Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata ta’ impjieg, employment rate, maqsuma f’total, irġiel u nisa għal Malta u Għawdex, sena b’sena, mill-2008 sa Ġunju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rata tal-impjiegi, kalkulata għal persuni ta’ bejn il-15 u 64 sena, qed tiġi provduta fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jelenka l-għotjiet u l-commitment letters li nħarġu mill-Good Causes Fund bejn id-29 ta' April 2017 u t-3 ta' Ġunju 2017, inkluż dik li hu stess ta fil-Knisja ta' Ġiesu, fir-Rabat fl-1 ta' Ġunju 2017 filgħaxija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji – salarju u benefiċċji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-salarju, allowances u spejjeż li jitħallsu lill-Arbitru huma bir-rati daqs dawk li japplikaw fil-każ ta’ Mħallef tal-Qrati Superjuri skont kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Gvern (nru 406, Ħarġa 19,565).
Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni mniżżla fil-lista ta' tliet persuni nominati mill-Avukat Ġenerali u li minnhom l-istess Ministru għażel persuna biex isservi bħala membru tal-Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) skont dak li jipprovdi l-Artikolu 19 tal-Att kontra Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) u dan għal kull darba illi saret l-għażla matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministru għall-Finanzi aġixxa skond kif titlob il-liġi u ppublika l-ħatra tal-Bord tal-Gvernaturi tat-Taqsima tal-Financial Intelligence Analysis Unit fil-Gazzetta tal-Gvern. Kull informazzjoni oħra titqies bħala kunfidenzjali.
Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni mniżżla fil-lista ta' tliet persuni nominati mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali u li minnhom l-istess Ministru għażel persuna biex isservi bħala membru tal-Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) skont dak li jipprovdi l-Artikolu 19 tal-Att kontra Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) u dan għal kull darba illi saret l-għażla matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministru għall-Finanzi aġixxa skond kif titlob il-liġi u ppublika l-ħatra tal-Bord tal-Gvernaturi tat-Taqsima tal-Financial Intelligence Analysis Unit fil-Gazzetta tal-Gvern. Kull informazzjoni oħra titqies bħala kunfidenzjali.
Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni mniżżla fil-lista ta' tliet persuni nominati miċ-Chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u li minnhom l-istess Ministru għażel persuna biex isservi bħala membru tal-Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) skont dak li jipprovdi l-Artikolu 19 tal-Att kontra Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) u dan għal kull darba illi saret l-għażla matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministru għall-Finanzi aġixxa skond kif titlob il-liġi u ppublika l-ħatra tal-Bord tal-Gvernaturi tat-Taqsima tal-Financial Intelligence Analysis Unit fil-Gazzetta tal-Gvern. Kull informazzjoni oħra titqies bħala kunfidenzjali.
Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni mniżżla fil-lista ta' tliet persuni nominati mill-Kummissarju tal-Pulizija u li minnhom l-istess Ministru għażel persuna biex isservi bħala membru tal-Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) skont dak li jipprovdi l-Artikolu 19 tal-Att kontra Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) u dan għal kull darba illi saret l-għażla matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministru għall-Finanzi aġixxa skond kif titlob il-liġi u ppublika l-ħatra tal-Bord tal-Gvernaturi tat-Taqsima tal-Financial Intelligence Analysis Unit fil-Gazzetta tal-Gvern. Kull informazzjoni oħra titqies bħala kunfidenzjali.
Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja – talba għal ħatra ta’ membri addizzjonali fuq il-Bord
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) talbux jaħtar membru jew membri addizzjonali tal-Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) skont dak li jipprovdi l-Artikolu 19 tal-Att kontra Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) u dan matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid min kienet jew kienu l-persuna jew persuni magħżul jew magħżula?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- Bord tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) m’għamel ebda talba għal membru jew membri addizzjonali.
B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 109, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata ebda transfer mill-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu fil-perjodu msemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tad-defiċit attwali rreġistrata sena b’sena mill-2006 ’il hawn? Jista’ jgħid ukoll kif din ir-rata tad-defiċit varjat tul l-istess perjodu msemmi minn dik imbassra li kienet se tkun waqt id-diskors tal-Baġit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dħul minn taxxi fuq konsum b’riżultat tat-tkabbir ekonomiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, mis-sena 2008 sal-2016, kemm kien id-dħul minn taxxi fuq konsum b’riżultat tat-tkabbir ekonomiku u inizjattivi oħra, bħar-roħs tad-dawl u ilma, li b’riżultat ta’ hekk il-familji qed jifdlilhom aktar flus biex jonfqu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Accruals Accounting fis-sistema ta’ accounting tal-Gvern
Question
Issa li l-Gvern ikkonferma li s-sistema ta’ accruals accounting sa fl-aħħar se tiddaħħal, jista’ l-Ministru jfisser: (i) il-qafas ta’ din l-inizjattiva; (ii) x’se tbiddel fis-sistema tal-finanzi u l-accounting tal-Gvern; u (iii) x’vantaġġi se ġġib din is-sistema?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
3
Tweġiba
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għall-Mistoqsija Parlamentari hija kif ġej:
o IL-QAFAS TA’ DIN L-INIZJATTIVA
Bl-implimentazzjoni tal-
Corporate Financial Management Solution
il-Gvern għandu jissostitwixxi s-Sistema ta'
Departmental Accounting System (DAS)
attwali u sistemi oħra f'qafas wieħed koerenti, ibbażat u mudellat fuq
Standards
Internazzjonali (IPSAS).
a)
Id-DAS u c-CFMS
· Il-Konsorzju
Grant Thornton/Unit 4
għandu jimplimenta l-
Unit 4 Business World
fil-Gvern Ċentrali, li se jissostitwixxi s-sistema kurrenti tad-DAS.
· Twaqqaf
CFMS Implementation Board
fil-Ministeru tal-Finanzi, li jirrapporta lis-Segretarju Permanenti (MFIN). Il-membri tal-Bord jirrappreżentaw diversi
stakeholders
involuti f'dan il-proġett, inkluż it-Teżor, l-uffiċċju ta’
Chief Information Officer
(MFIN), MITA, NSO, il-
Finance and Policy Management Division
(MFIN), il-
Budget Office
u l-uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM). L-NAO u l-IAID huma osservaturi fuq dan il-Bord.
· Ir-rwol ewlieni ta’ dan il-Bord huwa li jistabbilixxi
policies
, li jieħu deċiżjonijiet sinifikanti u strateġiċi u jissorvelja l-implimentazzjoni tas-sistema.
· Twaqqaf ukoll
CFMS Implementation Coordination Team
li jirrapporta lill-Bord, iffukat fuq il-progress tal-implimentazzjoni.
· L-implimentazzjoni hija mqassma fuq tliet fażijiet:
(i) L-ewwel fażi (fażi ta' pilotaġġ) għandha tiġi konkluża 18-il xahar mill-iffirmar tal-kuntratt.
(ii) It-tieni fażi (implimentazzjoni fil-Gvern Ċentrali) għandha tiġi konkluża 30 xahar mill-iffirmar tal-kuntratt.
(iii) It-tielet fażi, (implimentazzjoni ta' sistemi potenzjali oħra), għandha tiġi determinata matul l-implimentazzjoni.
· Il-proġett ta' implimentazzjoni tas-
CFMS
huwa eliġibbli għall-fondi tal-
ERDF
taħt il-proġett CONvErGE.
b) Mill-
cash based
għall-
accruals based accounting
u
standards
· Fl-2014, twaqqaf
IPSAS Implementation Board
fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi ffokat fuq l-implimentazzjoni tal-IPSAS
(International Public Sector Accounting Standards).
· L-IPSAS huma
financial reporting
u
accounting standards
ta’ kwalità għolja, maħruġa mill-
International Public Sector Accounting Standards Board (IPSASB)
. L-
IPSASB
tiżviluppa
accounting standards
u linji gwida għall-użu mis-settur pubbliku.
· Twaqqaf ukoll
IPSAS Implementation Team.
Dan it-tim qed jaħdem biex jiżviluppa
standards
imsejħa
draft IPSAS as adopted by the Maltese Government,
għall-approvazzjoni tal-
IPSAS Implementation Board
.
· Twaqqaf
Financial Legislation Reform Working Group
li għandu jirrakkomanda bidliet fil-leġiżlazzjoni matul l-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida u l-
accrual accounting.
o X’SE TBIDDEL FIS-SISTEMA TAL-FINANZI U L-ACCOUNTING TAL-GVERN
a)
Is-sistema: Unit 4 Business World
· Sistema ERP, kompletament integrata b’teknoloġija moderna.
· Tipprovdi aċċess immedjat tad-
data.
· Tipprovdi
data
aktar preċiża - aktar kunfidenza fl-integrità u l-affidabilità tad-
data
.
· Tipprovdi
Accounts
konsolidati tal-gvern ‘awtomatizzati’.
· Tipprovdi informazzjoni aktar malajr u preċiża għal deċiżjonijiet ta'
policies
li għandhom impatt fuq is-servizzi pubbliċi.
· Tinkludi sistema ta' preparazzjoni tal-Baġit u
forecasting.
· Sistema bbażata fuq l-
accrual accounting
u l-
IPSAS.
b)
Ir-riżorsi umani
· L-introduzzjoni tas-sistema ERP innifisha se twassal għall-bidla fil-ħiliet finanzjarji, li għandhom ikunu aktar iffokati biex jiżdied il-valur u l-interpretazzjoni tad-
data
finanzjarja.
· Il-bidla se ġġib magħha żvilupp fil-professjoni tal-
accountants
u mpjegati oħra mal-gvern, li jkollhom il-ħiliet xierqa biex iħejju
financial statements
, u jimmaniġġjaw pjanijiet finanzjarji fuq medda twila ta' żmien.
c)
L-Accrual Accounting/IPSAS
· L-informazzjoni finanzjarja mhux biss
cash-based
iżda wkoll
accruals-based.
· Informazzjoni
accruals-based
tipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjoni finanzjarja globali tal-gvern u l-istokk tal-assi u l-obbligazzjonijiet.
· L-
Accrual Accounting
jeħtieġ li l-gvern iżomm reġistri (
records
) kompluti tal-assi u l-obbligazzjonijiet.
· L-
Accrual Accounting
jipprovdi qafas konsistenti għall-identifikazzjoni ta' obbligazzjonijiet eżistenti u obbligazzjonijiet potenzjali jew kontinġenti.
· L-
Accrual Accounting
jipprovdi informazzjoni dwar id-dħul u l-ispejjeż, inkluż l-impatt tat-tranżazzjonijiet fejn il-flus kontanti għadhom ma ġewx riċevuti jew imħallsa.
· L-informazzjoni lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (
NSO
) tkun ibbażata fuq rapporti finanzjarji awditjati, ibbażati fuq l-IPSAS.
· Ir-rapporti finanzjarji ppubblikati mill-Gvern se jinkludu stqarrija dwar il-pożizzjoni finanzjarja (
statement of financial position
), il-prestazzjoni finanzjarja (
statement of financial perfomance
) u
cash flow statement
.
· L-
Accrual Accounting
u l-IPSAS se jġibu tibdil pożittiv fil-
financial management
tal-gvern u se jikkontribwixxu fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’
policies
fiskali.
o X’VANTAĠĠI SE ĠĠIB DIN IS-SISTEMA
· Informazzjoni aktar dettaljata u trasparenti.
· Tassisti fl-iżvilupp tal-
financial management
fis-settur pubbliku.
· Taffaċilita aktar il-
management
tas-servizzi pubbliċi.
· Tgħin fid-distribuzzjoni ta' riżorsi b’mod aktar effettiv.
· Toffri l-possibilità li l-
financial statements
tal-Gvern jiġu użati għall-iskopijiet ta'
fiscal
u
financial management.
· Tipprovdi
financial reports
tal-Gvern fuq bażi kkonsolidata.
· Tipprovdi livell ogħla ta' kontroll finanzjarju u valutazzjoni vera u ġusta tal-assi u l-obbligazzjonijiet.
· Tipprovdi aktar
accountability
tal-Gvern lill-Parlament u ċ-ċittadin.
· Iċ-ċittadini se jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni aktar siewja u ħolistika dwar il-finanzi pubbliċi, l-assi u l- obbligazzjonijiet.
· Rapporti finanzjarji awditjati bbażati fuq l-IPSAS għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni finanzjarja ta' kwalità għolja lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (
credit rating agencies
), lill-investituri u lill-banek, u hekk jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u l-istabbiltà finanzjarja.
· Fil-qasam tal-immaniġġjar tal-assi, il-Gvern ikun jista' jippjana aħjar għal rekwiżiti futuri tal-assi.
· Il-proċessi tal-immaniġġjar tal-assi għandhom jikkontribwixxu għall-ottimizzazzjoni tal-valuri tal-assi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inaqqsu l-ispejjeż operattivi u tal-manutenzjoni kif ukoll infiq kapitali fit-tul.
· Permezz tal-informazzjoni fuq l-obbligazzjonijiet kollha, inklużi l-obbligazzjonijiet fit-tul u l-obbligazzjonijiet kontinġenti, il-Gvern se jkollu aktar informazzjoni biex jevalwa safejn jista' jipprovdi s-servizzi kurrenti tiegħu u l-affordabilità ta' servizzi futuri.
Jista’ l-Ministru jagħti l-istatistika ta’ kif kienu r-riżultati tal-credit ratings għal pajjiżna mill-2008 sa Ġunju 2017? Jista’ jispjega wkoll x’benefiċċji niksbu bħala pajjiż u x’benefiċċji tikseb l-ekonomija tagħna, meta aġenziji ta’ kreditu internazzjonali konsistentement jgħollu r-rating lil Malta, kif ġara dan l-aħħar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward it-tieni parti, credit rating tajjeb jagħti kredibbilta' ekonomika u finanzjarja lil pajjiżna u jsaħħaħ il-fiduċja u t-twemmin tal-investituri lokali u barranin f'pajjiżna. Dan jassigura u jsaħħaħ l-istabbilta' ekonomika u finanzjarja tal-pajjiż u jkompli jsaħħaħ l-ambjent meħtieġ għal aktar tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdu każijiet ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti, xorb u affarijiet oħrajn, fl-aħħar għaxar snin, sena b’sena? X’kien il-valur tas-sisa u d-dazju mitluf, sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — kuntratti u xogħljiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ingħata ebda xogħol mill-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tieghu, lill-individwu jew ditta legali msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1337 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè jgħid kemm inġabret Eco Tax minn Malta u Għawdex bejn Ġunju 2016 u Mejju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Eco Tax Miġbura bejn
Ġunju 2016 u Mejju 2017
Ġunju - Diċembru 2016€248,224.28
Jannar - Mejju 2017€1,123,538.69
TOTAL:€1,371,762.97
Ministeru għall-Finanzi – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari 642.
Ta min ifakkar ukoll li l-Gvern għadu kemm waqqaf it-taskforce għall-promozzjoni tan-negozju ta’ Malta fir-Renju Unit, immexxija mis-Sur Joseph Zammit Tabona. It-
taskforce
twaqqfet biex timplimenta pjan t’azzjoni sa tmiem l-2010 biex jiġi promoss negozju, inkluż dak industrijali, ekonomiku u attiviatjiet finanzjarji lejn Malta b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit.
Ministeru għall-Finanzi – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?
Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 615, jista' l-Ministru jgħid għall-persuna li rriżenjat minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perijodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-11 ta' Lulju 2017, jekk ir-riżenja tiegħu jew tagħha kenitx waħda volontarja jew inkella l-persuna ġietx imġiegħla tirriżenja?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuna li rreżenjat fil-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-4 ta' Lulju 2017 irreżenjat fuq bażi volontarja.
Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 614, jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet mogħtija minn kull wieħed mill-persuni għar-riżenja tiegħu jew tagħha minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-14-il impjegat li rriżenjaw minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja kollha għamlu dan b’mod volontarju.
Ebda impjegat tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja ma jintalab, b’mod formali, jagħti raġuni jew spjegazzjoni għala jkun qiegħed jittermina l-impieg tiegħu u għalhekk ir-
records
tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja jiddistingwu biss bejn dawk l-impjegati li jkunu rriżenjaw minn jeddhom u dawk li kellhom l-impieg tagħhom terminat da parti tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja.
Madanakollu, id-direzzjoni tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja hija mgħarfa li in ġenerali dawn l-14-il impjegat irriżenjaw b’mod totalment volontarju wara li kienu aċċettaw offerti ta’ impieg fis-settur privat li f’xi każijiet kienu wkoll impiegi barra minn Malta.