B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28893, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Triq Konventwali u Triq Ġdida fi Triq Konventwali f'San Pawl il-Baħar hux se jingħataw wiċċ ta' tarmak (jiġu mibnija sew) biex ir-residenti jkunu jistgħu jidħlu fi djarhom u jkollhom aċċess għall-garaxx sew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-ħornijiet tal-karozzi ma jkunux jistgħu jintużaw f żoni abitati u residenzjali minħabba inkonvenjent kbir lil dawk morda, dawk li jaħdmu bix-shifts u minħabba l-ħinijiet tal-mistrieħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li artiklu 96(5) tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (leġislazzjoni sussidjarja 65.11) jipprojbixxi l-użu ta’ ħornijiet jew meżżi oħra ta’ twissija f’żoni abitati bejn il-11.00pm u s-6.00am.
xogħol fit-toroq minħabba l-karozzi tal-linja l-ġodda
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26684 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi li għandhom dawk li qed jagħmlu x-xogħol neċessarju fit-toroq Maltin u Għawdxin kollha, sabiex ikunu jistgħu jiffaċilitaw it-toroq tagħna għall-karozzi tal-linja li se jibdew joperaw dalwaqt?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra CD bit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26684.
tibdil fit-toroq minħabba l-karozzi tal-linja l-ġodda
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26686 u jgħid kemm se tiġi tiswa l-ispiża kollha sabiex jinqalgħu l-bankini, jinqalgħu u jitwaħħlu s-siġar minn diversi postijiet u jinżebgħu t-toroq tagħna ħalli l-karozzi tal-linja tal-kumpanija li se tibda topera dalwaqt jiġu akkomodati?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru. 26530.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu stallati bus shelters sabiex iċ-ċittadin Malti u Għawdxi, kif ukoll it-turist, ikun stmat ta' bniedem uman li jkollu l-ħtieġa ta' lqugħ mit-temp kemm fis-sajf u anke fix-xitwa?
Response (GATT, AUSTIN)
Nimmaġina illi l-Onor. Interpellant ġieli mar f'xi pajjiż ieħor u nispera li nnota bħali li barra minn pajjiżna hemm ħafna u ħafna bus stops li m'għandhomx shelters imma sa fejn naf jien din hi l-ewwel darba li nuqqas ta' shelter ifisser li ma tistmax persuna ta' bniedem !.
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 499 bus shelter istallat madwar Malta u Għawdex.
Infurmat ukoll illi minn Frar ta' din is-sena sal-lum twaħħlu total ta' 64 bus shelter ġodda madwar Malta u Għawdex. Transport Malta preżentament qegħda fi proċess sabiex jiġu nstallati 49 bus shelter oħra skont lista maqbula mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — infiq f'manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi statistika dettaljata ta' kemm intnefaq f'manutenzjoni fis-setturi kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, inkluż korporazzjonijet, dipartimenti u awtoritajiet, mis-sena 2004 sa Awwissu 2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — spazji tal-bjut tal-binjiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-gvern fid-dipartimenti/agenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells? X'titjib kien hemm minn sentejn u nofs 'il hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jindika meta Transport Malta se tkun qed tlesti l-proġett ta' toroq ġodda f'Ħal Għaxaq jiġifieri meta se jkun tlesta x-xogħol fuq dawk it-toroq li għalkemm ġew imniżżla fl-istqarrija li ħareġ il-gvern nhar l-20 ta' Settembru li għadda u li fihom għadu ma sar xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qiegħda taħdem fuq programm ta' toroq li għandu jitlesta sas-sena d-dieħla. Transport Malta diġà lestiet numru ta' toroq ġewwa Ħal Għaxaq f'dawn l-aħħar xhur. Dawn jinkludu Triq G. Gravina, Triq Patri Girgor Grima, Triq il-Qattus, Triq ir-Raħħal, Triq Settembrina u Triq l-Isparvier.
L-istqarrija msemmija ma ħarġitx mill-Ministeru tiegħi, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħaż-Żabbar li għadhom qatt ma saru? F’liema stadju waslu l-permessi biex jinbeda x-xogħol fi Triq Parti Dun Felicjan Grech li din għadha qatt ma saret?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toroq ta' Ħaż-Żabbar li jagħmlu parti mill-programm ta' bini residenzjali li se jinbew sal-2012 u għadhom ma bediex ix-xogħol fihom huma:
Triq A Errardi (parti minnha)
Triq iċ-Ċimiterju (parti minnha)
T/G fi Triq Dun Salv Sciberras
Triq il-Kaħwiela
Triq il-Krexxuni
Triq il-Misqa
Triq N Cottoner
Triq il-Qoton
Triq iż-Żabra
Triq iż-Żagħrun
Triq Parti Dun Feliċjan Grech ma tagħmilx parti minn dan il-programm imma ta' min iżid li din it-triq tagħmel parti mill-lista ta' toroq li Transport Malta qed tevalwa għall-programm li jmiss ta' bini ta' toroq.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet l-ispiża infrastrutturali biex inbnew interchanges madwar il-pajjiż kollu bħala parti mir-riforma tat-trasport pubbliku?
Wied il-Għajn — Triq Patri Wistin Born - inkonvenjenzi fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Patri Wistin Born, Wied il-Għajn peress li r-residenti qed ibatu minn ħafna inkonvenjenzi? Sakemm issir, jista' jara li jkun hemm azzjoni temporanja sabiex l-inkonvenjenzi ma jissoktawx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-parti l-kbira ta' din it-triq għadha mhux żviluppata u għalhekk ma tagħmilx parti mill-lista ta' toroq li Transport Malta tista' tagħmel.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-major roadworks (toroq ġodda u tiswijiet estensivi) fuq toroq 'il fuq minn 2 kilometri li saru mill-1964 'l hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ġbir ta' informazzjoni sabiex titwieġeb din il-mistoqsija jirrekjedi ammont sproporzjonat ta' ħin u riżorsi u għalhekk din ma tistax tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jigi jiswa b'kollox il-bridge tal-breakwater u jindika l-ammonti tal-bini tal-pont inkluż, operazzjoni ta' trasport, operazzjoni ta' tqegħid (inkluż id-drabi li ġiet imwaqqfa), il-kummissjonament, xogħlijiet oħra, sigurtà u spejjeż oħra relatati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jassigura li Transport Malta ma tibqax tippermetti li reinstatement ta' toroq wara li jkunu saru xi xogħlijiet (bħal servizzi ġodda jew tiswijiet ta' servizzi tal-ilma) ma jibqgħux isiru bil-cold asphalt iżda jibdew isiru bil-hot asphalt mill-ewwel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet imsemmija u ċioe servizzi ġodda jew tiswijiet ta’ servizzi tal-ilma, mhuwiex possibli li dawn isiru bil-hot asphalt mill-ewwel għaliex dawn ix-xogħlijiet ikunu limitati għal area żgħira u jidher illi mhux cost effective għall-kuntratturi tal-asphalt li jixegħlu l-magni għall-ammonti żgħar.
Garaxxijiet — stickers ta' garage no parking - garaxx għall-istorage
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma r-regolamenti li jistabbilixxu meta hu possibbli li sidien ta' garaxxijiet iwaħħlu stickers ta' garage no parking mal-garaxx tagħhom? Jista' jagħti tagħrif jekk dawn l-istess regolamenti jgħoddux meta spazji ta' dan it-tip minflok biex jitpoġġew karozzi fihom fil-fatt ikunu qed jintużaw għal skop ta' storage?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda regolament li jgħid li jitwaħħlu l-kliem garage no parking ma' xi garaxx. Madanakollu, l-Avviż Legali 3 tal-2007, kif amendat b'Avviż Legali 408 tal-2007, jistipula li fejn hemm garaxx, kif definit fir-regolament, jitwaħħlu l-kliem “Garaxx li qed jintuża”. Ir-regolament jagħti definizzjoni ta' garaxx bħala '... kull bini wżat speċifikament biex jiġu garaxxjati u, jew ipparkjati vetturi bil-mutur, u tinkludi drive-in.' Għaldaqstant, dawn ir-regolamenti mhux applikabbli għal skop ta' storage.
Transport Malta — tqassim ta' stickers ta' garage no parking
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta tatx permessi lill-kunsilli lokali partikolari biex huma jistampaw stickers bil-kliem garage no parking flimkien mal-logo tal-kunsill lokali, biex imbagħad dawn jitqassmu lir-residenti? Hemm xi proċedura partikolari li trid tintuża biex kunsilli lokali jkunu awtorizzati jistampaw u jqassmu dawn l-istickers?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda proċedura li biha Transport Malta toħroġ permessi lill-kunsilli lokali biex jistampaw stickers bil-kliem ‘Garage No Parking’ flimkien mal-logo tal-kunsill lokali.biex jiġu mqassma lir-residenti.
Bormla — Mini ta' Għajn Dwieli u Triq San Franġisk - Traffic Management Assessments
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx traffic impact assessment tal-bidla tal-bankina li hemm bejn il-Mini ta' Għajn Dwieli u n-niżla Triq San Franġisk Bormla? Jista' jgħid meta din il-bankina ġdida se jkollha xi dwal sabiex jindikaw il-bidliet li saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-junction imsemmija mill-Onorevoli Interpellant saret bħala kundizzjoni magħmula mill-MEPA b'rabta mal-ħruġ tal-permess għax-xogħlijiet li qed isiru fix-xatt ta' Bormla u l-Birgu.
Sadattant, fil-ġranet li għaddew saru s-sinjali tat-traffiku u fil-ġranet li ġejjin se jsiru marki oħra bil-għan li titjieb il-viżibilità fl-imsemmija
junction
.
Issa li Triq il-Kottonera, Bormla, ingħatat wiċċ ġdid, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-triq ġietx approvata u dan peress li f'naħa minnhom għadha żżomm għadajjar kbar wara kull xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq għadha ma ġietx approvata minn Transport Malta sakemm jitlesta l-proċess ta’ verifika teknika.