Jista’ l-Ministru jgħid kif Transport Malta approvat it-trasferiment ta’ numru ta’ karozzi qabel l-1 ta' Lulju 2023, minn fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll, it-tnejn tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, meta dawn iż-żewġ individwi u l-kumpanija kienu suġġetti għal freezing order mill-Qrati tagħna fl-istess żmien?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Tal-Qroqq — Xogħol ta' madum kwadru fil-ħruġ tal-mini
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm oriġinarjament ġie jiswa x-xogħol ta' tqegħid ta’ madum kwadru li kien sar fil-ħruġ tal-mini ta' Tal-Qroqq? Jista' jgħid ukoll jekk sarux interventi ulterjuri ta' tiswija fuq il-madum li nqala', u kemm dawn it-tiswijiet ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ tqegħid ta’ madum fid-dħul u l-ħruġ tal-mini ta’ Tal-Qroqq sar bħala parti mill-proġett ta’ rijabilitazzjoni ta’ dawn il-mini. L-interventi li saru fuq il-ħitan u l-portals tal-mini, inkluż fost l-oħrajn it-tindif, it-trattament tal-ħitan u t-tqegħid ta’ madum, ġie jiswa madwar €300,000. Fis-snin li għaddew, saru diversi interventi ta’ tiswija fuq il-madum, kollha bi spejjeż għal kuntrattur.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18758 u 21355 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18488 dwar il-petizzjoni ‘Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr’, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-istakeholders li ltaqa’ magħhom il-Ministeru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21353 u l-mistoqsija parlamentari 20168 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Proġetti Strateġiċi u jgħid fiex wasal l-agreement li kien ippreżentat u ffirmat biex il-klabbs li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tagħhom wara li nbena wieħed ġdid għall-klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17967 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Jista’ l-Ministru jara li t-talba li saret sabiex ikun hemm zebra crossing fi Triq il-Qadi, iż-Żejtun, issir, billi din it-triq hija waħda traffikuża ħafna?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Tal-Barrani — Proġett tal-junctions u riorganizzazzjoni - Laqgħat
Question
Jista' l-Ministru jgħid ma' min u meta saru l-laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar il-proġett tal-junctions u riorganizzazzjoni ta' Tal-Barrani?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru numru ta’ laqgħat, kemm tekniċi kif ukoll pubbliċi, dwar il-proġett ta’ riorganizzazzjoni f’Tal-Barrani, Ħal Tarxien u Bulebel. Fl-istadju preliminari u preparatrjou, matul ix-xhur ta’ Mejju, Ġunju u Lulju, Infrastructure Malta għamlet numru ta’ laqgħat u ntbagħtu numru ta’ korrispendenzi bejn l-entitajiet governattivi u ta’ servizzi. Saru lagħaqt dwar il-modelling tat-traffic lights ma’ esperti fis-settur, kif ukoll laqgħa mal-Awditur tar-Road Safety kif ukoll numru ta’ laqgħat mal-esperti li għamlu eżerċizzju ta’ traffic counts. Ninsab infurmat li saru diversi laqgħat mal-Kunsilli Lokali, inkluż ta’ Ħal Tarxien, Fgura, Santa Luċija, Zejtun u Żabbar, NGO (Rota), bdiewa tal-art fl-inħawi ta’ Santa Luċija u tal-Barrani dwar titjib fl-aċċessibilita kif ukoll Laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika mar-residenti ta’ Ħal Tarxien f’Lulju li għadda.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema "Vjal Kulħadd" li għandha baġit ta' €10 miljun għall-kunsilli lokali u li tħabbret fl-ewwel ġranet ta' Settembru, tgħoddx ukoll għall-kunsilli lokali Għawdxin u jekk iva, jistgħux japplikaw għal din l-iskema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl li t-toroq ta’ Ghawdex ma jaqghux taħt ir-responsabiltà’ ta’ l-entità li nhediet din l-iskema, imma jaqgħu direttament taħt il-Ministeru t’Għawdex, għaldaqstant din l-iskema hi miftuħa għall-Kunsilli Lokali ta’ rħula u bliet f’Malta.
Light Passenger Transport System (LPTS) — Eżamijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn wieħed jista' jaċċessa s-sillabu jew sample questions għall-eżamijiet li qed isiru biex xufier iġib tag biex isuq karozza ta' servizz għal passiġġieri (LPTS)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’sedutra oħra.
Gudja – Vjal l-Avjazzjoni – bus stage fil-waqfa 'Tajjara'
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir bus shelter fl-istage "Tajjara" faċċata tal-ajruport, fejn resident mill-Gudja jrid jistenna l-karozza tal-linja biex imur Birżebbuġa u fejn bħalissa m'hemm l-ebda forma ta' lqugħ mill-elementi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat
B'referenza għat-Tender IM006/2020 (Tender for High Voltage Shore Connection System in the Grand Harbour), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra it-tip ta' power transformers li ġew installati fil-proġett u r-ratings tagħhom skont il-każ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21114.
B'referenza għat-Tender IM006/2020 (Tender for High Voltage Shore Connection System in the Grand Harbour), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra break down tal-ispejjeż li saru f'dan il-proġett fuq l-equipment (transformers, switchgears, u kull tip ta' electrical equipment) li ġie installat?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra break down tal-ispejjeż fuq l-equipment (transformers, switchgear, frequency converters, quayside cable management equipment, cables & containment, miscellaneous equipment).
Ir-Rabat — Vjal Ħaddiem u Triq Ħad-Dingli - Manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir manutenzjoni preventiva tal-gutters fi Vjal Ħaddiem u Triq Ħad-Dingli fir-Rabat (Malta) wara li ammont minnhom qed jisfrondaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Ħad Dingli u Vjal Ħaddiem huma amministrati mill-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitkomplew ix-xogħlijiet tat-triq ġewwa Bella Vista, f’San Ġwann?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ix-xogħlijiet fi triq Bellavista, San Gwann, se jitkomplew wara li javvanzaw xogħlijiet oħra fuq proġetti ta’ skala sinifikanti fil-qrib. Wieħed jista’ jaraf l-importanza ta’ din ir-rotta, li tinsab viċin ta’ l-isptar, l-universita’, żona industrjali u anka residenzjali, u għaldaqstant ix-xogħlijiet qed jiġu implimentati b’tali maniera sabiex ikun imminimizzat l-impatt fuq it-traġitti u ir-rottot tal-madwar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir xogħol f’parti minn Triq it-Tut, fil-limiti tar-Rabat, Malta (id-dettalji dwar il-post eżatt qegħdin jingħataw separatament) biex din titranġa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minkejja li ż-żona msemmija ma ġietx nominata mill-Kunsill tar-Rabat biex isiru xogħlijiet fiha, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq San Klement, iż-Żejtun, kemm dam isir u kemm kienet l-ispiża relattiva?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq San Klement kienu jikkonsistu fi tħaffir ta’ trinek, tqegħid ta’ cables tal-Enemalta (Low Voltage) u xogħol t’asfalt. Il-ħidma f’dan il-proġett sar fi sforz kordinat waqt Ii kienu għaddejjin xogħlijiet oħra fil-madwar. Il-ħidma f’din it-triq bdiet fid-19 t’Awwissu ta’ din is-sena u ntemmu fid-19 ta’ Settembru b’investiment totali ta’ €44,000.