Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10348 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reati kriminali rrapportati lill-Pulizija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9314, jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-tipi ta' reati kriminali rapportati lill-pulizija fl-aħħar ħames snin,2004, 2005, 2006, 2007 u 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Medjaturi tal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-medjaturi tal-Qorti. Meta nħatru? Xi kwalifiki għandu jkollhom biex jinħatru? Kif jitħallsu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B'referenza għall-ewwel u t-tieni domandi tal-Mistoqsija Parlamentari, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi, lista A u lista B, li ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern maħruġa fl-10 ta' Lulju 2009. Ninsab infurmat li l-kwalifiki meħtieġa huma kif ġej:- Degree rikonoxxuta minn università rikonoxxuta jew kwalifika oħra komparabbli u rikonoxxuta 5 snin esperjenza fil-kapaċita professjonali li fiha tkun iggradwat Tkun attendiet għal programm ta’ taħriġ fil-Medjazzjoni tal-Familja Tkun għamlet prattika taħt supervizjoni fil-Medjazzjoni tal-Familja Tkun obbigata tkompli tiżviluppa ruħha f’din il-professjoni Tkun familjari mal-Kodiċi ta’ Organiżżazzjoni u Proċedura Ċivili Rigward l-aħħar domanda nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-Regolament 3 (2) tal-Avviż Legali Nru 397 tal-2003.
Leg 11 PQ #10420 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sentenzi quddiem il-Prim Awla tal-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi differiti għas-sentenza quddiem il-Prim Awla tal-Qorti u jindika Imħallef, b’Imħallef?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #10421 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Prim Awla tal-Qorti Ċivili — sentenzi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika u jgħid kemm hemm sentenzi pendenti għas-sentenza quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, Imħallef b’Imħallef li ilhom hekk pendenti għal aktar minn 18-il xahar? Jista' jagħti spjegazzjoni għal dan id-dewmien?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed l-nformazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra. B’referenza għall-mistoqsija tal-aħħar, għalkemm irrid infakkar li l-kawżi huma fil-kontroll esklussiv tal-Ġudikant li jkun qed jisma’ l-każ, kull wieħed għandu l-fatti speċi u d-diffikultajiet tiegħu. F'kull każ hemm l-Art. 195 sub-artiklu 5 (b) tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili li jista' jiġi użat.
Leg 11 PQ #10422 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Prim Awla tal-Qorti Civili — sentenzi li inqatgħu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatgħu sentenzi mill-Prim Awla tal-Qorti Civili Imħallef b’Imħallef fis-snin 2007, 2008, u 2009?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #10423 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti tal-Familja — Sentenzi differiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi differiti għas-sentenza quddiem il-Qorti tal-Familja u jindika Imħallef, b’Imħallef?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:- Qorti Civili (Familja) Kawzi differiti ghas-sentenza sal-31 ta’ Awissu 2009 Onor. Imhallef N. Cuschieri 105 Onor. Imhallef A. Felice 20 Onor. Imhallef J. Azzopardi 7 Fil-każ tal-Qorti tal-Maġistrati Għawdex, Qorti tal-Familja, ma hemm l-ebda kawżi differiti għas-sentenzi.
Leg 11 PQ #10424 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti tal-Familija — sentenzi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika u jgħid kemm hemm sentenzi pendenti għas-sentenza quddiem il-Qorti tal-Familja, Imħallef b’Imħallef li ilhom hekk pendenti għal aktar minn 18-il xahar? Jista' jagħti spjegazzjoni għal dan id-dewmien?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta' Awwissu 2009, quddiem il-Qorti tal-Familja, Malta, hemm kawża waħda għas-sentenza li ilha pendenti għal aktar minn 18-il xahar presjeduta mill-Onor. Imħallef Noel Cuschieri, filwaqt li fil-Qorti tal-Maġistrati Għawdex, ma hemm l-ebda sentenza pendenti.
Leg 11 PQ #10831 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għassa tal-Pulizija — Spetturi inkarigati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet f'Malta u Għawdex li għandhom għassa tal-Pulizija fejn hemm spettur inkarigat mill-għassa u li din l-għassa tkun miftuħa l-ħin kollu? Jista’ jgħid minn hu l-Ispettur għal kull għassa? Kemm hemm pulizija f’kull għassa, waħda waħda ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal mistoqsija Parlamentari numru 9918. Għar-rigward l-aħħar żewġ mistoqsijiet, ma nħoss li hi l-prassi li jiġi ppubblikat tagħrif dettaljat dwar l-operat tal-Pulizija.
Leg 11 PQ #10832 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Breathalyser

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2008 u 2009 fuq kemm-il persuna intuża l-breathalyser? Kemm inqabdu li kienu 'l fuq mil-limiti permessi mil-liġi? Kien hemm min inqabad aktar minn darba?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2008 u l-2009 in-numru ta' persuni li fuqhom sar il-breathalyzer test kien ta' 68 u 72 rispettivament. Infurmat ukoll illi n-numru ta' persuni li nqabdu li kienu 'l fuq mil-limiti permessi mil-Liġi fl-2008 u fl-2009 kien ta' 47 u 46 rispettivament. Rigward l-aħħar domanda tal-mistoqsija l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 11 PQ #10834 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Gradi tal-Pulizija — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi fil-gradi differenti fil-Korp tal-Pulizija? Kemm suppost ikun in-numru ta' pulizija f'kull grad ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #10073 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Imwiet traġiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew imwiet traġiċi din is-sena? Fejn saru? X'tip kienu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom traġikament matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien kif ġej: Kawża tal-Mewt Numru ta’ Persuni Lokalita' Omiċidju 2 San Pawl il-Baħar; Bormla Inċidenti tat-traffiku 5 Lija; Mosta; Naxxar; Żabbar; Pieta’ Suwiċidju 19 Kirkop; Tarxien; Valletta (2); Żejtun; Rabat; Bormla; Xgħajra; M’Xlokk (2); Kerċem; B’Kara; M’Scala; Zabbar; Għaxaq; Ħal Far, Attard; B’Bugia; Għargħur Overdose 1 San Ġwann Inċidenti fatali oħrajn 14 Ħaż-Żebbuġ; Rabat; Victoria; Chadwick Lakes; Floriana; Valletta; Nadur; Għargħur; Siġġiewi; Attard; Ċirkewwa; Għarb; Sliema; Għadira Ċirkostanza għadha mhix determinata 1 Għar Ħasan
Leg 11 PQ #10074 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni rapportati nieqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni rapportati nieqsa llum? Kemm ilhom? Kemm ġew rapportati din is-sena? Kemm instabu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 88 persuna rrappurtati nieqsa. L-aktar każ antik imur lura sas-7 ta’ Frar 1970. Infurmat ukoll illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm 183 persuna li ġew irrappurtati nieqsa, li 170 minnhom ġew rintraċċati.
Leg 11 PQ #10232 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — impjegati li gradwaw jew ħadu kors l-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-dekasteru tiegħu li huma gradwati mill-Università għaliex segwew kors sponsorjat mill-Gvern? Jista' jgħid meta ggradwaw u liema kors għamlu? Kemm sewa l-kors? Kemm għadhom jaħdmu mal-Gvern, f'liema grad u f'liema dipartiment? Kemm irriżenjaw? Kemm ħadu sponsorship iktar minn darba u f'liema kors u meta? Kemm weħlu mill-eżamijiet tal-kors u allura ma komplewx? Jekk intalbux jirrifondu xi ammonti mħallsa mill-Gvern in konnessjoni ma' l-istudji tagħhom? Kemm kien l-ammont, jekk kien il-każ? Jekk kienx hemm xi impjegat li minkejja li m'għaddiex reġa' beda l-kors sponsorjat għal darb'oħra mill-Gvern? X'kien il-kors relattiv u meta kienet l-intake year u l-grad ta' tali impjegat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ma narax il-ħtieġa li nuża r-riżorsi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant peress li din trid ammont kbir ta' ħin sabiex tinġabar.
Leg 11 PQ #10268 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Rilokazzjoni tad-dipartiment

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar : i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #10298 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sezzjoni ta' Kontra l-Frodi — tħaddim tal-airconditioning

Question

Jista' l-Ministru jara li jibda jitħaddem il-unit tal-airconditioning fis-Sezzjoni ta' Kontra l-Frodi fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ttieħdet l-azzjoni meħtieġa sabiex ikun stabbilit x’ikkawża din il-ħsara sabiex is-sistema ta’ l-arja kondizzjonata imsemmija tiġi lura għan-normal kemm jista jkun malajr.
Leg 11 PQ #10321 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili — ingaġġ ta' Fire & Rescue Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm ingaġġ mill-ġdid ta' Fire & Rescue Officers mad-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili, minħabba li kien hemm numru ta' studenti fl-MCAST li ġew imħarrġa għal din il-karriera, iżda sfaw mingħajr opportunità ta' impjieg wara li temmew dan il-kors?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent ma hemmx il-ħsieb li jiżdied in-numru ta' Assistance and Rescue Officers fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Leg 11 PQ #10056 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Probation Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn probation officers illum? Kemm-il każ għandhom taħt idejhom kull wieħed?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Membru illi fil-preżent hemm 2 Senior Probation Officers u 10 Probation Officers. Ninsab infurmat illi fil-każ tas-Senior Probation Officers in-numru ta' każijiet li għandhom huwa ta' 26 u 34 rispettivament u fil-każ tal-Probation Officers huwa ta' 51, 51, 54, 56, 67, 61, 51, 51, 49 u 78 rispettivament.
Leg 11 PQ #10061 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti — persuni fuq frodi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu l-qorti din is-sena persuni fuq każi konnessi fuq frodi u x'weħel kull wieħed?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 90 persuna fuq akkużi relatati ma frodi. Minn dawn 16 kellhom il-każ tagħhom deċiż u s-sentenzi mogħtija kienu jinkludu piena karċerarja, multa, sentenzi sospiżi u liberta kondizzjonata.
Leg 11 PQ #10063 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment tal-Pulizija — serq ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm insterqet proprjetà tad-Dipartiment tal-Pulizija din is-sena? X'insteraq?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kienet irrapurtata serqa waħda, li kienet ta’ badge minn fuq beritta ta’ kuntistabbli.
Leg 11 PQ #10065 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk insterqux affarijiet mill-Qorti din is-sena? Jekk iva, x'insteraq?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kienu rrapurtati lill-Pulizija żewġ każi ta’ serq mill-Qorti. Wieħed kien jirrigwardja serq ta’ mobile phone u ieħor serq ta’ wallet. L-oġġetti rrapurtati misruqa kienu proprjeta' privata ta’ persuni waqt li kienu fil-bini tal-Qorti.