Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-flus li nġabru mit-taxxi tas-sigaretti fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 ntnefqu f'kampanji edukattivi u għall-bżonnijiet biex jiġu imfejqa pazjenti li jkunu morda b’mard respiratorju u kardiologiku?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kampanji u inizzjattivi dwar prevenzjoni ta’ mard ġew finanzjati mill-Vot 5057 GO2.
Informazzjoni dwar il-flus li ngabru mit-taxxi tas-sigaretti għandha tintalab mil-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li ħaddiema jikkuntatjaw lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li wara li għamlet xi eżamijiet privati rigward saħħitha fuq il-kunsens tagħha talbet biex jitmexxa l-każ tagħha għax minkejja li għaddew ġimgħat għadha bla risposta? Filwaqt li nifhem li hemm domanda kbira għas-servizzi tal-Isptar Mater Dei, jista' l-Ministru jara x'seta' ġara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pazjenta li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet ġiet investigata minn speċjalista privat li rreferiha l-Isptar Mater Dei. Din il-pazjenta ġiet inviżtata ġol-Isptar Mater Dei fl-4 ta’ April 2011 mill-ispeċjalista tal-isptar. Il-każ ġie diskuss bejn l-ispeċjalisti kkonċernati fis-7 ta’ April 2011. Il-pazjenta għandha appuntament ieħor għat-18 ta’ April biex tingħata data għall-operazzjoni.
Persuni barranin li użaw sptarijiet jew ċentri tas-saħħa Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni barranin li użaw l-isptarijiet jew ċentri tas-saħħa f'Malta matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kien hemm 2,825 persuni barranin li uzaw l-Isptar Mater Dei. Dan jinkludi immigranti irregolari.
In-numru ta' persuni barranin li wżaw iċ-Ċentri tas-Saħħa f'Malta matul dan il-perjodu kien 234.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — vakanzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi hemm fid-Dipartimenti, uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru u x'sejħiet jew applikazzjonijiet huma maħsuba li joħorġu fix-xahrejn li ġejjin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-vakanzi fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jinħarġu skont dak li jiġi approvat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru flimkien mal-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment fil-kuntest tal-Capacity Building Exercise, u jimtlew skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm oqbra li ġew misruqa fiċ-Ċimiterju ta' Maria Addolorata f'Raħal Ġdid? X'se jsir min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa biex ikun hemm sigurtà u ma jerġgħux jiġru dawn l-affarijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2011 għand il-Taqsima Amministrazzjoni tad-Dfin li tinstab fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata waslu 69 rapport dwar serq u vandaliżmu fuq oqbra fl-istess Ċimiterju.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali li taħtu taqa’ t-Taqsima Amministrazzjoni Tad-Dfin, b’kollaborazzjoni mal-Korp tal-Pulizija, qiegħed jagħmel sforzi sabiex atti kriminali bħal dawk li qed jitwettqu, ta’ serq u ta’ ħsarat fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata ma jseħħux aktar u sabiex dawk responsabbli ta’ dawn l-atti vandali jinqabdu u jiġu mġiegħla jwieġbu għal għemilhom quddiem il-ġustizzja.
Id-Direttorat għaddej bi proċeduri oħrajn sabiex jiġi mwaħħal tagħmir bħal cameras ta’ sigurta kif ukoll jiġu mplimentati miżuri oħra ta’ solverjanza bħal li jiżdied il-kontroll tal-aċċess fl-istess Cimiterju.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-Dipartiment biex iċ-Ċimiterju ta' Maria Addolorata f'Raħal Ġdid jitnaddaf mill-ħmieġ u ż-żibel li hemm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-sitwazzjoni tal-indafa fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata mhijiex fi stat kif qed jiġi deskritt mill-Onor. Interpellant. Tant li t-tindif bħal dak it-tindif tal-fjuri niexfa u l-kontenituri tax-xemgħa, kif ukoll il-knis tat-toroq u passaġġi jsir b’mod regolari mill-ħaddiema tat-taqsima tat-tindif fi ħdan it-Taqsima Amministrazzjoni Tad-Dfin ġewwa l-istess ċimiterju. Madankollu, kull azzjoni qiegħda tittieħed sabiex fil-partijiet taċ-ċimiterju fejn hemm il-ħaxix ħażin, dawn jiġu mnaddfa kif jixraq lil dan il-post.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mara anzjana u armla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li għandha s-servizz tat-telecare, ilha aktar minn jumejn tirrapporta li għandha s-servizz bil-ħsara b'konsegwenza li m'għandhiex linja u s'issa l-awtoritajiet ma ħadux il-passi neċessarji biex tissolva din il-problema?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li meta persuna li għandha s-servizz tat-telecare tirraporta ħsara fil-linja tat-telefon tagħha lill-operaturi tat-Telecare, din tiġi rappurtata immedjatament lill-kumpanija GO permezz ta’ link apposta. Is–sezzjoni tat-Telecare mhijiex responsabbli mit-tiswijiet tal-linji tat-telefon.
F’dan il-każ partikulari, minn meta ġiet irrapurtata l-ħsara lis-sezzjoni tat-Telecare, il-kumpanija GO ġiet notifikata ħames darbiet dwar din il-ħsara
Sadanittant id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ġie nfurmat li l-ħsara ġiet imsewwija u s-servizz ġie lura għan-normal.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fl-Isptar San Vinċenz de Paule li huma:
a) indipendenti;
b) dawk li għandhom bżonn carers; u
ċ) dawk li għandhom bżonn għajnuna ta' nurses?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa hemm 1,111 resident fir-Residenza San Vincenz de Paule. Minn eżerċizzju li sar fl-aħħar ġimgħat ta’ Marzu 2011 jirriżulta li 17% ta’ dawn ir-residenti huma indipendenti skont il-modified Chricton score.
Huwa diffiċli li tistabbilixxi eżattament bejn dawk il-pazjenti li jkollhom bżonn is-servizz ta’
nursing care
jew ta’
carers
peress li dawn is-servizzi jikkumplimentaw lil xulxin fl-ispeċjalizzazzjoni tagħhom. Infurmat wkoll li hemm 31% tar-residenti li huma klassifikati bħala
mild-moderate functional impairment
u 52% li huma klassifikati bħala
total dependency
. Hemm ukoll 30% tar-residenti li huma kkunsidrati bħala
cognitively
impaired
.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — servizz ta' mobile phone
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 intnefqet għall-użu ta' servizzi tal-
mobile phone
mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta'
mobile phones
in kwestjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-2010 iċ-ċifra li ntefqet għall-użu ta' servizzi tal-mobile phones kienet ta’ erbgħa u sebgħin elf, mitejn u tnejn u sittin ewro (€ 74,262).
In-numru ta’
mobile phones
kien ta’ mija u tnax (112).
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 intnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-2010 intefqu mija sitta u sittin elf, disa' mija u sitta u disgħin Ewro (€ 166,996) għall-użu ta’ servizzi ta’ ħames mija u tnejn u tmenin (582) karozza.
Ministeru tas-Saħħa l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — nisa fuq bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jindika n-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23753 u jivverifika l-fatt jekk huwiex minnu li van bil-lifter, li jintuża għan-nies bi bżonnijiet speċjali l-aktar ġewwa l-Isptar San Luqa, huwiex jinkera? Jekk huwa minnu, kemm qed titħallas f'kera għal dan is-servizz u kemm ilu għaddej dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-van bil-lifter, li jintuża għan-nies bi bżonnijiet speċjali l-aktar ġewwa l-Isptar San Luqa, jinkera skont in-neċessità tax-xogħol.
Wara li kienet ħarġet tender u eventwalment sar kuntratt f’Awwissu 2010, id-Diviżjoni tas-Saħħa tħallas €138.00 għal kull ġurnata li tkun kriet is-servizz tal-van bil-lifter
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23754 u jgħid kemm kienet in-nefqa tal-manutenzjoni biss, tal-Isptar Mater Dei matul is-sena 2010? Jista' jpoġġi breakdown tal-ispiża fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li in-nefqa tal-manutenzjoni fl-Isptar Mater Dei hi kif tidher hawn taħt.
Materials & Supplies
€2,673,396.40
Repair & Upkeep
€1,158,575.38
Facilities Management
€5,360,564.81
Maintenance Medical Equipment
€2,492,398.00
Maintenance Vehicles
€ 57,678.09
Total
€11,742,612.68
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23755 u jgħid x'inhi n-nefqa tal-manutenzjoni fl-isptarijiet San Luqa, Boffa u San Vincenz de Paule, separatament għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-nefqa tal-manutenzjoni fl-isptarijiet San Luqa, Sir Paul Boffa u San Vincenz de Paule, separatament għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 hija hekk.
Nefqa għall-Manutenzjoni
2007
2008
2009
2010
Sptar Sir Paul Boffa
€ 207,880.55
€ 222,722.20
€ 233,947.13
€ 242,670.13
San Vincenz De Paule
€ 207,987
€ 255,627
€ 166,457
€ 229,398
Sptar San Luqa
€ 61,574.33
€ 27,445.94
NA
NA
Sptar ta’ Rijabilitazzjoni Karen Grech
NA
NA
€ 325,002.47
€ 297,794.10
Spiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek
NA
NA
€ 2,694.67
NIL
Sptar Mater Dei — kiri ta' apparat lil sptarijiet privati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23756 u jikkonferma jekk għadhiex il-prattika li sptarijiet/kliniċi privati jikru apparat mediku mingħand l-Istpar Mater Dei? Jekk huwa l-każ, x'effett tħalli fuq iż-żmien li jkollhom jistennew iċ-ċittadini biex jinqdew fil-Mater Dei u b'liema sistema l-Ministru jista' jikkonferma li tali arranġament ma jiżvantaġġax liċ-ċittadin milli jiġi offrut is-servizz fil-ħin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei ma jikrux apparat mediku lil sptarijiet privati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23757 u jikkonferma li għas-servizz klerikali li qed jiġi offrut l-isptar tal-istat, Mater Dei, il-gvern qed iħallas €17,000 f'salarju lil kull wieħed mill-103 impjegati tal-kumpanija G4S li qed joffru servizz klerikali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Isptar Mater Dei se jkun ħallas total ta’ €1,959,149.46 lill-kuntrattur G4S Security Services (Malta) Ltd għas-servizz klerikali matul is-sena 2010. L-Isptar Mater Dei ma jħallasx dirett lill-impjegati tal-kumpanija G4S. Matul is-sena 2010, ir-rati li fuqhom isir il-pagament lill-kuntrattur huma hekk:
Matul il-Ġimgħa
€8.78 kull siegħa
Sahra
€13.17 kull siegħa
Ħdud
€17.56 kull siegħa
Jista' l-Ministru jikkonferma li t-tqassim tal-ikel speċjali ta' min ibati mis-Coeliac Disease se jjibda jsir biss miċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara? Jekk fl-affermattiv, ma jidirlhux li dan se jkun b’detriment għal dawk il-lokalitajiet imbiegħda bħalma huma n-naħa t’isfel ta' Malta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 25114.