Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — Tilqim tal-Influwenza

Question

Jista' l-Ministru wieġeb mistoqsijiet parlamentari 7391, 6975, 6265 u 5939 u cioè : B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5629 u b'mod partikolari sabiex ikun hemm ġustifikazzjoni għan-nefqa pubblika għal li jirrigwarda kampanji ta' tilqim, tilqim b'xejn, kampanja kontra l-użu ħażin ta' antibiotiċi u l-għoti ta' antibiotiċi b'xejn, tista' tibda tinġabar din l-informazzjoni li wara kollox diġa' hi miżmuma f'records ta' tilqim tal-influwenza kif ukoll fl-istorja tal-pazjenti riferuti fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li għalkemm l-informazzjoni dwar tilqim u antibijotiċi tista’ tkun miktuba fl-istorja tal-pazjenti li jattendu l-isptar, mhux fiżikament possibbli li tinġabar b’mod sistematiku minn dawn l-istejjer. Wieħed irid iqis ukoll il-kunfidenzjalità u l-kwalità tad-data miġbura li jnaqqsu ħafna mill-effetività ta’ eżercizzju ta’ ġbir ta' informazzjoni simili. Bħalissa, din l-informazzjoni lanqas tiddaħħal fuq sistemi tal-informatika ta’ l-isptarijiet.

spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7390, 6974, 6262 u 5948 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati: a) tobba? b) infermiera? ċ) paramediċi? Kemm hemm impjegati u health workers f'kull post tax-xogħol fejn japplika?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex ikun aktar preċiż fil-Mistoqsija tiegħu.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta': a) Amlodipine 5mg u 10mg b) Serenace 5mg meta fl-ewwel każ is- supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

kanċer fil-musrana — screening tal-familjari tal-pazjent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7387, 6983 u 6251 u jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana (colon) matul l-2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pazjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dipartiment tal-manutenzjoni u tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li d-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Tiswija m'għadux jagħti s-servizz ta' manutenzjoni f'postijiet b'kera tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Awtorita’ tad-Djar ma waqfet l-ebda servizz ta’ manutenzjoni fi propretajiet tal-Gvern. Pero’ biex ikun hemm aktar kontrolli,qabel ma’ jingħata dan is-servizz, irid ikun hemm means testing ta’ l-applikant ħalli l-għajnuna tingħata lil min veru għandu bżonn u ma jistax iħallas għal din il-manutenzjoni.
Leg 11 PQ #7807 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ġbir ta' flus minn kontribuzzjonijiet ta' anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus matul is-sena 2008 mill-kontribuzzjonijiet tal-anzjani: a) fir-residenza San Vincenz de Paule, b) fid-djar residenzjali tal-gvern, c) fi djar privati permezz tal-private public partnership, d) mill-home help/care service u e) minn fondi oħra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7811 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali kull sena mill-2005 'l hawn? Minn liema lokalitajiet kienu? Kemm-il applikazzjoni ġiet allokata akkomodazzjoni kull sena u minn liema lokalità kienu?

Response (DALLI, JOHN)

Ser inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Tabella A hawn turi n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni alternattiva li daħlu mis-sena 2005 ‘l hawn, filwaqt li Tabella B turi l-applikazzjonijiet li ġew allokati mis-sena 2005 ‘l hawn.
Leg 11 PQ #7812 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Impjegati fi djar residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-impjegati fid-diversi gradi - full-timeu part-time - li jifformaw l-istaff tad-djar residenzjali tal-Furjana, l-Imsida, il-Gżira, Bormla, il-Mosta u l-Imtarfa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Residenza Sptar Monte Carmeli — swali għal kura tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jinbnew iktar swali fir-Residenza tal-Isptar Monte Carmeli għall-kura tal-anzjani? Kemm sejrin jesgħu klijenti dawn is-swali u kemm huwa ppjanat li jieħdu residenti dawn is-swali?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fl-iSptar Monter Carmeli bħalissa qed jinbnew żewġ swali oħra għall-kura ta' l-anzjani. Dawn bejniethom jesgħu 64 sodod u se jkunu lesti biex jilqgħu l-ewwel pazjenti lejn Awissu li ġej.

Sptar San Luqa — inventarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx inventarju tal-affarijiet li fadal fil-bini tal-Isptar San Luqa fis-swali li m'għadhomx jintużaw? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi affarijiet minn dawn jintużaw f'xi sptar ieħor?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-inventarju ta' l-affarijiet li kien fadal fil-bini ta' l-iSptar San Luqa fis-swali li m'għadhomx jintużaw, sar. Informat ukoll li xi affarijiet minn dawn fil-fatt qegħdin jintbagħtu fi Sptar Karin Grech, Sptar Monte Dei, Sptar Sir Paul Boffa, Sptar Monte Carmeli u Residenza San Vinċenz, Ċentri tas-Saħħa, Ċentru Ħidma Soċjali, kif ukoll istituzzjonijiet governattivi oħra u NGO's għall-użu tagħhom.
Leg 11 PQ #7405 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kera għolja ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' mara miżżewġa li dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li qed tilmenta minħabba li l-kera għoliet drastikament? Jista' jara jekk sarx xi żball u jagħti spjegazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ rċeviet it-talba tal-persuna konċernata biex tiġi rikonoxxuta minflok ommha fis-26 ta’ Mejju, 2008. L-Awtorita’ tad-Djar laqgħet it-talba tagħha u Sinjura kellha tagħmel kuntratt ġdid f’isimha. Il-kera ġiet ikkalkulata skond ir-rati tas-suq. Pero’ is-sinjura applikat għal sussidju fuq il-kera u skond l-introjtu tagħha ingħatat sussidju ta’ 50% fuq il-kera li trid tħallas.
Leg 11 PQ #7406 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni ta' Support Worker

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' sinjura li applikat għal post ta' support worker li minkejja l-esperjenza li għandha ta' 25 sena ħidma qalulha li m'għandhiex il-kwalifiki biżżejjed biex tagħmel dan ix-xogħol. Jista' jara li dan il-każ jiġi investigat qabel jinfetħu proċeduri quddiem l-Ombudsman?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7412 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Childcare centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn childcare centres reġistrati? Jista' jagħti l-informazzjoni skond il-lokalitajiet li qegħdin fihom, in-numru tat-tfal li jattendu, ir- range tal-etajiet tat-tfal li jiġu aċċettati u l-ħinijiet li ċ-ċentri jkunu miftuhin?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Għajnuna tal-benefiċċju fuq mard

Question

Fir-rigward tal-benefiċċju tal-għajnuna minħabba mard (SKA), kemm-il applikant ma nstabx eleġibbli minħabba d-dħul finanzjarju tiegħu/tal-familja matul l-2008? Jista' d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jagħti informazzjoni personalizzata lil min ikun se japplika għal benefiċċju means - tested biex ma jsirux applikazzjonijiet bla bżonn?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li qabel ma’ ssir applikazzjoni għal xi għajnuna, l-pubbliku jiġi nfurmat bil-kriterji meħtiega għal dik l-għajnuna. Ħafna drabi jiġri li għalkemm il-pubbliku jiġi infurmat u jkun jidher li ma’ jikkwalifikax għal tali għajnuna l-applikazzjoni issir xorta kemm il-darba jkun hemm insistenza mill-pubbliku li din issir. Informat ukoll li n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna medika li ġew irrifjutati minħabba mezzi matul is-sena 2008 kien ta’ 987. Dawn kienu mqassma hekk :- Il-Kapital jeċċedi 272 Il-Kapital jeċċedi r-rata ta’ miżżeweġ 40 Il-Kapital jeċċedi r-rata ta’ persuna waħeda 41 Il-Mezzi jeċċedu 632 Il-Mezzi fil-ġimgħa jeċċedu 2 Total 987
Leg 11 PQ #7555 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Xewkija — Qasam Industrijali - ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-fabbriki li hemm fil-qasam industrijali tax-Xewkija? Liema huma l-fabbriki li qed iħaddmuhom u kemm qed tħaddem kull waħda?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat biex iġib l-informazzjoni meħtieġa dwar il-fabbriki eżistenti, sabiex il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tkun tista tagħti l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #7556 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studenti li sabu xogħol qabel ma ggradwaw

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7304, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-125 li għadhom jaħdmu full-time sal-lum u mid-29 li għadhom jaħdmu part-time sal-lum qed jaħdmu Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Fondi għal irranġar ta' twieqi u gallariji

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-fond b’dettalji mehmuża jiġi magħluq speċjalment it-twieqi u l-gallariji minħabba li fil-preżent huma miftuħin u qed jikkaġunaw ħsarat lill-appartamenti ta' taħt?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li dan l-appartament huwa mikri lill-inkwilina u għalhekk l-Awtorita’tad-Djar m’għadiex aċċess biex tidħol fih. Informat ukoll li kien hemm ħruq f’dan l-appartment u għalhekk dan il-fond ġie msakkar mill-Pulizija minħabba Inkjesta Maġisterjali. Wieħed irid isemmi ukoll li l-Awtorita’ tad-Djar diġa bdiet tagħmel xogħol fil-komun ta’ dan il-blokk ta’ appartamenti ħalli titranġa il-ħsara li ġrat f’dan il-ħruq.
Leg 11 PQ #7673 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Lifts f'binjiet tal-Gvern

Question

Billi fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari 7356 hemm referenza għall-Assoċjazzjoni tar-Residenti fil-Blokki, jista' l-Ministru jagħti tagħrif mill-informazzjoni miġbura għand l-Awtorita' tad-Djar, kemm huma l-blokki ta' flats tal-Gvern u kemm minn dawn għandhom Assocjazzjoni? X'jiġri f'dawk il-każi fejn uħud mill-flats inbiegħu u fl-istess ħin fadal oħrajn li għadhom bil-kera?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li li s’issa l-Awtorita’ installat 89 lifts fi blokki eżistenti tal-Gvern jiġifieri proprjeta’ tad-Dipartiment tal-Artijiet. F’dawn il-każijiet kollha, ġiet iffurmata Assoċjazzjoni tar-Residenti sabiex tassumi r-responsabilita’ kollha tal-amministrazzjoni tal-lift. Kemm ir-residenti inkwilini, kif ukoll ir-residenti li xtraw il-post u li jixtiequ jagħmlu użu mil-lift, jiffurmaw parti mill-Assoċjazzjoni tar-Residenti u jħallsu sehemhom għall-ispejjeż kollha neċessarji għall-operat, manutenzjoni u tiswijiet in konnesjoni mal-lift. F’każijiet ta’ blokki ġodda fejn ġie installat lift, u fejn l-inkwilini jħallsu l-kera lill-Awtorita’ tad-Djar, dawn ukoll ġew obbligati jiffurmaw Assoċjazzjoni tar-Residenti. Il-ftehim tal-kirja f’dawn il-każijiet, jobbliga ‘l-inkwilini li jħallsu miżata flimkien mal-kera, sabiex l-amministrazzjoni tal-lift tkun f’’idejn l-Awtorita’. S’issa l-Awtorita’ għandha 32 blokk fejn qed taħdem din is-sistema.
Leg 11 PQ #7689 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptarijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7418 u jispjega x'se jsir eżatt biex jitneħħa l-asbestos mill-Isptar Boffa? Kemm hu mistenni li jiswa dan il-proċess? Jista' wkoll jikkonferma l-pjanijiet tal-Gvern li jutilizza l-Isptar San Luqa bħala awżiljarju għal dak ta' Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.