Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta' studenti fil-Higher Secondary (maqsuna skont l-ewwel u t-tieni sena rispettivament) fis-sena skolastika li għaddiet u kemm se tkun fil-bidu tas-sena skolastika li se tibda issa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika li għaddiet il-popolazzjoni tal-istudenti fil-Higher Secondary kienet ta’ 937. Filwaqt li għal din is-sena skolastika, s’issa l-popolazzjoni hi ta’ 1,093 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati għalliema biex iservu fiċ-ċentri għar-Revision Classes u kemm kienet in-nefqa totali tal-Gvern għal dan is-sajf billi jagħti rendikont ta' kemm tħallsu salarji u kemm intefqu flus f'materji oħra?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika impjegati fl-iskejjel tal-Istat (inklużi Supply Teachers) matul is-sena skolastika li għaddiet (2023-2024) u kemm se jkun hemm għas-sena skolastika li se tibda (2024-2025)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm matul is-sena skolastia li għaddiet kien hemm 232 għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika impjegati fl-iskejjel tal-Istat (inklużi Supply Teachers). Għal din is-sena skolastika ser ikun hemm l-istess total t’għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21552 u 21764 u jgħid jekk il-Malta Union of Teachers (MUT) ħarġitx direttivi fir-rigward tal-Iskola Guardian Angel matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024? Jekk iva, liema huma, għaliex inħarġu, meta nħarġu u meta twaqqfu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti nisa li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mis-sena akkademika 2013/2014 sas-sena akkademika 2023/2024, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti nisa li gradwaw matul is-snin imsemmija s’issa hu ta’ 22,810.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti nisa li ggradwaw mill-MCAST mis-sena akkademika 2013/2014 sas-sena akkademika 2023/2024, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2014 u l-2023 gradwaw total ta’ 12,922 student nisa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti rġiel li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mis-sena akkademika 2013/2014 sas-sena akkademika 2023/2024, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti rġiel li gradwaw matul is-snin imsemmija s’issa hu ta’ 15,288.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti rġiel li ggradwaw mill-MCAST mis-sena akkademika 2013/2014 sas-sena akkademika 2023/2024, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti rġiel li gradwaw bejn l-2014 u l-2023 kien ta’ 14,025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti LGBTIQ+ li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mis-sena akkademika 2013/2014 sas-sena akkademika 2023/2024, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li tali nformazzjoni ma tiġix mitluba u miġbura mill-Università ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għalliem regolari daħal ġdid mal-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat u li għandu l-kwalifiki kollha meħtieġa biex jgħallem fil-medja u s-sekondarja skont is-suġġett li se jgħallem bħala Newly Qualified Teacher (NQT) fis-sena skolastika li jmiss?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li daħlu erbgħa u sebgħin (74) għalliema ġodda mal-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat u li għandhom l-kwalifiki kollha meħtieġa biex jgħallmu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għalliem irriżenja mill-impjieg wara s-sena skolastika li għaddiet u mhux se jkun qiegħed jgħallem fl-iskejjel tal-Istat din is-sena skolastika li jmiss?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li mill-iskejjel tal-Istat irriżenjaw 124 għalliem, infurmat li 26 minnhom ser jaħdmu fi skola Indipendenti jew tal-Knisja.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati 217-il għalliem.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il unit tal-arja kkundizzjonata twaħħal u f'liema skejjel twaħħlu matul il-perjodu bejn Ġunju 2024 u l-1 ta' Settembru 2024?
Skejjel primarji tal-Istat – Popolazzjoni ta' studenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta' studenti fl-iskejjel kollha tal-primarja tal-Istat fis-sena skolastika li għaddiet u kemm se tkun fil-bidu tas-sena skolastika li se tibda issa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika li għaddiet il-popolazzjoni tal-istudenti fl-iskejjel primarji tal-Istat kienet ta’ 23,101. Filwaqt li għal din is-sena skolastika, l-popolazzjoni tal-istudenti s’issa hi ta’ 22,107 student.
Skejjel medji tal-Istat — Popolazzjoni ta' studenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta' studenti fl-iskejjel medji kollha tal-Istat fis-sena skolastika li għaddiet u kemm se tkun fil-bidu tas-sena skolastika li se tibda issa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika li għaddiet il-popolazzjoni tal-istudenti fl-iskejjel medji tal-Istat kienet ta’ 5,166. Filwaqt li għal din is-sena skolastika, l-popolazzjoni tal-istudenti s’issa hi ta’ 5,009 student.
Skejjel sekondarji tal-Istat — Popolazzjoni ta' studenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta' studenti fl-iskejjel sekondarji kollha tal-Istat fis-sena skolastika li għaddiet u kemm se tkun fil-bidu tas-sena skolastika li se tibda issa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika li għaddiet il-popolazzjoni tal-istudenti fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat kienet ta’ 7,694. Filwaqt li għal din is-sena skolastika, l-popolazzjoni tal-istudenti s’issa hi ta’ 7,811 student.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kors ta' Veterinarju, li beda għall-ewwel darba f'pajjiżna din is-sena, kellux marbut miegħu Numerus Clausus fejn jidħlu l-applikazzjonijiet tal-istudenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda student ma ġie rrifjutat minħabba nuqqas ta’ spazju.
Jista’ l-Ministru jgħid f'liema ċentru tal-MCAST qed isir il-Kors ta' Veterinarju?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors qed jsir fl-Istitut għax-Xjenza Applikata li jinkludi ċ-Ċentru tal-Agrikoltura, l-Akwatika, u x-Xjenza tal-Annimali.