B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2319 dwar xogħlijiet fuq dik li tissejjaħ ‘Smoking Room’ ġewwa Bighi, il-Kalkara, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet għadhomx ser jibdew u jitkomplew tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta tinsab fil-proċess relatat mal-permess tal-Awtorità kkonċernata kif ukoll qed jiġi ppreparat it-tender relattiv sabiex jinħareġ mill-aktar fiss.
Intant infurmat li x-xogħlijiet strutturali mistennija jibdew iktar tard din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta jew xi entità oħra li taqa’ taħtu għamlitx xi spezzjoni fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl għal dak li jikkonċerna l-binja u l-istatwa li hemm fuq l-istess gżejjer? Jekk ma sarux spezzjonijiet, jista’ jieħu l-passi neċessarji biex issir spezzjoni u jiġi aċċertat li l-binja u l-istatwa li hemm jiġu restawrati kif meħtieġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsba infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali spezzjonat is-sit f’nofs is-sena 2022, u sa dik id-data, l-istatwa kienet fi stat ta’ konservazzjoni tajjeb.
Fir-rigward tat-torri, infurmat li filwaqt li mill-ispezzjoni jirriżulta ċar li dan qiegħed fi stat dilapidat, is-Sovrintendenza m’għandhiex dettalji dwar is-sid/sidien tal-imsemmi torri.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3915, jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-pedestrian crossing mill-Kunsill Lokali Rabat peress li din diġà ġiet approvata minn Trasport Malta f'Awwissu tal-2021?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali li rċieva l-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar, Frar u Marzu 2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jgħoddu l-istess prinċipji msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħu 7117 .
Jista' l-Ministru jipprovdi tabella dwar kull allokazzjoni finanzjarja li saret għas-sena 2022 lil kull Gvern Lokali, u jispjega l-mod kif dawn ingħataw?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Gvernijiet Lokali — introduzzjoni tal-Quality Service Charter
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux kull Gvern Lokali f'Malta introduċa l-Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità/Quality Service Charter u jekk le, jindika liema Gvernijiet Lokali għadhom m'għamluhiex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-Kunsilli Lokali tar-Rabat (Għ), Birkirkara, Ħad-Dingli, Għargħur, Mosta, Santa Venera u ż-Żurrieq s’issa introducew il-Karta ta’ Servizz ta’ Kwalita/ Quality Service Charter.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li ż-Żona Industrijali tal-Ħandaq, f’Ħal Qormi, ikollha tindif aktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi illi ż-żona Industrijali Tal-Ħandaq ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Madankollu, infurmat ukoll li minn naħa tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ser jitressqu talbiet għat-tindif ta’ din iż-żona industrijali lill-entità kkonċernata.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li t-tindif fi Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi, isir regolarment u skont l-iskeda, jiġifieri mit-Tnejn sas-Sibt.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar interventi fuq il-banjijiet Rumani li hemm fil-limiti tal-Imġarr? X'kienu l-interventi li saru, u kif qed jiġi assigurat li dawn l-istess banjijiet ikunu mħarsin kull ħin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Banjijiet Rumani f’Għajn Tuffieħa kienu l-lok ta’ sensiela ta’ proġetti tul l-aħħar deċennju, wara li sar studju estensiv tal-mużajk u l-pavimentar kollu tas-sit mill-ispeċjalista Dr Livia Alberti fl-2012, proġett iffinanzjat mill-UNESCO.
Permezz ta’ dan l-istudju ġew identifikati numru ta’ bżonnijiet sabiex is-sit ikun ikkonservat aħjar, bħat-tneħħija tal-kmamar li kienu nbnew direttament fuq il-fdalijiet u kienu qed jagħmlu ħafna ħsara. Dawn il-kmamar tneħħew ukoll fl-2012.
Bejn l-2013 u l-2016 is-sit ġie studjat b’mod estensiv f’aspetti xjentifiċi, naturali u arkeoloġiċi permezz ta’ finanzi mill-Fondi Strutturali Agrikoli Ewropej. Ġie stabbilit li s-sit, speċjalment il-pavimentar, ikun iktar protett jekk jitgħatta b’mod temporanju. Dan sar fuq żewġ fażijiet.
Fl-2019 imtliet il-vaska l-kbira b’materjal mixtri apposta mid-Dolomiti. Dan sar bħala prova, u kienet il-bażi li fuqha ġiet iffurmata l-metodoloġija biex jitgħattew il-pavimenti tas-sit. Dawn il-‘backfills’ saru fl-2021 u qed jiġu mmoniterjati regolarment.
Kunsilli Lokali tat-12-il Distrett – żvilupp ta’ bini
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7394 dwar żvilupp ta’ bini mill-kunsilli lokali tat-12-il Distrett, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub għal dak li jikkonċerna żvilupp ta’ bini li se jkun qed isir mill-kunsill lokali rispettiv u li għalih hu meħtieġ permess mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex dan l-iżvilupp ikun jista’ isir?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta jew xi entità oħra li taqa’ taħtu għandhiex inventarju tal-proprjetajiet ta’ wirt storiku li jinsabu għand il-privat? Jekk għandha tali inventarju, jista’ jagħti tagħrif dwar il-mod kif dan l-istess inventarju jinżamm aġġornat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li skont l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, hija r-responsabbilità tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li tiġbor u żżomm inventarju nazzjonali.
Infurmat ukoll li l-proprjetà privata li hija inkluża fl-Inventarju nazzjonali tikkonsisti prinċiparjament fi proprjetà privata li hija skedata u dawk in-niċeċ li jiffurmaw parti minn proprjetà privata.
Intant infurmat ukoll li l-Inventarju Nazzjonali mhux wieħed finali, iżda jiġi aġġornat b’mod tematiku.
Gvern Lokali – zebra crossings approvati minn Transport Malta li għadhom ma sarux
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista taż-zebra crossings f'Birżebbuġa, iż-Żurrieq, Ħal Luqa u Ħal Farruġ, Ħal Safi, il-Qrendi, l-Imqabba u Ħal Kirkop li huma approvati minn Transport Malta u li għadhom ma sarux mill-Gvern Lokali rispettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-informazzjoni mitluba rigwardanti zebra crossings li ser isiru mill-Kunsilli Lokali tinsab fis-segwenti tabella:
Isem tal-Kunsill Lokali
Lista ta’
Zebra Crossings
approvati minn
Transport Malta
fil-lokalita`
tagħkom i¿da li għadhom ma sarux
Birżebbuga
1. ‘
Humped Belisha Crossing
’ fi Triq is-Sajjied
2. ‘
Humped Belisha Crossing’
fi Triq il-Kurat Fenech
3. 2 in No. Zebra Crossings fi Triq il-Port Ħieles
Ħal Kirkop
1. Zebra Crossing fi Triq San Pietru, Ħal Kirkop
Ħal Luqa (u Ħal Farruġ)
1. Triq Hal Qormi, Hal Farrug, Hal Luqa
2. Triq il-Gdida, Hal Luqa (hemm zebra crossing pero trid tigi bil-lights)
3. Triq Valletta, Hal Luqa
L-Imqabba
NIL RETURN
Il-Qrendi
NIL RETURN
Ħal Safi
NIL RETURN
Iż-Żurrieq
1. Triq l-Imqabba
Nota: Infurmat mill-istess Kunsill li tali
crossings
ghadhom ma sarux, minhabba li bhalissa ghaddej xoghol strutturali fit-toroq imsemmija. Intant infurmat illi hekk kif jitlesta tali xoghol dawn isiru fl-immedjat.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont u żviluppi dwar ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fl-Uffiċċju tal-Gvern Lokali tar-Rabat? Jista' jgħid jekk sadinattant il-Ministeru huwiex qed jikri post alternattiv, u kemm hu l-ħlas tal-kirja ta' dan il-post alternattiv? Jista' l-Ministru jgħid sa meta se jkunu qed jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat (Malta) illi dan kellu jħalli l-Binja Amministrattiva, li tinsab fi 8, Triq l-Isptar, ir-Rabat, għaliex jirriżulta li tali binja għandha ħsarat strutturali, elettriċi, u sanitarji serji.
Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li ser ikunu qegħdin isiru jew saru s-segwenti xogħlijiet fuq din il-binja:
1. Inbidlu s-soqfa kollha tal-kmamar kollha u nbidlu x-xorok li kienu mkissra u kif ukoll inbidlu t-travi kollha;
2. Ingħaqdu żewġt ikmamar flimkien u nbniet ħnejja l-istess bħalma diġà hemm biex b’hekk il-Kunsill ikollu kamra mdaqqsa fejn jista' jagħmel laqgħat għall-pubbliku jew sessjonijiet ta’ informazzjoni;
3. Inbnew xi ħitan mill-ġdid biex l-istrutturi jkunu aktar b’saħħithom;
4. Twaqqaw żewġt ikmamar (il-Kċina u t-toilets) li kienu f’periklu li jiġġarrfu għax ix-xorok kienu mkissra u l-irjus tat-travi mikulin kollha. Dawn ser jerġgħu jinbnew;
5. Ġie rrestawrat l-bir li qatt ma kien jintuża u issa l-ilma tiegħu hu tajjeb biex jintuża;
6. Inbidel is-saqaf ta’ fuq nett bit-travi b’kollox u ġew irranġati l-qlib tal-ilma, sar ukoll it-thermaseal u l-kontrabbejt;
7. Inqala u tnaddaf il-madum Malti awtentiku biex jiġi użat mill-ġdid;
8. Tqiegħdu t-travi fil-bitħa ħalli l-lift ma jagħmilx ħsara lill-bir;
9. Inbeda x-xogħol ta’ restawr tal-ħitan. Qed jitneħħa l-konkos u ż-żebgħa li ntużaw tul is-snin u wara li jitnaddfu l-knatan kollha ser inkunu qed jintuża materjal protettiv biex il-ġebla terġa tingħata l-ħajja.
10. Tlestew il-pjanijiet kollha biex wara li jitlesta r-restawr tal-ħitan jingħaddew is-servizzi kollha bħad-dawl, l-ilma u dranaġġ mill-ġdid.
Intant infurmat li dan ix-xogħol kollu qed isir taħt is-superviżjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li naturalment qed tissorvelja x-xogħlijiet kollha inkluż it-tħaffir fil-bitħa u r-restawr tal-faċċata tal-post.
Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali tar-Rabat qiegħed jikri żewġ appartamenti jmissu ma’ xulxin wara li kien ħareġ Espressjoni ta’ Interess u spazju għal parkeġġ ta’ żewġ vetturi f’garage sotterran. Għal din il-kirja, infurmat li l-Kunsill qed iħallas l-ammont ta’ €1,400 fix-xahar ghal kull appartament permezz ta’ fondi li ġejjin mill-Allokazzjoni Finanzjarja tal-istess Kunsill Lokali.
Fuq nota finali, infurmat li l-Kunsill Lokali tar-Rabat qieghed jipprospetta li tali xogħlijiet ser ikunu lesti sal-aħħar ta’ Settembru 2023.
Jista' l-Ministru jgħid liema Gvernijiet Lokali għalqu l-aħħar sena finanzjarja b'defiċit u b'kemm?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li skont l-Unaudited Financial Statements għas-sena 2022 li ġew sottomessi sad-data ta’ din l-interpellanza (67 minn 74 Kunsilli Reġjonali u Lokali), jirriżulta li sal-aħħar tas-sena 2022 kien hemm 30 Kunsill Lokali li spiċċaw is-sena b’defiċit fl-iStatement of Income & Expenditure kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
LOCAL COUNCIL
YEAR 2022 (Unaudited FS) as at 31/12/2022
Deficit in € as per Statement of Income and Expenditure
San Ġwann
-€ 172,863.00
Ħ’Attard
-€ 108,258.00
Santa Venera
-€ 93,280.00
Ħal-Għargħur
-€ 89,864.00
Ir-Rabat
-€ 85,317.00
In-Nadur
-€ 84,103.00
L-Mġarr
-€ 83,568.00
Marsaskala
-€ 82,851.00
Tas-Sliema
-€ 79,393.00
Għajnsielem
-€ 78,670.00
Il-Belt Valletta
-€ 78,259.00
Marsaxlokk
-€ 77,776.00
Ħal-Kirkop
-€ 71,111.00
Is-Swieqi
-€ 68,431.00
Ix-Xewkija
-€ 57,403.00
Il-Marsa
-€ 52,722.00
Ta’ Sannat
-€ 50,668.00
Santa Luċija
-€ 50,360.00
Il-Mosta
-€ 44,603.00
Il-Gudja
-€ 33,862.00
Ix-Xgħajra
-€ 32,228.00
Iż-¯ebbuġ (G)
-€ 26,405.00
Il-Kalkara
-€ 21,763.00
Pieta’
-€ 20,842.00
Ħal-Balzan
-€ 19,605.00
Ta’ Xbiex
-€ 19,218.00
L-Iklin
-€ 18,730.00
San Lawrenz
-€ 18,466.00
Il-Munxar
-€ 14,713.00
Il-Fgura
-€ 7,166.00
Intant infurmat li n-numru ta’ Kunsilli Lokali u Reġjonali li spiċċaw is-sena 2022 b’Negative Working Capital (li tfisser li l-Kunsill ma jkollux il-likwidita` finanzjarja biex ikun jista jħallas lill-kredituri) kien ta’ 7 kif indikat fis-segwenti tabella.
LOCAL COUNCIL
YEAR 2022 (Unaudited FS) as at 31/12/2022
Negative Working Capital
Il-Belt Valletta
-€ 225,060.00
Ta’ Sannat
-€ 211,266.00
Il-Kalkara
-€ 153,700.00
Ix-Xgħajra
-€ 80,100.00
Iż-¯ebbuġ (G)
-€ 70,435.00
Ħal-Għargħur
-€ 65,398.00
L-Għarb
-€ 18,422.00
Jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-bankina mkissra u li minħabba fiha waqgħu numru ta’ anzjani f’High Street, Sliema, ħdejn il-Wembley, tiġi rranġata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tas-Sliema li bħalissa għaddejjin xogħlijiet fis-sit tal-ex-‘Regina Hotel’ u hemm hoarding in-naħa l-oħra tat-triq. B’hekk infurmat li ammont ta’ trakkijiet illi jidħlu u joħorġu fis-sit imsemmi, minħabba l-ħwienet illi hemm fil-viċinanza qed ikollhom jitilgħu fuq il-bankina.
Intant infurmat li l-Kunsill Lokali qed iressaq talba lill-Awtorità tal-Ippjanar, li tniedi d-Development Planning Fund, sabiex fondi li ġew approvati lill-Kunsill fuq il-proġett fil-parti l-oħra tat-triq, minflok jintużaw sabiex isiru xogħlijiet urġenti ġewwa l-parti ta’ Triq il-Kbira illi qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6855 dwar il-Librerija Pubblika ta’ Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jassigura lill-Kamra li tul din is-sena jinxtraw aktar kotba minn dawk li nxtraw is-sena li għaddiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li b’referenza għal-Librerija Pubblika ta’ Ħal Tarxien ser ikun qiegħed jiżdied iktar il-materjal sabiex din il-librerija tkompli taqdi l-bżonnijiet tal-Komunità rispettiva.
Intant infurmat li fis-sena li għaddiet sar investiment f’iktar kotba relatati mal-lingwa Maltija li l-ammont tagħhom jiswa iktar minn dak tal-Ingliż.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7037 dwar il-pjan ta’ kontinġenza għall-ġbir ta’ boroż tal-iskart maħruġa barra mill-iskeda, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ dan il-pjan ta’ kontinġenza sabiex l-ebda skart ma jitħalla fit-toroq ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema fid-dawl li dan mhux il-każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’ghandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 7037.
B’referenza għall-programm imxandar fuq l-istazzjon nazzjonali li kien fih il-promozzjoni ta’ ktieb mill-awtur tiegħu, liema ktieb qed jiddefendi u jippromwovi l-propaganda falza dwar Adolf Hitler, jista' l-Ministru jgħid:
a. min kien l-editur;
b. x'kienet il-motivazzjoni tal-editur u l-bord editorjali biex ixandru programm li jippromwovi l-ideat Nazzisti fuq stazzjon li għandu jeduka lin-nies u mhux jiżgwidahom fuq fatti storiċi;
ċ. x'passi se jittieħdu kontra dawk il-persuni responsabbli għat-tixrid ta' programm bħal dan;
d. min huma l-persuni li jagħmlu l-iskrinjar u jekk hemmx xi bord speċifiku;
e. x'inhuma l-proċeduri attwali li huma maħsuba biex jiskrinjaw dak li jixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali tax-xandir; u
f. x'se jsir biex jiġi żgurat li dan ma jirrepetix ruħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nikkundanna, kif jikkundanna wkoll il-PBS, bla ebda riżervi l-kummenti mtennija mill-awtur waqt il-programm de quo, liema kummenti ċertament ma kellhomx jixxandru. Kemm-il kummenti kif ukoll t-tema kif trattata m’humiex aċċettabbli li jixxandru fuq il-mezzi tal-PBS.
Infurmat ukoll li bdiet investigazzjoni mill-Editur Reġistrat biex jiġi stabbilit għalfejn kien hemm dan in-nuqqas, kemm min-naħa tal-produzzjoni kif ukoll min-naħa tad-Dipartiment tal-Kontroll tal-Kwalità ta’ PBS. Il-programmi kollha li jixxandru jgħaddu mill-iskrutinju tad-Dipartiment tal-Kontroll tal-Kwalità. Kif tintemm l-investigazzjoni ser ikunu qed jittieħdu l-passi u l-azzjonijiet kollha mehtiega.
Intant infurmat li PBS għamlet stqarrija pubblika dwar dan il-fatt li ġiet ippubblikata fuq is-sit tvmnews.mt u wkoll fl-Aħbarijiet ta’ TVM nhar il-Ġimgħa 14 ta’ April 2023.
Intant PBS xandret ukoll apoloġija pubblika tal-preżentatur tal-programm.