Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2024 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-iktar għaxar toroq f'Malta li fihom ingħataw taħrikiet matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2024, kienu dawk li jidhru fit-tabella hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ taħrikiet li nħarrġu għal kull triq. Infurmat li dawn l-ammonti jinkludu taħrikiet permezz ta' speed cameras. LokalitàIsem tat-TriqNumru ta’ ċitazzjonijiet 1 NaxxarTul il-Kosta (Bahar ic-Cagħaq)2369 2 BirkirkaraTriq Dun Karm2144 3 MostaTriq il- Kostituzzjoni2118 4 San ĠiljanTriq Mikiel Anton Vassalli1912 5 AttardTriq Ġdida bla isem uffiċjali, bejn Triq l-Imdina u Triq il-Belt Valletta1727 6 AttardTriq in-Nutar Briffa1262 7 ŻejtunTriq tal-Barrani1151 8 ŻebbuġTriq l-Imdina1131 9 QormiTriq l-Imdina836 10 BirkirkaraTriq l-Esportaturi Mrieħel788

Tas-Sliema, il-Gżira u San Ġiljan — Rapporti dwar Noise pollution

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti dwar noise pollution minħabba amplified music f’Tas-Sliema, il-Gżira u San Ġiljan mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ġew imħarrka u mressqa l-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2023 u t-18 ta’ April 2024 daħlu ħamsa u għoxrin (25) rapport dwar ‘noise pollution’ minħabba amplified music mal-pulizija f’Tas-Sliema, il-Gżira u San Ġiljan. In-numru ta’ persuni li ġew imħarrka u mressqa l-Qorti wara dawn ir-rapporti kien ta’ seba’ u tletin (37).

Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar — Delitti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down separatament għall kull kwart tas-sena, tad-delitti li seħħew fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar għas-snin 2022 u 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar delitti li seħħew fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar għas-sena 2022 kienu kif indikati fit-tabella hawn taħt: Sena 2022 Jannar-Marzu April-Gunju Lulju-Settembru Ottubru-Diċembru Lokalità Tip ta’ reat Q1 Q2 Q3 Q4 MELLIEĦA Attentat ta’ offiżi 1 0 1 4 Feriti fuq il-persuna 1 3 4 1 Użu ħażin tal-kompjuter 4 5 3 0 Ħsarat 29 25 49 43 Vjolenza domestika 10 7 9 14 Offiżi ta’ drogi 2 0 0 1 Frodi 9 4 10 15 Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet 3 2 2 6 Offiżi sesswali 1 1 0 2 Serq 14 18 42 24 Theddid u vjolenza privata 2 4 1 1 Aċċess mhux awtorizzat 1 0 0 0 Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku 0 1 0 0 NAXXAR Ħruq 0 0 1 1 Attentat ta’ offiżi 2 1 5 1 Feriti fuq il-persuna 3 6 2 1 Ksur ta’ kondizzjonijiet tal-liberta proviżorja 0 0 1 0 Użu ħażin tal-kompjuter 1 5 1 2 Ħsarat 14 15 18 17 Vjolenza domestika 13 18 13 10 Offiżi ta’ drogi 2 0 0 0 Falsifikazzjoni 0 0 0 1 Frodi 18 10 19 23 Pornografija 0 1 0 0 Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet 1 6 3 6 Offiżi sesswali 0 0 2 2 Serq 9 22 15 23 Theddid u vjolenza privata 4 1 4 4 Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku 1 2 1 0 SAN PAWL IL-BAĦAR Abbandun ta’ minuri 0 0 0 2 Attentat ta’ offiżi 3 6 5 7 Bigamija 0 1 0 0 Feriti fuq il-persuna 17 21 12 24 Użu ħażin tal-kompjuter 7 12 4 5 Ħsarat 126 134 176 151 Vjolenza domestika 27 18 31 39 Offiżi ta’ drogi 0 2 3 6 Falsifikazjoni 0 0 1 0 Frodi 23 28 13 18 Omiċidju 0 1 1 0 Reati relatati ma immigrazzjoni 0 0 1 0 Ħasil ta’ flus 0 0 0 1 Pornografija 0 0 0 1 Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet 6 7 6 4 Prostituzzjoni 1 2 0 0 Offiżi sesswali 4 7 5 5 Serq 79 86 110 81 Theddid u vjolenza privata 5 7 10 6 Traffikar ta’ persuni 1 1 0 0 Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku 1 3 4 1

Il-Mellieħa – reati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down tar-rata ta’ reati fil-Mellieħa fis-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jagħti wkoll in-numru ta’ rapporti li ddaħħlu fl-għassa tal-Mellieħa u n-numru ta’ rapporti għall-Mellieħa li ġew illoggjati fil-Qawra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati fis-sistema tal-pulizija u li seħħew fil-lokalita tal-Mellieħa fis-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Dettalji dwar f'liema għassa jkunu daħlu u ġew reġistrati dawn ir-rapporti, l-informazzjoni mhux disponibbli. Tip ta’ reat - Mellieħa20192020202120222023 Abbandun ta’ minuri00102 Ħruq11001 Attentat ta’ offiżi65667 Feriti fuq il-persuna13139918 Użu ħazin tal-kompjuter3731219 Ħsarat132107135146176 Vjolenza domestika2130334055 Offiżi tad-drogi02534 Frodi1015483883 Omiċidju00100 Reati dwar immigrazzjoni00101 Ħasil ta’ flus01000 Ġurament falz00002 Pornografija00201 Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet61014139 Offiżi sesswali62143 Serq1761048098130 Theddid u vjolenza privata56387 Aċċess mhux awtorizzat01011 Vjolenza kontra uiffiċjal pubbliku02413

Towing ta' vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn jinżammu l-vetturi li jiġu towed f’Malta u Għawdex, kemm dawn l-ispazji huma kbar bħala area, u jekk l-ispazji humiex mimlija u allura ma hemmx fejn jinżammu aktar vetturi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat, illi minn naħa tal-Korp tal-Pulizija, fil-każ ta’ Malta l-ispazju fil-kumpless tal-pulizija ġewwa ta’ Kandja li huwa ta’ madwar disa’ t’elef u mitt metru kwadru, qed jintuża għall-vetturi li huma esibiti tal-Qrati, dawk suġġetti għal inkjesti, oħrajn li jkunu miżmuma għal investigazzjonijiet u bħalissa l-ispazju huwa limitat u jiġi determinat skont id-dħul u ħruġ tal-vetturi fil-post. Il-vetturi li jkunu rmunkati minħabba żgumbrar, mitluqa riżultat ta’ kundizzjoni ħażina jew abbandunati, jiġu mpoġġija fi spazju privat provdut minn kuntrattur ġewwa tal-Ħandaq. Infurmat li fil-każ ta’ Għawdex, irmunkar ta’ vetturi li jkunu ta’ ngombru u dawk mitluqa u/jew abbandunati, jiġu rmonkati minn kuntrattur u mpoġġija fi spazju privat provdut mill-istess kuntrattur, sakemm jitteħdu mis-sidien jew jiġu distrutti skont il proċeduri eżistenti. Infurmat li fil-każ tal-aġenzija LESA, jirmunkaw vetturi li jkunu ta’ ngombru għall-permessi maħruġa mill-Kunsill Lokali, u ma joperawx fil-qasam ta’ rmonk ta’ vetturi li jkunu mitluqa u/jew abbandunati. Infurmat li l-vetturi rmunkati kważi kollha jinġabru lura mis-sidien minnufih. Ninsab infurmat illi skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 65.13 Regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta' Vetturi bil-mutur u Oġġetti ta' Ingombru, hemm awtoritajiet, entitajiet oħrajn u Kunsilli Lokali li għandhom din ir-responsabbiltà.

Ħlas ta’ flus ex gratia

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-snin 2013 u 2024 tħallsux flus bħala ex gratia mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, lil xi ħaddiem, Kap Eżekuttiv, Chairman, jew persuni oħra ingaġġati minnu? Jekk iva, jista' jgħid lil min, kemm kien l-ammont ta' flus li ngħata u għal liema raġuni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li r-risposta hija fin-Negattiv.

Il-Manikata – Infurzar dwar trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk, matul l-aħħar sena, sarx infurzar dwar trakkijiet li jgħaddu miż-żona tal-Manikata hekk kif din iż-żona hi ristretta għal trakkijiet? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kemm u meta nħarġu ċitazzjonijiet f'dan ir-rigward, jekk fil-fatt inħarġu ċitazzjonijiet ta' dan it-tip?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi hija il-prassi li waqt ir-ronda l-pulizija kif ukoll uffiċjali tal-Aġenzija LESA ikunu viġilanti għal kull tip ta’ kontravenzjoni li tkun tista’ qed iseħħ madwarhom, inkluż kontravenzjonijiet relatati ma’ trakkijiet li jgħaddu miż-żona tal-Manikata li hi ristretta għal trakkijiet jekk jiġu nnutati tali kontravenzjonijiet. Infurmat illi fil perjodu ta’ bejn Jannar 2023 u s-16 ta’ April 2024, ingħataw mija u wieħed u disgħin (191) taħrika dwar diversi kontravenzjonijiet lill-sewwieqa ta’ diversi tipi ta’ vetturi, li tnejn minnhom huma kontravenzjonijiet relatati ma’ trakkijiet li jgħaddu miż-żona tal-Manikata li hi ristretta għal trakkijiet.

Karozzi reġistrati bil-Y plates — Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pulizija jistgħux jagħtu ċitazzjonijiet lil karozzi (taxis) bil-Y plates li jkunu pparkjati fit-triq? Jista’ jgħid ukoll x'inhi l-policy li qed tintuża mill-korp f'dawn iċ-ċirkostanzi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Pulizija jaġixxu skont dak li tiprovdi l-liġi. Nirreferi lill-Onor. Interpelant għal Liġi sussidjarja 65.33.

Forzi Armati ta’ Malta — Promotions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il promotion fil-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) ingħatat/ġiet approvata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti elenku tagħhom u d-dati meta ngħataw?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi provduta kif jidher fit-tabella hawn taħt: Promotion typePromotion to WO1 and WO2Time-Based Promotion to SSgt and BdrSNCO and JNCO cadre course to Sgt and LBdrAccelerated PromotionEffective date of Promotions Total12158158181 January 2024

San Ġiljan — Triq Sir Joseph Carbone u Triq il-Qalb Imqaddsa – Inforzar dwar Parkeġġi

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir l-inforzar meħtieġ fuq numru kbir ta' vetturi b'LY plates li qegħdin ikunu pparkjati f'parkeġġi pubbliċi fit-triq, fi Triq Sir Joseph Carbone u Triq il-Qalb Imqaddsa, f'San Ġiljan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi waqt ir-ronda kemm il-pulizija kif ukoll uffiċjali tal-Aġenzija LESA jkunu viġilanti għal kull tip ta’ kontravenzjoni li tiġi għal attenzjoni tagħhom u ser ikomplu bl-infurzar meħtieġ anke fuq il-parkeġġ ta’ vetturi b’LY plates fit-toroq indikati, ġewwa San Ġiljan. L-Onor. Membru hu mitlub li jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat mill-liċenzjar ta’ dawn il-vetturi.

Il-Mellieħa — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-lokalità tal-Mellieħa fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rrapurati mal-Pulzija li seħħew fil-lokalità tal-Mellieħa fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, kien kif jidher fl-ewwel tabella li tinkludi dettalji tat-toroq fejn seħħ l-inċident. Ma’ dawn kien hemm ukoll inċidenti li ġew indirizzati mill-Aġenzija LESA fl-istess perjodu, kif jidhru fit-tieni tabella. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

In-Naxxar — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-lokalità tan-Naxxar fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rrapurati mal-Pulizija li seħħew fil-lokalità tan-Naxxar fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, kien kif jidher fl-ewwel tabella li tinkludi dettalji tat-toroq fejn seħħ l-inċident. Ma’ dawn kien hemm ukoll inċidenti li ġew indirizzati mill-Aġenzija LESA fl-istess perjodu, kif jidhru fit-tieni tabella. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Imġarr, Malta — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-lokalità tal-Imġarr, Malta fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rrapurati mal-Pulzija li seħħew fil-lokalità ta’ l-Imġarr fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u sa 31.03.2024, kien kif jidher fl-ewwel tabella li tinkludi dettalji tat-toroq fejn seħħ l-inċident. Ma’ dawn kien hemm ukoll inċidenti li ġew indirizzati mill-Aġenzija LESA fl-istess perjodu, kif jidhru fit-tieni tabella. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rrapurati mal-Pulzija li seħħew fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u sa 31.03.2024, kien kif jidher fl-ewwel tabella li tinkludi dettalji tat-toroq fejn seħħ l-inċident. Ma’ dawn kien hemm ukoll inċidenti li ġew indirizzati mill-Aġenzija LESA fl-istess perjodu, kif jidhru fit-tieni tabella. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W90.

Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa – Persuni akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata l-Qorti b’rabta ma’ abbuż fl-għoti tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2023 u t-18 ta’ April 2024 kien hemm mitejn u disa u sittin (269) persuna li ġiet akkużata l-Qorti b’rabta ma’ abbuż fl-għoti tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa.

Karta tal-Identità — Minuri mmarkati bħala X (non-binary)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn minuri taħt it-18-il sena li fuq il-Karta tal-Identità tagħhom huma mmarkati bħala X (non-binary)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li ma hemm l-ebda minuri taħt it-18-il sena li fuq il-Karta tal-Identità tagħhom huma mmarkati bħala X.

Failed Asylum Seekers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Failed Asylum Seekers f’Malta li ilhom iktar minn ħames snin u li ma jistgħux jintbagħtu lura lejn pajjiżhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Gvern ma kienx kuntent bl-istatus quo fuq l-immigrazzjoni rregolari. Għalhekk ittieħdu numru ta’ deċiżjonijiet, inkluż bidliet leġiżlattivi, sabiex is-sistema tal-immigrazzjoni rregolari tkun waħda aktar soda u ġusta, kemm lokalment u kif ukoll fuq livell internazzjonali. Ħdimna mill-qrib ma’ pajjiżi oħra, pajjiżi ta’ oriġinu u kif ukoll pajjiżi ta’ tranżitu, sabiex naqqasna l-wasliet irregolari u jintilfu anqas ħajjiet fuq il-baħar. Għamilna tibdil sabiex ikollna sistema ġusta ma’ min ħaqqu protezzjoni iżda iebsa ma’ min ma jkollux dritt joqgħod ġewwa pajjiżna. Dan kien possibbli permezz ta’ bidliet leġiżlattivi, investiment fil-proċess tal-ażil, partikolarment bil-ħolqien tal-International Protection Agency u t-tnaqqis fl-ammont ta’ applikazzjonijiet pendenti. Twaqqaf ukoll Returns Unit fi ħdan il-Ministeru sabiex jiffoka fuq ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġinu ta’ dawk il-persuni li ma jkunux jeħtieġu protezzjoni f’pajjiżna. Fl-istess waqt sar xogħol estensiv fiċ-ċentri tal-immigranti, kemm dawk magħluqa u kemm dawk miftuħa, mingħajr ma poġġejna piż fuq il-komunitajiet tal-madwar kif kien ġara fi żminijiet imgħoddija. Ukoll, żdiedu b’mod konsiderevoli l-isforzi biex nies li jkunu daħlu Malta irregolarment u ma jikwalifikawx għal-ażil jiġu ritornati lejn pajjiżhom. Infurmat li minn Jannar 2020 ġew ritornati 875 persuna li kienu daħlu Malta b’mod irregolari lejn il-pajjjiż tal-oriġinu, hekk kif dawn ma kienux jikwalifikaw għal-ażil. Ukoll, kien hemm rilokazzjoni ta’ 700 persuna lejn pajjiżi oħra Ewropej. Ninsab infurmat li persuni li ma jikwalifikawx għall-ażil u ilhom f’Malta għal aktar minn 5 snin huwa ta’ 174. Lil dawn il-persuni kollha jiġi kontinwament ofrut program volontarju ta’ ritorn jew mal-awtoritajiet lokali jew mal-International Organization for Migration (IOM). Jekk dawn il-persuni jibqgħu ma jikkoperawx mal-awtoritajiet u ma jagħżlux li jiġu ritornati b’mod volontarju, l-awtoritajiet Maltin jibqgħu jaħdmu, inkluż mal-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-oriġinu sabiex jinħarġu d-dokumenti, sabiex ikunu ritornati b’mod sfurzat.