Legislature:
Category:
Reset
Active:

Allied health professionals — Uniformijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jaslu l-uniformijiet tal-Allied health professionals?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-fornituri nfurmaw lid-Dipartiment tas-Saħħa li l-kunsinna mistennija tasal Malta fit-18 ta’ Diċembru u tiġi kkunsinjata lid-Dipartiment fil-bidu tas-sena.

MoU — Organizzazzjoni Volontarja Step Up For Parkinson's

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx il-Memorandum of Understanding mal-Organizzazzjoni Volontarja Step Up For Parkinson's hekk kif ġie imħabbar mill-istess Ministru waqt il-maratona televiżiva ġbir ta' fondi fis-26 ta' Ottubru 2024? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan id-dokument? Jekk le, meta hu mistenni li jsir dan il-MoU?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Infermiera li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw infermiera minn pajjiżi terzi kull sena mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Settur Pubbliku – Exit interview għal infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir exit interview għall-infermiera kollha li qed jitilqu mis-settur pubbliku, inklużi infermiera minn pajjiżi terzi? Jekk qed isiru dawn l-exit interviews, jista’ l-Ministru jippreżenta sommarju tar-raġunijiet għalfejn dawn l-infermiera qed jitilqu mis-settur pubbliku?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqija parlamentari 21498.

Dipartiment tal-Emerġenza – Ħin ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ħin medju ta’ stennija fid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dipartiment tal-Emerġenza, dawk il-pazjenti li jippreżentaw inmweġgħin gravi, b’mard jew kundizzjonijiet akuti u nstabbli, jiġu ikkurati minnufih minn tim multiprofessjonali. Dan jfisser li ma jkun hemm ebda dewmien għal kura u d-deċiżjoni medika. Il-każijiet l-oħra kollha jiġu eżaminati, investigati u ikkurati mill-membri tat-tim tal-emerġenza skond il-priorità medika tagħhom. Din tingħata b’għodda professjonali internazzjonali ta’ TRIAGE. Dan il-ħin jiddependi mill-kumplessità tal-kundizzjoni tal-pazjent li xi drabi jkun jeħtieġlu testijiet dettaljati ta’ demm jew ta’ radjoloġija – bħal x-rays jew CT Scan li jkunu parti mill-proċess ta’ dijanjosi u kura akuta li tingħata fid-Departiment tal-Emerġenza stess.

Mwiet ta’ ommijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa li mietu mat-twelid jew ftit wara li welldu mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bejn Jannar tas-sena 2012 u Diċembru tas-sena 2023 ma kien hemm l-ebda omm li mietet mat-twelid jew ftit wara li welldet.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Kuntratti ta’ fiduċja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12071 u 18998 u jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Deputati tal-Gvern

Question

Peress li l-mistoqsija parlamentari 14847 ma kinetx imwieġba għax l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew għaxar xhur, jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, l-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom inklużi perkaċċi oħra bħal fuel vouchers, car allowances, expertise allowance, shift allowance, disturbance allowance, communication allowance, overtime u kull allowance ieħor? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom u/jew sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23435.

Każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex persuna anzjana li tgħix fl-Imtarfa Home, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ħallset ta' dentatura ’l fuq min 7 xhur ilu u għadha ma ngħatax id-dentatura?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Servizz ta’ ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ambulanzi li jagħtu servizz lis-settur tas-saħħa fil-mument? Jista’ jgħid kemm minnhom huma tal-Gvern u kemm minnhom huma mikrija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex hemm total ta’ 17-il ambulanza. 12-il ambulanza huma tas-servizz pubbliku u 5 huma mikrija.

Sewwieqa u paramediċi fuq l-ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu bħala sewwieqa u paramediċi fuq l-ambulanzi? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma ħaddiema tal-Gvern u kemm minnhom huma tal-kuntrattur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm 122 impjegat fis-servizz pubbliku li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fi grad ta’ Emergency Ambulance Responders.

Sptar Mater Dei — Carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu bħala carers fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom huma impjegati ma’ xi kuntrattur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm 237 impjegat fis-servizz pubbliku li jaħdmu fl-MDH u fis-SAMOC fi grad ta’ Health Carer II u Senior Health Carer. Ma’ dawn hemm 1,015-il Carer impjegati mal-kuntrattur li jaħdmu fl-istess sptarijiet, fuq bażi ta’ xiftijiet.

Sptar Mater Dei — Receptionists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu bħala receptionists fl-Isptar Mater Dei, kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom huma impjegati ma xi kuntrattur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm 18-il impjegat fis-servizz pubbliku li jaħdmu fl-MDH u fis-SAMOC bħala receptionists. Ma’ dawn hemm 68 receptionist impjegati mal-kuntrattur li jaħdmu fl-istess sptarijiet, fuq bażi ta’ xiftijiet.

Emissjonijiet mill-impjanti tat-tarmak — Riskji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux testijiet xjentifiċi fuq emissjonijiet ta’ impjanti tat-tarmak sabiex jiġi stabbilit jekk emissjonijiet minn impjanti ta’ din ix-xorta, jikkawżawx riskji għal saħħet ir-residenti li jabitaw fil-viċinanzi, u jekk fl-affermattiv jgħid x’kien l-eżitu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ċentri ta’ Matul il-Jum — Attendenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ċentri tal-anzjani għal matul il-jum tal-Istat u liema huma? Jista’ jgħid ukoll kemm jattendu anzjani f’kull ċentru?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li preżentament hawn tmienja u għoxrin (28) Ċentru għall-Anzjanità Attiva mmexxija mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, erbgħa (4) mmexxija mill-kunsilli lokali b’kollaborazzjoni mal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u tnejn (2) immexxija minn NGOs. Jattendu 2,553 anzjan fiċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva mmexxija mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u 486 anzjani oħra fiċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva l-oħra, b’total ta’ 3,039 membru. Detalji bl-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Gender Clinic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jużaw is-servizz tal-Gender Clinic? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni li huma fil-lista biex jagħmlu l-gender-affirming surgery?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-Gender Clinic rċeviet 505 referral. Sa issa hemm 377 pazjent li kellhom l-ewwel assessjar. Għar-rigward il-gender-affirming surgery, nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċfika għal-liema tip ta’ surgery qed tirreferi.

L-Isptar Mater Dei – Kapijiet eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kapijiet eżekuttivi (CEOs) f’Mater Dei mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-kapijiet, id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga u jekk intgħażlux wara sejħa pubblika jew le?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Isptar Mount Carmel – Kapijiet eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kapijiet eżekuttivi (CEOs) fl-Isptar Mount Carmel (jew servizz tas-saħħa mentali) mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-kapijiet, id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga u jekk intgħażlux wara sejħa pubblika jew le?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.