Iż-Żurrieq: Vjal ix-Xarolla u Ħal Safi: Triq il-Kuċċard — xogħlijiet
Question
Peress li l-Ministru fir-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari 2851 u 3012 qal li x-xogħol fuq Vjal ix-Xarolla ż-Żurrieq u Triq il-Kuċċard Ħal Safi nbeda fil-11 t' April 2017, jista’ l-Ministru jgħid jekk stqarrija maħruġa minn Malta Transport, hekk kif ġiet irrapportata fil-media tal-Partit Laburista, ix-xogħol kien beda kważi seba xhur qabel u ċjoè fit-30 ta' Settembru 2016 hijiex minnha jew le?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — direct orders
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 535, jista’ l-Ministru jgħid min kienu dawk l-individwi/kumpaniji li ħadu kull waħda mid-direct orders hekk kif imniżżla fil-lista sottomessa mar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 535? Minn min saret it-talba għal kull waħda minn dawn id-direct orders? Min approva kull waħda minn dawn id-direct orders?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' April 2013 sal-31 ta' Novembru 2016? Min kienu dawk l-individwi/kumpaniji li ħadu kull waħda minn dawn id-direct orders? Minn min saret it-talba għal kull waħda minn dawn id-direct orders? Min approva kull waħda minn dawn id-direct orders?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li kull meta xufier tat-trasport pubbliku ma jkunx disponibbli biex jagħmel il-vjaġġ, minflok ma jintbagħat xufier ieħor, dak il-vjaġġ partikolari ma jsirx, b'detriment għal min juża’ t-trasport pubbliku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il karozza 'chauffeur driven' ġew irreġistrati, xahar b'xahar, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titniżżel hawn taħt:
2013
2014
2015
2016
2017
2018
Jan
4
7
7
10
7
31
Feb
4
8
8
8
9
Mar
6
10
5
6
18
Apr
4
7
8
10
15
May
7
4
13
13
26
Jun
10
10
11
8
35
Jul
7
10
12
18
24
Aug
3
3
14
14
34
Sept
7
4
6
11
11
Oct
6
9
18
7
46
Nov
6
5
12
14
24
Dec
9
17
7
8
26
Total
73
94
121
127
275
31
Triq li mix-Xemxija sat-telgħa ta’ Selmun – xogħol
Question
Peress li t-triq prinċipali li tagħti mix-Xemxija sat-telgħa ta’ Selmun (inkluż il-pont tal-Mistra) kompliet tiddeterjora, jista’ l-Ministru jawtorizza biex b’mod immedjat jinbeda x-xogħol tat-tiswijiet/bini mill-ġdid ta’ din it-triq li l-istat diżastruż li tinsab fiha qed jikkawża inkonvenjent kbir mhux biss lir-residenti li joqogħdu fiż-żona, iżda wkoll lill-eluf ta’ sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq kuljum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li se jsiru interventi biex jitneħħew perikli fi triq imsemmija u d-direttorat tat-toroq qed jaħdem fuq pjanti biex din it triq tinbena mill-ġdid. Bħal issa għaddejjin b’taħdidiet ħalli naraw kif ser naħdmu mingħajr ma jintmissu s-siġar li hemm f’din it-triq.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – toroq li ser ikunu qed isiru mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema huma t-toroq li ser ikunu qed isiru mill-ġdid fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar matul is-snin 2018 u l-2019?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tagħmel spezzjonijiet regolari f’toroq arterjali u distributorji u fil-ġimghat li ġejjin se jkunu qed isiru aktar interventi skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fir-rigward ta’ tisbiħ tul il-promenade tal-Għadira fil-Mellieħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tagħmel spezzjonijiet regolari f’toroq arterjali u distributorji u fil-ġimghat li ġejjin se jkunu qed isiru aktar interventi skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Malta Airport Gate 1 – pjanijiet ta’ xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żona ta' parkeġġ magħrufa bħala Malta Airport Gate 1 taqax taħt ir-responsabiltà tiegħu? Jekk iva, hemm pjanijiet ta' xogħlijiet infrastrutturali f'din iż-żona?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Fond għall-kunsilli lokali biex jappellaw jew jikkontestaw minn deċiżjonijiet mal-ippjanar
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jeżistix fond għall-kunsilli lokali biex dawn ikunu megħjuna jappellaw u\jew jikkontestaw minn deċiżonijiet marbuta mal-ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.
Birgu – Triq Sally Port u il-maħżen tar-regatta tal-klabb tal-Birgu — xogħlijiet
Question
Billi skont rapport tal-periti tal-Gvern, Triq Sally Port il-Birgu, tinsab fi stat perikoluż ħafna għax ittieklet bil-baħar, jista' l-Ministru jgħid meta jistgħu jibdew ix-xogħlijiet fuq din it-triq? Billi marbut mal-proġett tal-istess triq hemm ukoll, il-proġett tal-maħżen tar-Regatta tal-Klabb tal-Birgu, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta jista' jinbeda x-xogħol relatat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-pjanti tat-triq li Transport Malta qed tippjana li tiftaħ u li se tkun qed tgħaddi minn Ħ’Attard u tibqa’ sejra għal taħt ir-Rabat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li juru fejn qed taħseb Transport Malta li tagħmel dan ix-xogħol f’toroq u li se tkun qed tieħu raba’ maħdum? Jista’ jgħid, Transport Malta kemm-il metru kwadru ta’ raba’ se tkun qed tieħu biex jintuża għal xogħlijiet ta’ toroq li l-istess Transport Malta diġà għandha applikazzjonijiet mill-Awtorità tal-Ippjanar għal permessi meħtieġa?
Jista’ l-Ministru jinvestiga rapporti li x-xarabank fuq ir-rotta 120 qed tgħaddi mil-lokalità tal-Fgura mimlija, bil-konsegwenza li r-residenti tal-Fgura mhux qed igawdu minn dan is-servizz, jew xi drabi anke din ir-rotta ma sseħħx?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-jiem li ġejjin Transport Malta ser tkun qed twettaq spezzjonijiet minn diversi bus stopsmill-Fgura. Dan sabiex tinvestiga l-andament ta’ din ir-rotta f’dak li jirrigwardja jekk passiġġieri humiex ikunu jistgħu jagħmlu użu minn din ir-rotta peress li din tkun mimlija.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-Aġenzija għat-Toroq li kienet imwiegħda? Meta ser tiġi kostitwita u jekk din hux ser titwaqqaf b'liġi li trid tgħaddi minn dan il-Parlament? Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, f'Għawdex fis-seba snin li ġejjin? Fiex se jkun jikkonsisti dan ix-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali huwa impenjat li jwettaq il-pjan tal-Gvern li jnaqqas id-diffikultajiet tat-trasport fuq l-art permezz tal-iżvilupp ta’ modi sostenibbli ta’ vjaġġar flimkien ma’ investiment multi-miljunarju fit-tiġdid u t-tisħiħ tas-sistema tat-toroq u ta’ infrastruttura oħra relatata.
Bħala parti minn din il-viżjoni, il-Gvern qed iwaqqaf entità ġdida sabiex tmexxi u twettaq dan l-investiment bla preċedent fl-infrastruttura ta’ Malta. Din l-entità ser iżżid l-effiċjenza fl-operat tal-bini u l-manutenzjoni tat-toroq, tistabbilixxi standards ġodda ta’ kwalità għaż-żamma tal-infrastruttura tat-toroq waqt li gradwalment ittejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-trasport fuq l-art f’pajjiżna. Ser tħaddan prinċipji ta’ kontabilità, kwalità u effiċjenza fil-governanza, waqt li tniedi proċessi ta’ analiżi u manutenzjoni kontinwa li jiżguraw l-aħjar valur fit-tul għal dan l-investiment tal-Gvern fl-infrastruttura.
Fiż-żmien li ġej, il-Ministru ser iressaq għad-diskussjoni quddiem il-Parlament abbozz ta’ liġi li permezz tiegħu titwaqqaf din l-entità ġdida. Il-pjanijiet ta’ ħidma ta’ din l-entità jitħabbru u jibdew jiġu mwettqa malli ntemmu dawn il-proċeduri parlamentari u legali flimkien mal-konsultazzjonijiet ma’ dawk kollha konċernati.
Sadanittant, sakemm tibda topera din l-aġenzija, il-Gvern, permezz tad-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura, xorta waħda għaddej b’investiment kbir biex ikompli jtejjeb il-kwalità tat-toroq arterjali u residenzjali. Fil-fatt, fit-tieni nofs tas-sena li għaddiet u fix-xhur li ġejjin, dan id-Direttorat wettaq xogħlijiet ta’ titjib ta’ diversi
junctions
ewlenin tas-sistema tat-toroq, waqt li beda wkoll ħidmiet biex jibni mill-ġdid toroq oħra li kellhom bżonn titjib sostanzjali. Dalwaqt ser jibda wkoll ix-xogħol fuq il-bini mill-ġdid ta’ aktar toroq residenzjali.
Nista’ niżgura li, bħal ma diġa għamilna fix-xhur u s-snin li għaddew, ser nibqgħu nagħmlu dak kollu meħtieġ sabiex niksbu l-infrasruttura ta’ kwalità li verament jixirqilna.
Jista’ l-Ministru jgħid x’nefqa totali kellha l-kumpanija tat-trasport pubbliku s-sena l-oħra (2017)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’nefqa kellha l-kumpanija tat-trasport pubbliku f’pagi s-sena l-oħra (2017)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’nefqa kellha l-kumpanija tat-trasport pubbliku fi fuel is-sena l-oħra (2017)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.
Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – dħul minn bejgħ ta’ biljetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi dħul kellha l-kumpanija tat-trasport pubbliku mill-bejgħ tal-biljetti s-sena l-oħra (2017)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom card tal-karozza tal-linja u li użawha għallinqas darba matul is-sena l-oħra (2017)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena l-oħra, kien hemm 284,883 persuni li kellhom card tal-karozza tal-linja (it-tallinja card). Minn dawn kien hemm 201,597 persuni li għamlu użu minn din il-card għallinqas darba matul l-2017.