Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' studenti li għaddew mill-eżami tal-Junior Lyceumf'Mejju li għadda, maqsuma skond l-iskejjel (tal-Gvern għalihom u l-oħrajn għalihom), u skond il-lokalità? Jista', jekk hu possibli, jgħid x'kienu r-riżultati li ġabu l-istudenti għall-istess skejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dettaljat dwar kif għaqda sportiva tista' tibbenifika minn xi waħda mill-iskemi li ħabbar il-Gvern dan l-aħħar? Fl-istess ħin, tista' tagħti tagħrif dwar kif il-ġeneturi ta' tfal/żgħażagħ li jħallsu xi miżata jistgħu japplikaw għal din l-għajnuna? Hemm xi limitu ta' ħlas li jista' jiġi ddikjarat għal dan l-iskop?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tinvestiga lmenti ta' xi ġenituri ta' tfal li jattendu l-iskola Sir Luigi Preziosi f'St. Andrews dwar it-telqa u nuqqas ta' ndafa li hemm f'din l-iskola, tant li xi ġenituri huma mħassbin sew għax għandhom tfal li jbatu bi problemi ta' ġilda sensittiva? Huwa minnu li din l-iskola ser tiġi trasferita għal x'imkien ieħor? Jekk iva, meta u għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-Iskola sekondarja Pembroke, matul is-sajf, ser isiru xi xogħolijiet ta' manutenzzjoni u wara jsir it-tindif neċessarju biex l-iskola tkun lesta ħalli tilqa' fiha l-istudenti. Qed jittieħdu passi biex l-iskola jkollha servizz ta 'cleaners' li jagħmlu xogħolhom kif xieraq.
Dwar il-futur ta’ l-iskola ta’ Pembroke irid jittiehed fl-ambitu ta’ l-iżviluppi li qed iseħħu fis-sistemi tal-kulleġġi.
Kunsill Lokali għall-Isport — Faċilitajiet sportivi
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-faċilitajiet sportivi li huma taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali għall-Isport?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-faċilitajiet sportivi li huma direttament taħt il-Kunsill Malti għall-iSport huma:
Kumpless Sportiv Cottonera
Kumpless Sportiv Marsa
Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq
Tal-Qroqq Fitness Centre
Faċilita` Sportiva tal-Kulleġġ San Benedittu wara l-ħin ta’ l-iskola u fil-weekend.
Tista' l-Ministru tgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni huwiex imħasseb u inkwetat wara li għal sena oħra reġa' kien hemm riżultati negattivi fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum fil-Kottonera? Tista' tgħid hemmx xi pjan biex dan il-livell fl-edukazzjoni tat-tfal tagħna jogħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Naċċerta lill-Onorevoli Interpellant li bħala Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni inkun dejjem imħassba u nkwetata kull meta xi studenti jaqgħu lura u ma jiksbux ir-riżultati mixtieqa.
Dwar il-Kottonera, infurmata li qed jinħadem pjan strateġiku edukattiv għall-Kulleġġ Santa Margerita bil-ħsieb li jissaħħu il-prattiċi edukattivi biex ħadd ma jaqa’ lura.
Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti ċ-ċentru temporanju għall-viżitaturi fil-Ġgantija li tlesta fl-2007? Kemm kienet in-nefqa totali fuq dan il-proġett? Min kien/kienu l-kuntrattur/i li għamlu x-xogħol? Kemm tħallsu kull wieħed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ċentru temporanju tal-viżitaturi li ġie inawgurat fit-13 ta’ Settembru 2007 jikkonsisti f’ticket booth, museum shop u tisqifa għall-viżitaturi. Ix-xogħol kollu sar mill-impjegati ta’ Heritage Malta u ġie jiswa LM7000.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux veru li l-Budget tal-kunsill lokali taż-żgħażagħ ġie mnaqqas għal €50,000?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-budget għall-proġett tal- Kunsill Nazzjonali taż-żgħażagħ għal din is-sena se jkun €50,000.Il-budget tal-2009 għadu fi stadju ta’diskussjoni.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-EUPA tħallas kera lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni talli tuża l-bini fi Triq Zekka l-Antika? Jekk fl-affermattiv, kemm tħallas il-EUPA lill-gvern? Tista' tgħid ukoll min iħallas il-kont tad-dawl u ilma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ammont ta’ kera li l-EUPA tħallas lill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport huwa ta’ €16,300 fis-sena. Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-istess fond jitħallsu mill-EUPA.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-timetable uffiċjali ta' l-eżamijiet tat-tfal li jattendu year 4 u 5 fl-iskejjel tal-gvern? Tista' tiddikjara jekk taqbilx illi l-eżamijiet isiru fuq timetable ta' main subject kuljum fl-aħħar ġimgħa skolastika u mhux tnejn kuljum? Dan peress li t-tfal ikunu lestew is-sillabu u fuq l-ewwel jumejn ma jkollhomx lezzjonijiet ġodda, tant li l-għalliema u t-tfal joqgħodu jiżbarazzaw il-klassi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iskop li l-eżamijiet isiru fuq tlett ijiem u mhux fuq ħamsa huwa ntiż biex it-tfal ikollhom jumejn addizzjonali ta’ tagħlim.
Kopja tat-timetable uffiċjali ta’ l-eżamijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid meta inbeda x-xogħol fuq il-bini ta' skola sekondarja ġdida għas-subien f'Għawdex? Tista' tgħid min huma l-kuntratturi fuq dan il-proġett? Kemm se tkun in-nefqa kollha fuqu? Kif se tkun maqsuma fuq id-diversi aspetti tal-proġett? Kif se tkun maqsuma fuq kull kuntrattur? Kemm tħallas s'issa kull kuntrattur? Kemm hemm flus kommessi għal xogħol/servizzi/apparat li għadhom ma tħallsux? Fiex jikkonsistu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li x-xogħol tal-kostruzzjoni fuq l-iskola sekondarja l-ġdida għas-subien f’Għawdex beda fl-24 ta’ Settembru 2007. Sal-lum dan kien l-uniku appalt li ngħata fuq din l-iskola. Il-kuntrattur li qiegħed jagħmel ix-xogħol huwa RCF Joint Venture u l-valur kumplessiv ta’ din l-appalt huwa ta’ Lm2,197,042 li minnhom tħallsu Lm285,000.
Tista' l-Ministru tikkonferma li l-proġett ta' bini ta' l-iskola sekondarja ġdida tas-subien f'Għawdex jinkludi parkeġġ taħt l-art? Jekk fl-affermattiv, kemm se tkun i n-nefqa fuq dan il-parkeġġ? Kemm se jkun jesa' karozzi? Għall-użu ta' min se jkun dan il-parkeġġ? L-użu tiegħu se jkun bi ħlas? Jekk fl-affermattiv, x'se jkunu r-rati ta' ħlas? Sar studju ta' vijabilita' finanzjarja dwar dan il-parkeġġ? Jekk sar, min għamlu? Kif ingħata l-kuntratt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li taħt il-bini ta’ l-iskola sekondarja ġdida tas-subien f’Għawdex qed jinbena parkeġġ. Il-parkeġġ se jkun jesa 125 skond il-permess tal-MEPA. L-istima ta’ l-iskola hija ta’ €7 miljuni meta titlesta, l-istima tal-parkeġġ hija ta’ €1.7 miljun meta jitlesta. L-użu ta’ dan il-parkeġġ se jkun għall-użu tal-blokk kollu li qed jiġi mibni. Il-proġett kien fdat f’idejn l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’Għada u saru l-istudji neċċessarji kollha. Ma ingħata l-ebda kuntratt fir-rigward ta’ dan l-att.
Tista' l-Ministru tara li l-akwadott li hemm fit-triq li mix-Xemxija tieħu lejn Għajn Tuffieħa jiġi restawrat? B'mod partikolari tista' l-Ministru tara li l-parti ta' l-istess akwadott waqgħet is-sena li għaddiet, tiġi rranġata qabel jinsteraq il-ġebel tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li ġew sospiżi mill-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti f'din l-aħħar sena skolastika u minn liema skejjel ġew sospiżi? Kemm-il darba dawn l-istudenti ġew sospiżi mill-iskola matul din is-sena? Qed isir xi programm biex dawn it-tfal ma jibqgħux itellfu lill-istudenti li jridu jitgħallmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nfurmata li fost il-mi¿uri li ttieħdu sabiex l-istudenti jtejbu l-imġieba tagħhom insibu ¿-¿amma ta’
case conferences
, riferimenti lis-
Safe School Programme
, lil
Guidance Teachers
u lill-
Counsellors
. Jsir ukoll moniteraġġ kontinwu mill-iskola sabiex l-istudenti jintegraw bl-aħjar mod possibbli, attendenza f’
Learning Zone
, involviment fir-
Ray Programme
(programm li jsir mas-
social worker)
u l-iskejjel jieħdu wkoll passi korrettivi oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux veru li meta kien hemm il-proċess sabiex jinħatar direttur tal-programmi ta' l-Unjoni Ewropea kien imwaqqaf u ntagħżlet persuna partikolari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1555.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-istat ta' l-iskavi fit-Tempju Ruman f'Tas-Silġ f'Marsaxlokk?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Universita ta’ Malta ikkonkludiet l-iskavi tagħha fin-naħa tan-nofsinhar tas-sit u se jiġi ppubblikat rapport komplut is-sena d-dieħla. L-iskavi fin-naħa tat-tramuntana tas-sit, li qed isiru mill-Missione Archeologica Italiana, għadhom sejrin u se jkomplu fix-xhur li ġejjin.
Wara seminar li kien organizzat minn Heritage Malta fl-2006, iktar tard din is-sena Heritage Malta se tippubblika ktieb bir-riċerka u bil-konkluzjonijiet kollha li saru fuq is-sit matul dawn l-aħħar snin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn skejjel li għandhom ground tal-football b'wiċċ sintetiku? Tista' tgħid jekk, f'kull każ, isirx użu minnhom wara l-ħinijiet ta' l-iskola? Jekk fl-affermattiv, min jagħmel użu minnhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-iskejjel li għandhom ground tal-football bil-wiċċ sintetiku huma kif jidhru fil-lista t’hawn taħt.
Il-lista mehmuża turi liema minn dawn il-
grounds
isir użu minnhom wara l-ħin ta’ l-iskola, u minn min.
B'referenza għar-risposta li ġejt mogħti dwar pjanta li turi s-siti storiċi ta' San Pawl il-Baħar (three dimensional) li fiha rreferietni għall-MEPA, tista' l-Ministru tara li fil-fatt tagħti l-għajnuna ta' Heritage Malta biex din il-pjanta, li diġa' hija ppreparata minn volontarji, tiġi stampata u użata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex il-volontarji konċernati jagħmlu talba formali lill-Heritage Malta sabiex tiġi kkunsidrata.