħħa (L-Avviż Legali 201 Ta’ L-2004, kif emendat bl-Avviż Legali 407 Ta’ L-2007), il-kategorijji differenti ta’ persuni li huma intitolati għal servizz bla ħlas huma:
- Kull persuna li hija ċittadin jew nazzjonal ta’ pajjiż barra l-Unjoni Ewropea u li jkollha liċenzja għax-xoghol skond l-artikolu 11 ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni u li tkun qegħda tħallas il-kontribuzzjoni preskritta.
- Ċittadin ta’ pajjiż barrani li għandu ftehim reċiproku ma’ Malta dwar il-kura tas-saħħa.
- Kull persuna li hija ċittadin jew nazzjonal ta’ pajjiż barra l-Unjoni Ewropea li tgawdi il-libertà ta’ moviment skond l-artikolu 44 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
- Kull persuna li hija ċittadin jew nazzjonal ta’ pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea li tkun f’Malta fuq stedina tal-Gvern f’kapaċità konsultattiva jew li tagħti parir lill-istess Gvern.
- Kull persuna li hija ċittadin jew nazzjonal ta’ pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea li tkun qegħda tagħmel kors ta’ studji f’l-Università ta’ Malta, l-MCAST jew l-ITS.
- Persuni li jipproduċu d-dokumentazzjoni meħtiega mid-Dipartiment tas-Saħħa skond ir-Regolamenti tal-Komunità Ewropea li jkunu fis-seħħ dwar l-applikazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali.
- Persuni li jgawdu minn Protezzjoni Internazzjonali: Skond l-artiklu 20(1)(c) tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 420.07 ‘Regolamenti dwar l-Istandards ta’ Proċedura għall-Għoti u l-Irtirar tal-Protezzjoni Internazzjonali’ (L-Avviż Legali 416 tal-2015), f’Malta, persuna ddikjarata bħala benefiċjarja ta’ protezzjoni internazzjonali (status ta’ refuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja) għandha tkun intitolata li tirċievi l-kura medika tal-Istat. Id-dokumenti uffiċjali li jinħarġilhom juru li huma jgawdu minn dan l-istatus u li b’hekk huma jkunu intitolati.
Persuna/Persuni kkonċernati jkunu mitluba d-dokumentazzjoni uffiċjali li biha jkun ikkonfermat l-intitolament. Iċ-ċertifikat tat-twelid hu importanti sabiex jiġi aċċertat li jkun hemm rapport/ relazzjoni u li bih ikun ikkonfermat l-intitolament.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu tfal permezz tal-IVF minn meta beda jitħaddem f’pajjiżna u jaqsam l-informazzjoni skont kemm twieldu permezz ta’ embryo freezing? Jista’ jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ trabi li twieldu mill-2013 sal llum huwa ta’ 309.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm embrijuni ffriżati bħalissa u jaqsam l-informazzjoni skont kemm ilhom iffriżati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 12 il-koppja li għandha l-embrijuni krijopreservati. Koppja waħda krijopreservaw l-embrijuni f’Settembru tal-2018, 10 koppji f’Ottubru tal-2018, u koppja oħra fi Frar 2019.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tinżammx statistika dwar kundizzjonijiet ta’ allerġija bħal ażżma? Jekk iva, jista' jagħti ċ-ċifri għal kull sena b’kemm qed tiżdied din il-kundizzjoni? Jista’ jgħid ukoll, kemm huma dawk il-pazjenti li għandhom kartuna safra (Skeda V)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li prżentament n-numru totali ta' pazjenti bi Skeda V valida (Kartuna Safra) għall-Ażma Kronika jammonta għal 26,534. Nitolbu sabiex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt.
Sena
Numru ta’ Pazjenti kull sena (inkluż pazjenti li mietu matul l-istess sena)
Differenza mis-sena ta ’qabel
Pazjenti li mietu matul l-istess sena
Bilanċ ta ’Pazjenti Ġodda kull sena
2017
24,070
2,178
324
1,854
2018
26,069
1,999
324
1,675
2019(sad-9 ta' Mejju)
26,534
465
105
360
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6312 u jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa – ħaddiema li għandhom interess f’soċjetà kummerċjali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9726 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid jekk hemmx persuni li jaħdmu fis-segretarjat tiegħu jew fil-Ministeru tiegħu li għandhom, fl-istess ħin, interess dirett jew indirett f’xi soċjetà kummerċjali li tagħti servizzi lill-istess ministeru permezz ta’ kuntratt ta’ servizzi ta’ kwalunkwe natura? Jista’ jgħid jekk jinżamm skrutinju tal-possibilità ta’ kunflitt ta’ interess fil-ministeru tiegħu, fis-sens li jista’ jkun hemm uffiċjali fis-segretarjat jew fil-ministeru tiegħu li fl-istess ħin ikollhom interess f’xi entita kummerċjali li tkun qed tipprovdi servizz lill-istess ministeru? U jekk isir dan l-iskrutinju, jista’ l-ministru jgħid x’irriżulta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li fil-Ministeru għas-Saħħa hemm 9,437 ħaddiema li jaħdmu u jipprovdu s-servizzi tagħhom, sabiex inkun nista’ nagħtih informazzjoni korretta nitolbu jispeċifika għal liema persuna/persuni qed jirreferi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru ċikli ta’ IVF minn meta beda jitħaddem l-IVF f’pajjiżna? Jista’ jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li s-servizz tal-IVF mhux regolat kien ilu jitħaddem għal diversi snin f’pajjiżna mingħajr ebda statistika miġbura. Sa mit-twaqqif tal-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun beda’ jinżamm reġistru mill-istess Awtorità taċ-ċikli kollha li saru f’Malta mill-2013 l’hawn. Din l-informazzjoni hija miġbura fit-tabella hawn mehmuża.
Sena
Sptar Mater Dei
Sptar St James
Total
2013
0
100
100
2014
0
170
170
2015
176
135
311
2016
202
71
273
2017
229
75
304
2018
205
44
249
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu tfal permezz tal-IVF minn meta beda jitħaddem f’pajjiżna u jaqsam l-informazzjoni skont kemm twieldu permezz ta’ oocyte freezing? Jista’ jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-reġistri tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun li bdew jinżammu mill-2013 sa issa twieldu 306 trabi mill-proċeduri tal-IVF’s li saru f’Malta.
Minn dawn 48 tifel u tifla twieldu wara użu ta’
oocyte freezing
, filwaqt li 258 tfal oħra twieldu minn ċikli li użaw
fresh oocytes
. Tabella annessa bl-informazzjoni sena b’sena.
Year Cycle Performed
Babies Born-Fresh Oocytes
Babies Born-Frozen Oocytes
Total Babies born
2013
25
0
25
2014
30
13
43
2015
61
11
72
2016
48
14
62
2017
54
7
61
2018
40
3
43
TOTALS
258
48
306
B'referenza għad-Down Syndrome Clinic f'Birkirkara li sservi lil Malta kollha għal screening u prevenzjoni lil dawn il-pazjenti u li issa ilha wieqfa sitt xhur, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser terġa' tinfetaħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni tad-Downs Syndrome bil-għan li l-Klinika ddedikata għal din il-kundizzjoni terġa' tifaħ fil-futur qarib.
Roster tan-Nursing Officer u Deputy Nursing Officer
Question
Peress li wasluli lmenti minn qraba li għandhom pazjenti fis-sala li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li r-roster tan-Nursing Officer u d-Deputy Nursing Officer ma jikkumplimentawx lil xulxin, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn id-Deputy Nursing Officer f’din is-sala jidher li għandha roster uniku għax minkejja li jien infurmat li uffiċjalment hu miktub mod, fil-fatt taħdem sas-2am? Naqbel li fejn jista’, il-management għandu jakkomoda l-bżonnijiet ta’ din id-Deputy Nursing Officer, però d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ma jaħsibx li l-management li sa fejn hu possibbli għandu jara li r-roster ta’ din id-Deputy Nursing Officer għandu jikkumplimenta dak tan-Nursing Officer?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda roster sas-sagħtejn ta’ fil-għodu. Ir-roster eżistenti tad Deputy Nursing Officer tas-sala msemmija minnu separatament, jikkumplimenta dak tac-Charge Nurse.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa taċ-ċirkolari li nħarġet nhar is-6 ta' April 2019 fid-Dipartiment għall-Kura Primarja u li permezz tagħha ġie ordnat li kwalunkwe oġġetti jew xbihat reliġjużi (inkluż santi mwaħħlin mal-ħajt) għandhom jitneħħew mill-Kliniċi (Bereġ) tal-Gvern u/jew miċ-Ċentri tas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi d-dokument imsemmi minnu fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmah ukoll li din iċ-ċirkulari kienet ġiet irtirata fuq ordni diretta tiegħi.