Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7818 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li għandhom il-karta r-roża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li għandhom il-karta r-roża din is-sena? Kemm kien dan in-numru għas-sena 2007, 2006, 2005 u 2004?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7841 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Manutenzjoni ta' post

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni urġenti fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament , meta dawn diġà ġew apporvati, il-kuntrattur huwa magħżul u sal-lum ix-xogħlijiet għadhom ma bdewx?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li x-xogħlijiet fil-fond imsemmi huma pprogrammati li jinbdew ix-xahar id-dieħel.
Leg 11 PQ #7859 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — nies li jirreġistraw - xogħol li qed ifittxu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa x-xogħol li qed ifittxu dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex taħt l-ewwel parti u t-tieni parti separatament? Jista’ jagħti n-numru ta’ reġistranti skont ix-xogħol li qed ifittxu u maqsuma f’nisa u rġiel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Poltika Soċjali — energy efficiency audits

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li saru site visits fl-Uffiċċji Distrettwali tad-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali fil-Birgu, Ħaż Żabbar, Fgura, Paola u ż-Żejtun bi tħejjija biex isiru rapporti dwar Energy Efficiency Audits. Dawn ir-rapporti għadhom ma tlestewx. L-informazzjoni dwar id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Anzjani, għada qed tinġabar.

Talba għal xiri ta' appartament

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-Awtorità tad-Djar waqqfet il-proċess li bih l-applikanti li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, talbu li jixtru l-appartament li joqogħdu fih?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-iskema li dawn l-applikanti applikaw, ġiet imwaqqfa minħabba li kien qed isir profitt esaġerat mill-inkwilini li wara li jixtru proprejata’ bix-xejn, dawn kienu qegħdin jgħaddu din il-propjeta’ lit-tfal tagħhom u dawn ibiegħu din il-propjeta’ lil terzi bil-prezz kummerċjali.
Leg 11 PQ #7887 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Child care subsidy scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-Gvern biex tiġi ntrodotta c-child care subsidy scheme?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #7888 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult Training Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ta' manutenzjoni saru f'kull Adult Training Centre f'dawn l-aħħar tliet xhur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7906 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kwestjoni fuq tiswija ta' lift

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra għalfejn l-applikazzjoni, li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, biex jissewwa lift għadha pendenti u x-xogħlijiet għadhom ma sarux?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għal Mistoqsija Parlamentari 4691. L-Awtorita’ pprogrammat l-istallar ta’ lifts fuq bażi ta’ prijorita’ skond id-diżabilita’ ta’ mobilita’ tar-residenti. Fil-każ ta’ Blokk B Triq it-Tarzna l-Isla, dan il-lift ippjanat li jsir is-sena d-dieħla.
Leg 11 PQ #7919 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Qtugħ tas-servizz tad-dawl lil familja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7538 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn stante li f'din il-familja jgħixu żewġ persuni, it-tnejn bir-relief, wieħed minnhom qiegħed rikoverat fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' jgħid għalfejn inqata' s-servizz tad-dawl? Jaħseb li l-Gvern tramite l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellu jagħti ż-żmien għall-ħlas? Jaħseb li t-talba ta' €350 hija projbittiva biex jerġa' jiddaħħal id-dawl fid-dar de quo tenut kont iċ-ċirkostanzi soċjali tal-każ?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #7923 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għal aktar flus mis-sigurtà socjali

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hux qed jieħu l-flus dovuti lilu mis-Sigurtà Soċjali għax hu qed iħoss li mhux qed jieħu biżżejjed?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7962 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — użu tajjeb mill-bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li l-istat tal-bini fl-ex sptar San Luqa qiegħed dejjem sejjer lura minħabba li mhux qed jintuża? Jidhirlu l-Ministru li wasal iż-żmien li tittieħed deċiżjoni politika ħalli dan il-bini nazzjonali iservi lill-komunità Maltija bħal per eżempju l-ħafna anzjani li qed jistennew illum biex jiddaħlu ġo home, flok jiġrilu bħalma gralhom ħafna bini li kienu ħallew l-Forzi Ingliżi wara l-1979?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7981 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Liġi ta' l-adozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Gvern wara d-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali riċentement dwar kif il-Liġi ta' l-Adozzjoni fil-preżent tmur kontra d-drittijiet ta' koppji miżżewġin li jkunu jridu jadottaw tfal?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Spiżerija tal-għażla tiegħek — sistema ta' pilloli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet ħalli s-sistema tal-pilloli li jinġabru mill-pażjenti direttament mill-Ispiżerija tal-Għażla tagħhom, tkompli tinfirex f'iktar postijiet ma' Malta u Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

L-onorevoli interpellant huwa mitlub jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2532. L-eżerċizzju ta` evalwazzjoni tal-proġett pilota ġie konkluż u diġa inbeda l-proċess sabiex jiġu ndirrizzati dawk l-oqsma li jinħtieġu attenzjoni, fosthom is-sistema tal – IT. La darba din is-sistema tiġi stabbilita jkun jista jitkompla l-proċess sabiex l-Iskema tiġi mifruxa f` aktar lokalitajiet.
Leg 11 PQ #7408 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ t'anzjana — flus bħala arretrati

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u jara jekk il-flus li qiegħda tħallas bħala arretrati kenux korretti jew le, għax hija qiegħda tgħid li dawn ġew meħudin lilha inġustament?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7409 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Flus żejda mogħtija lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tas-Sinjura li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li tixtieq tingħata spjegazzjoni dwar x'inhuma l-flus żejda li qalulha ħadet għax hija dejjem tħoss li l-pensjoni tagħha hija vera baxxa?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7569 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tibdil ta' liġi dwar aħwa bħala carers

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6689, jista' l-Ministru jgħid jekk xebba tieħu ħsieb lil oħtha b'diżabilità imma tkun taqbeż il-mezzi minħabba, per eżempju, għax tkun wirtet mingħand ommha, din ikollha dritt ta' kumpens bħala carer? Jekk le, hemm il-ħsieb li jsir xi ħaġa? Jekk iva, jista' jagħti xi informazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-mezzi li persuni jridu jissodisfaw biex ikunu eliġibbli għall-għajnuna tal-Carers Pension jew Għajnuna Soċjali tal-Carers, huma kkalkulati skond ir-raba’ u s-sitt parti rispettivament, tat-tieni skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta Soċjali Kap.318. Jekk persuni li japplikaw għal dawn l-għajnuniet fejn il-mezzi jeċċedu kemm minħabba wirt u kemm minn dħul ieħor, ma’ jistgħux jibqgħu jircievu kumpens bħala carers. Infomat ukoll li l-kriterji dwar test tal-meżżi huma stabiliti bl-imsemmi Att. Qed isir studju fuq “means testing” dwar kull benefiċċju/ assistenza / għajnuniet ohra u meta jitlesta jittieħdu il-passi neċessarji biex jigi mwettaq.

Reżistenza kontra l-antibiotiċi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5633 u 7389, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li d-dipartiment konċernat jifhem id-diffikultà li għandhom pazjenti bil-karta r-roża fir-rigward ta’ antibiotic f’forma ta’ injection u mhux pilloli kif jingħad fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7389? Jaf il-Ministru li dawn l-injection disponibbli b’karta roża, fil-fatt jaħdmu biss fuq numru ristrett ta’ mikrobi u tant ieħor jintużaw għexieren ta’ snin li r-reżistenza għalihom hi tali li ftit għad għandhom utilità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.