Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #696 Sitting 27 2017-10-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji – persuni ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni fl-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji u jaqsam l-informazzjoni skont il-karigi u s-salarji/benefiċċji rispettivi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda.
Leg 13 PQ #697 Sitting 27 2017-10-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tad-Dwana — trasferimenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-trasferimenti ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tad-Dwana mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn u (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni kkonċernati) għal kull trasferiment jagħti l-grad u n-numru ta’ snin li l-ħaddiem rispettiv kien ilu jaħdem fid-Dipartiment?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #698 Sitting 27 2017-10-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi – trasferimenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-trasferimenti ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn u (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni kkonċernati) għal kull trasferiment jagħti l-grad u n-numru ta’ snin li l-ħaddiem rispettiv kien ilu jaħdem fid-Dipartiment?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #699 Sitting 27 2017-10-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tal-VAT – trasferimenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-trasferimenti ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn u (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni kkonċernati) għal kull trasferiment jagħti l-grad u n-numru ta’ snin li l-ħaddiem rispettiv kien ilu jaħdem fid-Dipartiment?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #700 Sitting 27 2017-10-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li għamel s’issa l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji u jgħid kemm irċieva talbiet u kemm iddeċieda minnhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Arbitru beda jirċievi l-ilmenti fl-aħħar ġimgħa ta' Ġunju 2016. Minn dak iż-żmiem sal-aħħar tas-sena 2016, l-Uffiċċju rċieva 564 ilment. Minn dawn, ftit aktar minn 80 fil-mija inġabru f'każ wieħed peress li l-mertu huwa identiku. F'Ġunju 2016, daħlu 349 ilment; f'Lulju daħlu 110; f'Awissu daħlu 30; f'Settembru daħlu 20; f'Ottubru daħlu 19; f'Novembru daħlu 22 u f'Diċembru daħlu 14. Bejn Jannar u Settembru 2017 daħlu 135 ilmenti, kif ġej: f'Jannar daħlu 21; fi Frar daħlu 15; f'Marzu daħlu 15; f'April daħlu 8, f'Mejju daħlu 20 f'Ġunju daħlu 11; f'Lulju daħlu 12; f'Awwissu daħlu 10 u f'Settembru daħlu 23. Permezz tal-mejazzjoni, ġew riżolti sitt kazijiet fl-2016 u għaxar kazijiet minn Jannar sa Settembru 2017. Hafna mill-kazijiet li jiġu quddiem l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji huma kumplessi ħafna u jkun irid isir is-smigħ tagħhom, apparti li l-partijiet ikunu jridu jingħataw iż-żmien biex jagħmlu s-sottomissjonijiet. l-Arbitru beda jisma' l-ewwel każijiet fl-aħħar ġimgħa ta' Settembru 2016 u sa issa instemgħu l-maġġoranza assoluta tal-każijiet li ġew sottomessi quddiemu. Sa l-aħħar ta' Sttembru 2017, ġew deċiżi b'kollox 49 każ. Diversi deċizzjonijiet oħra mistennija jingħataw fil-ġimgħat li ġejjin. L-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji waqqaf servizz bit-telefon biex ilmenti mhux kumplessi, jew mistoqsijiet ta natura ġenerali dwar oqsma relatati mal-Uffiċċju, jkunu jistgħu jsiru mill-pubbliku minn djarhom. L-Uffiċċju ta' l-Arbitru solva madwar 688 minn dawn is-sitwazzjonijiet bejn Ġunju 2016 sal-aħħar ta Settembru 2017.
Leg 13 PQ #701 Sitting 27 2017-10-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Ħaddiema ta' nazzjoanlità barranija li jaħdmu f'Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema ta’ nazzjonalità barranija li jaħdmu f’Malta u jgħid kemm ħallsu f’FSS u SSC matul is-snin 2015 u 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #690 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li ddikjaraw qligħ ta’ aktar minn €10,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpanji li fis-sena bażi 2014 iddikjaraw qligħ ta’ aktar minn €10,000?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fis-sena ba¿i 2014 kien hemm 6,339 taxpayers bħala kumpaniji li ddikjaraw qligħ ta’ aktar minn €10,000.
Leg 13 PQ #691 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li ddikjaraw qligħ ta’ aktar minn €10,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpanji li fis-sena bażi 2015 iddikjaraw qligħ ta’ aktar minn €10,000?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fis-sena bazi 2015 kien hemm 6,453 taxpayers bħala kumpaniji li ddikjaraw qligħ ta’ aktar minn €10,000.
Leg 13 PQ #692 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji fejn azzjonist talab għal refund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2014 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths) u x’kien it-total tar-refunds imħallsa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #693 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji fejn azzjonist talab għal refund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2015 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths) u x’kien it-total tar-refunds imħallsa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #694 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu strutturat l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji huwa strutturat kif ġej: · L-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji; · Executive Chairman tal-Bord għall-Immaniġġjar u l-Amministrazzjoni; · żewġ Administrative Assistants; · Customer Relations Officer; · Case Analyst ; · Officer in charge of mediation; · Receptionist; · Driver; u · Part-time handyman .
Leg 13 PQ #695 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Sekwestru ta’ assi jew qbid – fondi mdaħħla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħal fondi l-Gvern mill-2010 ‘l hawn minn flejjes u/jew assi oħra minn sekwestri u/jew qbid, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #206 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — konsulenzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-entitajiet fid-dekasteru tal-Finanzi ma taw l-ebda xogħol legali jew talbu konsulenzi mill-persuna konċernata jew mid-ditta legali tagħha wara Marzu 2013.
Leg 13 PQ #684 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxa – trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati mad-Dipartimenti tat-Taxxa fejn is-settlor huwa Malti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #685 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxa – foundations reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn foundations reġistrati barra minn Malta u ddikjarati mad-Dipartimenti tat-Taxxa fejn il-benefiċjarju huwa Malti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li foundations reġistrati barra minn Malta u fejn il-benefiċjarju huwa Malti m’humiex obbligati li jirreġistraw mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni. L-obbligu tar-reġistrazzjoni huwa marbut ma’ dħul taxxabli hawn Malta.
Leg 13 PQ #686 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala self employed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala self-employed?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ taxpayers reġistrati bħala self-employed huwa 27,523 (Id-data hija meħuda mill-informazzjoni li d-dipartiment għandu għas-sena bażi 2015).
Leg 13 PQ #687 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala self employed li ddikjaraw qligħ ta’ aktar minn €10,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala self-employed li fis-sena bażi 2014 iddikjaraw qligħ ta’ aktar minn €10,000?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għas-sena bażi 2014 kien hawn 11,239 individwi li ddikjaraw dħul minn negozju u sengħa ta’ aktar minn €10,000 u dan kemm fuq bażi part-time jew full-time. Persuni li għadhom ma bagħtux il-formola tat-taxxa għas-sena relattiva huma esklużi.
Leg 13 PQ #688 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala self employed li ddikjaraw qligħ ta’ aktar minn €10,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala self-employed li fis-sena bażi 2015 iddikjaraw qligħ ta’ aktar minn €10,000?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għas-sena bażi 2015 kien hawn 11,565 individwi li ddikjaraw dħul minn negozju u sengħa ta’ aktar minn €10,000 u dan kemm fuq bażi part-time jew full-time. Persuni li għadhom ma bagħtux il-formola tat-taxxa għas-sena relattiva huma esklużi.
Leg 13 PQ #689 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #1206 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Paga medja f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-paga medja f’pajjiżna, sena b’sena, mill-2008 sal-2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dwar il-paga medja fost l-impjegati qed tiġi provduta fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.