Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex fil-fatt se jilħaq id-data tal-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata, jiġifieri sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Awwissu ta’ din is-sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżuri marbuta ma’ din id-Direttiva kienu mħabbra u ġew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern fid-19 ta’ Lulju 2022 u bdew japplikaw mit-2 ta’ Awwissu 2022.
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jżid mad-drittijiet stabbiliti fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata, li bħala direttiva tistabbilixxi biss standard minimu komuni u li allura tippermetti Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jagħti drittijiet usa'?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ħa ħsieb li ma jeskludi lill-ebda tip ta’ familja, kif ukoll estenda d-dritt tal-leave tal-paternità għall-ġenituri adottivi, u l-leave tal-ġenituri f’każ ta’ foster parents. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li l-Carers’ Leave kif traspost fil-liġi Maltija mhux marbut b’mod strett ma’ każ ta’ mard serju, iżda huwa aktar flessibbli minn dak mitlub mid-Direttiva Ewropea.
Direttiva 2019/1158 – ġranet ta’ leave għall-missiriijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jżid mill-minimu ta’ għaxart ijiem leave għall-missirijiet, liema dritt huwa provdut fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentati 1070 u 1072.
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jżid mill-minimu ta’ leave mħallas għall-ġenituri, liema dritt huwa provdut fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 1070 u 1072.
Direttiva 2019/1158 – leave garantit lill-persuni li jindukraw
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jżid mill-minimu ta’ ħamest ijiem leave garantit lill-persuni li jindukraw fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 1070 u 1072.
Households li jagħmlu użu minn aerial biex jaraw free-to-air
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta u Għawdex, u n-numru ta’ households, imqassma skont il-lokalità, li għadhom jagħmlu użu minn aerial biex jaraw l-istazzjonijiet lokali free-to-air?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jagħti aġġornament ta’ x’valutazzjoni ta’ impatt sar, qiegħed isir, jew se jsir dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata, liema direttiva għandha tiġi implimentata sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Awwissu ta’ din is-sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li bħal f’kull każ ieħor, il-valutazzjoni ta’ impatt dwar it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva msemmija kien parti mill-proċess tal-implimentazzjoni u t-traspozizzjoni tal-istess Direttiva, skont il-proċeduri tal-Gvern.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – laqgħat u konsultazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet pertinenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jagħti lista ta’ laqgħat u konsultazzjonijiet li saru s’issa ma’ organizzazzjonijiet pertinenti, jiġifieri mas-soċjetà ċivili, ma’ assoċjazzjonijiet tal-ħaddiema, u ma’ assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem u ma’ kwalunkwe entità oħra interessata, dwar l-implimentazzjoni tad-drittijiet fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern daħal f’sensiela ta’ laqgħat matul fix-xhur u s-snin li għaddew fil-fora relevanti, inkluż fil-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impiegi u anke b’mod individwali ma’ rappreżentanti ta’ ħaddiema u ta’ min iħaddem, biex b’hekk seta’ jintlaħaq l-aħjar bilanċ bejn iż-żewġ partijiet.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi entità
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li ma hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEOs jew Chairpersons ta’ xi entità/awtorità fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Kap. 595 tal-Liġijiet ta’ Malta – Bord imwaqqaf skont il-liġi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord li għalih hemm referenza fil-proviso tal-artikolu 4(5) tal-Kap. 595 tal-Liġijiet ta’ Malta? Jista’ jgħid meta ġie kostitwit dan il-Bord u t-tul tal-ħatra ta’ kull wieħed mill-membri ta’ dan il-Bord? Jista’ jipprovdi lista tal-karigi tal-uffiċjali fis-Settur Pubbliku, u dan skont l-entità pubblika kkonċernata, li allura setgħu ġew identifikati li jagħmlu xogħol li jinvolvi funzjonijiet regolatorji jew ta’ ispettorat u b’hekk huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-artikolu 4(5) tal-Kap. 595? Jista’ jgħid jekk sal-lum qattx ittieħdu xi passi minħabba xi allegat ksur tal-artikolu 4 tal-Kap. 595? Jekk iva, jista’ jelenka n-numru ta’ każijiet li kien hemm?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-membri huma ex officio:
Is-Segretarju Permanenti tal-People & Standards Division
Is-Segretarju Permanenti tal-Koordinazzjoni u Implimentazzjoni
Is-Segretarju Permanenti għall-Ġustizzja
It-tul tal-ħatra fil-Bord hija marbuta mal-kariga tagħhom. Is-Segretarju Permanenti tal-People & Standards Division u s-Segretarju Permanenti tal-Ġustizzja ġew appuntati meta l-Bord ġie kompost fl-1 t’Ottubru 2019. Is-Segretarju Permanenti għall-Koordinazzjoni u Implimentazzjoni ġie appuntat meta nħatar fil-25 ta’ Marzu 2022.
Il-Lista mitluba hija aċcessibbli għall-pubbliku. Kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Bord jiltaqa’ regolarment ma’ entitajiet sabiex kontinwament jirrevedi l-bżonnijiet u nomenklaturi fid-dawl tal-proviżjonijiet tal-liġi u Direttiva 14. Il-Bord ta pariri f’istanzi fejn persuni kienu ser jitilqu mill-Amminstazzjoni Pubblika u jsibu xogħol ulterjuri. Sal-lum ma ttiħdux passi għaliex ma kienx hemm bażi ffondati li kien hemm ksur tal-liġi jew tad-Direttiva.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Paga Medja mas-servizz pubbliku u s-settur pubbliku
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-paga medja mas-servizz pubbliku u fis-settur pubbliku?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li skont l-aħħar figuri tal-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (Q2-2022), il-paga medja tan-nies li jaħdmu f’amministrazzjoni pubblika kienet ta’ €22,146.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-entitajiet tal-Gvern għandhomx database bl-informazzjoni synced flimkien, jew inkella l-informazzjoni trid tgħaddi għand kull entità b’mod separat? Jekk persuna tibdel l-indirizz tad-dar mal-Identity Malta, din l-informazzjoni tgħaddi għand dipartimenti oħrajn, bħad-Dipartiment tat-Taxxa, b’mod awtomatiku, jew trid tinforma lid-dipartimenti kollha b’mod separat?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-informazzjoni li jagħti l-klijent lil xi entità governattiva ma titqassamx awtomatikament ma’ kull dipartiment jew entità oħra minħabba kunsiderazzjonijiet varji fosthom dawk legali. Madankollu kull dipartiment/entità li jkollha bżonn tali informazzjoni għandu aċċess għal common database li fihom isib din informazzjoni aġġornata li jkun għadda l-klijent.
Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li hemm persuna waħda f’dawn l-vesti li hi Chairperson ta’entita u li hija ‘il fuq mill-eta’ tal-irtirar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (ABELA, ROBERT)
L-informazzjoni mitluba kif ninsab infurmat hija kif tidher hawn taħt:
Broadcasting Authority-CEO
Dr Joanna Spiteri
BA (Hons) degree in Communication Studies by the University of Malta Masters Degree in Arts at the University of Malta Ph.D. in Film and Media Studies by Stirling University, Scotland
MCESD
James Pearsall
Qualifications
(Academic) Msc HRM in Training & Performance Mgt (Leicester)
Full Technological Certificates C&G London
Certificate for Instructors Upgrading Course Education Division Diploma in Labour Studies University of Malta
Certificate in Training & Development U.K
Certificate in Project management MUS
Certificate in Developing School Management Educ Division
Qualifications.
(Professional) Incorporated Engineer (CEI. UK)
Registered Motor Vehicle Insurance Surveyor
Malta Strategic Partnership Projects -CEO
Marisa Marmara
Degree in Public Policy and Management (University of Malta)
Certificate in Banking I (Institute of Financial Services – ex Malta Institute of Bank Officials)
Malta Strategic Partnership Projects -Chairman
David Matrenza
Fellow of the Chartered Association of Certified Accountants F.C.C.A
MITA-CEO
Emanuel Darmanin
Graduated as an Electrical Engineer from the University of Malta in 1989. In 2000, gained an MBA from Henley Management College, UK and in 2006 an MA in Creativity and Innovation from the University of Malta.
MITA-Chairman
Tony Sultana
Degree in Mathematics and Computing from the University of Malta and a Master of Science in Management from Anglia University.
NDSF-CEO
Raymond Ellul
University of Malta - B.Com - Graduated 1st Class Honours University of Malta - B.A (Hons) Banking & Finance Henley Management College - University of Reading - MBA
Chartered Institute of Bankers
NDSF-Chairman of the Board of Governors
Jonathan Cardona
M.B.A
RSSL-Executive Chairman
Lawrence Mizzi
BA (Hons) Econ. (University of Malta)
Certificate in Mediation
Servizz.gov-CEO
Massimo Vella
Master of Science in Information Systems Management and a Bachelor of Science in Computing from the University of Greenwich
Uffiċċju tal-Prim Ministru — infiq f’reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fil-perjodu msemmi tħallsu € 78,689.41 VAT eskluża għal reklamar lill-mezzi msemmija.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – regolamenti u protokolli għal kunflitti ta’ interess
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma r-regolamenti u l-protokolli li l-Uffiċċju tiegħu japplika sabiex persuni li jaħdmu direttament fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jiddikjaraw kunflitti ta’ interess li jista’ jkollhom dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-istess uffiċċju?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Manwal, li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Servizz Ċivili – impjegati fil-kariga ta’ messaġġiera
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2012 u jgħid kemm hu t-total ta' persuni impjegati maċ-Ċivil u ma' awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali, fil-kariga ta' Messaġġiera u kemm minnhom daħlu mal-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li bħalissa hawn 97 impjegati fis-Servizz Pubbliku u 225 fis-Settur Pubbliku fil-grad ta' messaġġier. F'dawn l-aħħar ħames snin, ġew impjegati 2 fis-Servizz Pubbliku, waqt li telqu 22. Fis-Settur Pubbliku ġew impjegati 94 u telqu 71.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?