pjazzz fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex — proġetti ta' rigenerazzjoni
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm wettaq proġetti ta' riġenerazzjoni fil-pjazez fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex ? Jekk wettaq xi proġetti, liema huma u kemm nefaq fuq kull programm? F'dan ir-rigward sar xi partnership project mal-kunsilli lokali ? Jekk għamel, liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikkaw minn dan il-partnership?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku u jgħid għal-liema perjodu qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk nhar l-Erbgħa 13 ta' Ottubru 2010 impjegati tal-Animal Welfare Department ġabrux kelba marida ħafna f'San Ġwann li wara rriżulta li kellha tumur tal-kanċer u kellha bżonn tiġi operata, iżda fil-jiem ta' wara minflok ġiet operata, intilfet? Jista' jgħid jekk saritx investigazzjoni kif intilfet din il-kelba marida ħafna? Jista' jgħid x'passi ttieħdu biex jinstab x'ġara u min kien responsabbli għal li ġara u ttieħdux passi biex dak li ġara ma jerġax jiġri ma' annimali oħra li jkollhom bżonn l-għajnuna? Jista' jgħid jekk sarux xi sforzi biex tinstab din il-kelba li hija muġugħa ħafna minħabba t-tumur tagħha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li dan l-inċident ġara wara din il-kelba kienet meħudha l-isptar San Frangisk fejn ġiet eżaminata mill-vet li sabha qed tbati min tumur f’sidirha. L-uffiċjali tal-AW wara ħaduha l-Għammmieri fejn kellha tinżamm iżolata biex tissajjem u b’hekk wara tkun tista tiġi operata. Meta ħaddiem mar biex jiftaħ il-bieb din il-kelba żgiċċat u ħarbet. Ġewwa l-Għammieri hemm mal-130 tomna u għalkemm saru diversi tfittxijiet għaliha baqgħet ma nstabhitx
Tajjeb li jingħad li peress li din il-kelba kellha tinżamm iżolata ma nżammitx f’wieħed mill-postijiet li jintużaw is-soltu li huma magħmmra b’żewg gradi. Ġa ttieħdu passi biex is-sigurtà tkompli titjieb.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni llum tal-qirda tas-siġar tal-palm mill-Bumunqar l-Aħmar? Meta tfaċċat din il-marda? Kemm-il siġra tal-palm inqerdu s’issa u jekk is-siġar meqruda humiex jiġu mibdula b’siġar oħra tal-palm li f’ċerti postijiet tant kienu jsebbħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-marda tal-Bumunqar l-Aħmar kienet irrapurtata l-ewwel darba f'April tal-2007. Wieħed jista' jgħid illi s-sitwazzjoni issa qegħda taħt kontroll. Minn dak iż-żmien 'l hawn diġà ġew imqaċċta 1780 siġra tal-palm - 193 siġra fl-2008; 822 siġra fl-2009 u 765 siġra mill-bidu ta' l-2010 sal-lum. M'huwiex irrikomandat li jitħawwlu siġar tal-palm oħra minflok dawk li jkunu nqalgħu minħabba din il-marda, però f'xi postijiet pubbliċi ġew imħawwla siġar ta' speċi oħra minflok palm.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu ħalli jara li s-sajjieda jiġu aġevolati u jingħataw l-aċċess neċessarju għall-użu tal-faċilitajiet tal-Hard Standing ġewwa Marsaxlokk?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi s-sajjieda huma aġevolati kif ġej:-
1. Rati ssusidjati meta mqabbla ma’ bastimenti privati
2. Prijorita’ fis-sistema tal-Booking
3. Prijorita assoluta meta bastiment tas-sajd ikollu xi ħsara.
Dan il ftehim sar bi qbil maż-żewġ koperattivi tas-sajd.
Hard Standing — ftehim bejn il-gvern malti u l-unjoni ewropea
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea dwar il-bini tal-Hard Standing ġewwa Marsaxlokk?
Jista l-Ministru jgħid min qed jagħmel tajjeb għall-konsum tad-dawl u l-ilma fil-kumpless tal-Hard Standing ġewwa Marsaxlokk?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-użu tad-dawl fil-Hard Standing Facility huwa ikkontrollat minn sensiela ta’ Service Pillars li min juża l-faċilità irid iqabbad magħhom. Is-sistema taħdem b’cards li jinxtraw u li jiġu nseriti fil-pillars għal-provista ta’ dawl u ilma. Id-dawl li jintuża mill-amministrazzjoni jitħallas mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed jippermetti li fil-Hard Standing ġewwa Marsaxlokk qed isiru xogħlijiet li huma aktar kompatibbli ma' xogħol li kien isir fil-kumpless tat-Tarzna?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hix l-intenzjoni tal-gvern li jibni tarzna żgħira minflok il-kumpless tal-Hard Standing gewwa M'Xlokk?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-Hardstanding issir xogħol ta’ manutenzjoni mis-sidien tal-bastimenti li bl-ebda mod m’hu kklasifikat ma' dak li jsir f’ tarzna.
Billi qed jingħad li wara l-ftuħ tas-suq tal-bdiewa f'Ta' Qali hemm iċ-ċans li jinfetħu swieq oħra simili, jista' l-Ministru jagħti konsiderazzjoni għall-possibilità li wieħed minn dawn is-swieq jinfetaħ f'Burmarrad? Meta hu mistenni li jinfetħu dawn is-swieq?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dan il-lokal se jkun ikkunsidrat għall-espansjoni ulterjuri minn dak diġà indikat s’issa.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-gvern biex isolvi l-problema tal-għargħar, f'Balzan Valley, Balzan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-problema tal-għargħar fiż-żona msemmija mill-Onor Membru se tkun imtaffijja permezz tal-proġett għal-kontra l-għargħar li se jiswa madwar 56 miljun euro. Dan il-proġett se jaqbad l-ilma tax-xita minn diversi inħawi ‘l fuq minn Ħal-Balzan, Ħ’Attard, Ħal-Lija, u B’Kara. Saru wkoll l-applikazzjonijiet għall-permessi tal-MEPA li l-ħruġ tagħhom qiegħed fi stat avvanzat.
Jista' l-Ministru jgħid kif meta jogħlew prezzijiet, bħal per eżempju dak tal-fuel, diesel, petrol u pitrolju allavolja l-fuel li jkun hemm għand tal-pompa jkun ilu mixtri, il-pompi tal-petrol jgħolluh mill-ewwel, filwaqt li għaliex raħsu l-prezzijiet ta' xi pilloli l-poplu jrid jistenna sakemm jispiċċa l-istokk li għandhom? Ma jaħsibx li mhuwiex konsistenti fil-politika tiegħu u allura sitwazzjoni bħal din tnaqqas il-kredibiltà tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bħalma l-prezz tal-fuels fil-pompi jinbidel immedjatament meta jogħla, l-istess jiġri meta jitħabbar roħs fil-prezzijiet tal-fuels. Rigward il-prezzijiet tal-mediċini, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jippubblika s-social impact assessment li sar biex jara kif se jolqot lill-poplu Malti u Għawdxi speċjalment lill-anzjani tagħna qabel ma r-regolatur ippermetta li jħalli l-prezz tal-gass jiżdied b'mod fenominali, kif tħalla jiżdied?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-Impact Assessment summary analysis għas-settur residenzjali ilu ppubblikat minn Ġunju ta' din is-sena, jiġifieri minn meta L-MRA ħabbret il-mekaniżmu ta’ kif jinħadem il-prezz ta’ ċilindru tal-Liquid Petroleum Gas. L-istudju jinsab fuq il-website tal-MRA www.mra.org.mt. Għall-benefiċċju tal-Onor Interpellant qiegħed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.
Marsa — inċineratur tal-biċċerija - problema tal-irwejjaħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-problema tal-irwejjaħ li ħerġin mill-inċineratur tal-biċċerija tal-Marsa issolvietx jew le?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-irwejjaħ li kienu ġġenerati ftit tal-gimgħat ilu kienu nħolqu għax ġarbet ħsara l-freezer fejn kien qed jinħażen il-laħam li jiġi għal ħruq mill-biċċerja kif ukoll dak li jiġi mill-private slaughter houses. Issa l-friża qed topera u l-problema ssolviet.
Park Nazzjonali u Storiku tal-Majjistral — nefqa globali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19522 u jgħid kemm nefaq fi flus il-Gvern Malti mis-sena 2008 sal-lum fuq il-Park Nazzjonali u Storiku tal-Majjistral? Jista’ jagħti breakdown tan-nefqa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid il-Wastserv kemm għandha ħaddiema jaħdmu magħha fl-impjant ta’ Sant Antnin? X'tip ta’ xogħol qegħdin jagħmlu? Dawn qegħdin bil-kuntratt definit, indefinit jew hemm fosthom nies li ġew mislufa u/jew seconded minn postijiet oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-impjant ta’ Sant’ Antnin il-WasteServ għandha 5 impjegati tagħha u impjegat wieħed misluf minn mal-gvern. Dawn il-ħaddiema pinċiparjament jagħmlu xogħol ta’ amministrazzjoni u dak tekniku meħtieg biex ikunu responsabbli dwar it-tħaddim ta’ dan l-impjant. Barra minn dawn hemm ħaddiem oħra li jaħdmu mal-kuntrattur u li qed jipprovdi servizz għall-WasteServ.
Energy Performance certificates tar-residential dwellings
Question
B’referenza għall-energy performance certificates tar-residential dwellings li suppost li bdew jinħarġu, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm inħarġu s’issa;
b) meta bdew jinħarġu;
c) x’inhu l-prezz tar-
registration fee
; u
d) jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista komparattiva tar-rati applikabbli għal ċertifikati simili fil-pajjiżi l-oħra kollha tal-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-faċilita li jinħargu ċ-ċertifikati ngħatat lill-Assessuri fis-7 ta' Settembru 2010. Sa llum ħadd mill-Assessuri għadu ma rreġistra ċertifikati, għalkemm dan jfissirx li ma sarux spezzjonijiet għal skop ta’ awditjar. Sadanittant biex il-Gvern jinforma aktar bl-obbligu ta’ ċertifikat bħal dan qed tinġabar l-informazzjoni biex ikunu jistgħu jintbagħtu ittri lil dawk li għamlu bejgħ ta’ djar jew appartamenti jew li applikaw mal-MEPA għal-bini ġdid. Wara li jkunu notifikati l-applikanti jkollhom xahrejn żmien biex jipproduċu dan iċ-ċertifikat. Ir- rata għar-reġistrazzjoni taċ-ċertifikati hi ta' 75 Euro. Il-prezz biex isir iċ-ċertifikat jiddependi mill-komplessita tal-bini, jekk hux ta' bini li diġa hu mibni jew ta' bini li għadu fi stadju ta' disinn. Il-prezz jiddipendi wkoll fuq kemm l-assessur jkollu dettalji minn pjanti tal-bini għad-dispozizzjoni tiegħu.
Ma teżistiex statistika uffiċjali maħruġa mill-Unjoni Ewropeja dwar ir-rati .
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu din is-sena dwar il-marda fuq ix-xtieli tat-tadam? Tul is-sajf li għadda saru rapporti ta’ din il-marda minn bdiewa? Jekk fl-affermattiv, kemm saru u x’kienu r-rapporti li saru s-sena li għaddiet? X’kumpens ingħataw il-bdiewa milquta u kemm kien?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi din is-sena ittieħdu diversi miżuri għall-kontroll tat-Tuta absoluta fuq it-tadam. Fost dawn il-miżuri, id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti ħareġ linji gwida għall-kontroll ta’ dan l-insett, fejn fihom ingħataw pariri dwar metodi biex jikkontrollaw dan l-insett. F’ Jannar 2010, ħarġet ukoll liġi fuq il-kontroll ta’ dan l-insett. Inizjattivi oħra jinkludu:
· reġistrazzjoni tat-tadam
· skema għall-kontroll tat-Tuta absoluta (pheromones)
· monitoraġġ kontinwu tat-Tuta absoluta
· sorveljanza u nfurzar fuq dawk kollha li jkabbru t-tadam.
· Saret kampanja ta’ nformazzjoni lill-bdiewa u lill-produtturi
·
Pass importanti ħafna din is-sena kien il-Pjan Nazzjonali ta’ kontroll li kien jinkludi għajnuna biex jitpoġġew numru kbir ta’ pheromone traps f’Malta u Għawdex għal qerda tal-massa (mass trap monitoring) ta’ dan l-insett billi nħarġu numru ta’ vouchers li tqassmu lill-bdiewa għal-dan l-iskop. L-ispezzjonijiet u s-sensibilazzjoni lill-bdiewa baqgħu għaddejjin minn naħa tad-Direttorat. Dan il-pjan jidher li kien ta’ suċċess, tant hu hekk, li din is-sena l-infestazzjoni medja tax-xitel tat-tadam ma qabżitx it 2%.
Ftit li xejn kien hawn rapporti bħal ma kien hawn is-sena l-oħra dan għaliex l-infestazzjoni din is-sena inżammet taħt kontroll u il-monitoraġġ kontinwu ta’ ispetturi fuq xitel tat-tadam għen iktar biex tiġi segwita l-ħsara fuq it-tadam
Il-bdiewa ngħataw kumpens f’forma ta’ voucher. Dawn il-vouchers issarfu f’pheromones. Il-bdiewa u dawk li jkabbru t-tadam ingħataw voucher għal kull 250 metru kwadru. Kull voucher kien jiswa’ 2.50 euro. Il –kumpens li ngħataw il-bdiewa li jkabbru t-tadam jammonta ghal madwar € 82,000.00 .
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, fil-perjodu Ottubru 2009 sa Settembru 2010 kien dikjarat f'tunnellaġġ li qed jiddaħħal laħam tal-majjal/tiġieġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Din l-informazzjoni tista tinkiseb mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u allura nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba fil-border inspection point waqt spot checks instab li kien qed jiddaħħal laħam tal-majjal/tat-tiġieġ f'Malta matul il-perjodu Ottubru 2009 sa Settembru 2010?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-BIP jeżamina kull konsenja li tkun dieħla Malta minn pajjiżi terżi. Rigward l-istatistika nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20786.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett tal-Wied tas-Salina/ Burmarrad, liema proġett kien imwiegħed diġà mill-gvernijiet preċedenti Nazzjonalisti xi żmien ilu? Meta beħsiebu jibda dan il-proġett u meta huwa kkalkulat li jispiċċa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor interpellant jispeċifika għal-liema proġett qed jirreferi.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19961, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kif tlabtu u jgħid kemm hu stmat li kien il-volum ta’ ilma estratt mill-aquifers f’Malta u Għawdex separatament mill-privat kull sena mill-1999 ‘l hawn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress li l-ilma li jitla mill-aquifers mill-privat ma kienx qiegħed jiġi metered, ma teżistix informazzjoni fuq il-volum ta' ilma estratt mill-privat mill-1999 'l hawn. Huwa propirju għal din ir-raġuni li qiegħed isir l-eżercizzju ta' istallazzjoni tal-arloġġi tal-ilma fuq sorsi kummerċjali.