Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li għandhom card tal-karozza tal-linja – ċittadinanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm, mill-persuni li għandhom card tal-karozza tal-linja u li użawha għallinqas darba s-sena l-oħra (2017), mhumiex ċittadini Maltin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar ta’ Dicembru tas-sena l-oħra, meta persuna japplika għall-card tal-karozza tal-linja (tallijna card) dan ma kienx qed jintalab jistipula huwiex cittadin Malti jew le. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba mhijiex disponibbli.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 38 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 39 u ċjoè: Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 711 f’Seduta 84

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġett Kapitali – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Raħal Ġdid – ilmenti minn residenti

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi segwit ilment minn residenti ta' Triq it-Tramuntana f’Raħal Ġdid fejn qed jilmentaw li ma kenux infurmati mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar gate, peress li n-notifika twaħħlet fin-naħa l-oħra tal-Pjazza Agatha Barbara u saru jafu biha b'kumbinazzjoni u minħabba Summary Procedure, allura ż-żmien biex wieħed jinduna kien qasir? Jista' jara jekk huwx possibli li jiġi rrevokat il-permess u ssir konsultazzjoni mir-residenti sabiex wieħed jistabilixxi l-impatti li qed jiġu mponuti fuq din it-triq 'dead end'?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4096, l-Awtorità tal-Ippjanar ma tistax tirrispondi din il-mistoqsija mingħajr ma jkollha referenza ċara għal liema applikazzjoni qed jirreferi għalija l-Onor. Interpellant. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant ipoġġi quddiem il-Kamra n-numru tal-applikazzjoni sabiex l-istess Awtorità tkun f’pożizzjoni li tirrispondi d-domanda mressqa.

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – reklam għal ingaġġ ta’ sewwieqa

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija tat-trasport pubbliku, jew kumpaniji jew individwi mqabbdin minnha, qed tirreklama biex iddaħħal 300 sewwieq mill-Pakistan kollha rġiel? Jekk dan hu l-każ, ma jħossx li dan imur kontra l-prinċipju ta' ‘equal opportunities employer’?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhix disponibbli li tingħata.

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – ingaġġ ta’ ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda mal-kumpanija tat-trasport pubbliku, f'liema grad, x'tip ta' xogħol jagħmlu u ta’ liema nazzjonalita huma, xahar b'xahar minn Jannar 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhix disponibbli li tingħata.

Malta Public Transport – ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li rriżenjaw mill-impjieg, f'liema grad kienu, x'tip ta' xogħol kienu jagħmlu u ta’ liema nazzjonalità kienu mal-Malta Public Transport, xahar b'xahar minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhix disponibbli li tingħata.

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati jaħdmu mal-kumpanija tat-trasport pubbliku u ta' liema nazzjonalità huma s-sena l-oħra (2017)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku — sussidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadet b’kollox f’sussidji direttament mill-Gvern Malti l-kumpanija tat-trasport pubbliku s-sena l-oħra (2017)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ sussidju li tħallas mill-Gvern lil Malta Public Transport Services Ltd matul is-sena 2017 kien ta’ €29,200,000.

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gawdiet f’fondi Ewropej il-kumpanija tat-trasport pubbliku s-sena l-oħra (2017)?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru ikkonċernat – jiġifieri dak responsabbli mill-fondi ewropej ġaladarba il-MPT hija kumpanija privata u allura fil-libertà li tapplika taħt skemi bħal kull kumpanija oħra minn setturi differenti.

Il-Mosta — Crash Barriers fit-triq li tieħu lejn il-Biżbiżija

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li jsiru crash barriers fuq naħa waħda tat-triq li tieħu lejn il-Biżbiżija fil-Mosta għaliex f'din il-parti ta' triq hemm perikolu li karozzi jistgħu jaqgħu l-isfel fil-livell tal-għelieqi? (Din it-triq tibda minn Ta' Żejfa, limiti tal-Mosta u twassal sa Triq Sir Temi Zammit li tieħu lejn l-Imġarr u minnha li fiha perikolu li bil-crash barriers jista' jitnaqqas, qed jgħaddu ħafna ġenituri li jkunu qed jieħdu lill-uliedhom fl-iskola San Andrea, limiti tal-Imġarr.)

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali ta’ Transport Malta diġa spezzjonaw dan is-sit u fil-ġranet li ġejjin se jkunu qed u jagħmlu l-proposti dwar l-aħjar interventi li jistgħu isiru u li jkunu addattati għal din iż-żona.

Birżebbuga – Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel – xogħol ta’ surfacing

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel f’Birżebbuġa humiex se jsirulhom xogħol ta’ surfacing minn Transport Malta matul is-sena 2018?

Response (BORG, IAN)

B’refeneza ghal Mistoqsija Parlamentari 3961, Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel – xogħol ta’ surfacing - xogħol ta' għoti ta' tarmak, nixtieq ninforma lil Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Birżebbuġa Triq Mons Spir Penza u Triq it-22 ta’ Frar – xogħol ta’ surfacing

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk Triq Mons. Spir Penza u Triq it-22 ta’ Frar f'Birżebbuġa, humiex se jsirilhom xogħol ta’ surfacing?

Response (BORG, IAN)

B’refeneza għall-mistoqsija parlamentari 3962, Triq Mons Spir Penza u Triq it-22 ta’ Frar – xogħol ta’ surfacing - xogħol ta' għoti ta' tarmak, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Ċens – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ċens peress li qalulu li se jkun ikkuntattjat però għadu bla risposta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-file ġie approvat u li l-applikant ser ikun qed jirċievi notifika f’qasir żmien.

L-Isla – Triq is-Sur — xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru l-Isla, eżatt fi Triq is-Sur, jista' l-Ministru jgħid x’inhi n-natura tax-xogħol li qed isir, f'liema stadju wasal u meta huwa stmat li dan ix-xogħol jintemm?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ix-xogħlijiet fi Triq is-Sur, Isla, jikkonsistu primarjament fit-tibdil tal-main tad-drenaġġ, tibdil tal-main tal-ilma u formazzjoni ta’wiċċ bl-asfalt. Waqt ix-xogħlijiet instab illi kien jezisti culvertgħall-ilma tax-xita , u liema culvert kien imsaqqaf b’xorok tal-ġebel. Diversi minn dawn ix-xorok huma maqsumin, u kellu jinbidel id-disinn tal-wiċċ minn asfalt għall-konkos. Il-culvert tal-ilma tax-xita irid jitnaddaf u jsiru inlets ġodda peress illi kien hemm inlet waħda biss. Peress illi dawn ix-xogħlijiet jikkonsistu f’varjazzjoni tal-kuntratt, saru l-istimi neċessarji kif ukoll l-approvals interni, u ix-xogħol reġa tkompla f’nofs Frar 2018.

Il-Birgu – il-moll — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru xogħlijiet biex jitranġa l-Moll tal-Birgu fejn jitrakkaw id-dgħajjes tal-barklora ħalli jiffaċilitaw l-aċċess abbord għal dawk li jaqsmu l-Belt bid-dgħajjes?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet biex jitranga l-Moll tal-Birgu fejn jitrakkaw id-dgħajjes tal-barklora għandhom isiru matul ix-xahar ta’ Marzu.

Ftehim iffirmat bejn il-Gvern Malti u r-Repubblika tal-Korea

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-memorandum ta’ ftehim li kien ġie ffirmat fir-Repubblika tal-Korea f’Novembru tal-2015 bejn il-Gvern Malti u r-Repubblika tal-Korea?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument mitlub.

Trasport Pubbliku – multi għal nuqqas ta’ osservanza ta’ ħinijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn kemm ilu responsabbli għat-trasport pubbliku sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ħallset f’multi l-kumpanija tat-trasport pubbliku għal nuqqas ta’ osservanza tal-ħinijiet u x’ħin suppost jitilqu l-vjaġġi li obbligata tagħmel?

Response (BORG, IAN)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 4189, ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Ġunju u Diċembru 2017 Transport Malta ħarġet total ta’ €144,475 f’multi li jikkoncernaw il-puntwalità u affidabilità lill-operatur tat-trasport pubbliku.

Trasport Pubbliku – multi għal nuqqas ta’ osservanza ta’ ħinijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallset f’multi l-kumpanija tat-trasport pubbliku għal nuqqas ta’ osservanza tal-ħinijiet x’ħin suppost jitilqu l-vjaġġi li obbligata tagħmel fl-2015, fl-2016, u fl-2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li multi mahruga lill-operatur tat-trasport pubbliku fir-rigward ta’ puntwalità u affidabilità bdew jigu applikati minn April ta’ l-2016. Ir-raguni ghal dan kienet minhabba l-problemi industrijali li kien affaċċja ruħu magħhom l-operatur tat-trasport pubbliku, fejn in-network il-ġdid kellu jiġi introdott aktar tard milli kien ippjanat u kien biss għall-aħħar ta’ Diċembru 2015 li l-maġġoranza tan-network il-ġdid seta’ jiġi ntrodott. Dan fisser li l-operatur tat-trasport pubbliku kellu bżonn perjodu ta’ żmien sabiex ikun jista’ jiffamiljarizza ruħu mar-rotot il-ġodda qabel ma’ jiġi espost għall-multi marbuta ma’ puntwalità u affidabilità. L-ammont totali ta’ penali maħruga lil operatur tat-trasport pubbliku fir-rigward ta’ puntwalità u affidabilità huwa hekk kif gej: 2016: € 82,125 2017: €183,559 Qed nifhem li waqt li żdied b’mod rekord in-numru ta’ passiġieri u vjaggi li qed isiru permezz ta’ dan is-servizz, ser nara, kif rajt sa’ mill-ewwel ġurnata tiegħi, li jitħaddmu b’mod mill-aktar rigoruzi dawn l-artikli importanti fl-obbligi kuntrattwali bejn il-partijiet.