Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex ikun żgurat li ċ-ċentri tal-eżamijiet ikunu postijiet diċenti u li fihom l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu eżamijiet mingħajr storbju eċċessiv?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dipartiment tal-Eżamijiet ħoloq dokument b’numru ta’ miżuri relatati mal-prevenzjoni tal-istorbju waqt l-eżamijiet Nazzjonali tal-MATSEC. Dan id-dokument huwa aċċessibbli fuq is-sit elettroniku tad-dipartiment tal-Eżamijiet iżda qed jitpoġġa wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ letturi: (a) full-time, (b) part-time li hemm fis-Sixth Form College f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm mil-letturi full time li hemm fis-Sixth Form t’Għawdex, għandhom kwalifiki fil-livell ta’ (a) Baċellerat, (b) Masters (ċ) Dottorat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskola msemmija hemm 67 lettur full time. Il-letturi kollha għandhom il-kwalifiċi neċessarji fejn kollha għandhom kwalifika ta’ livell sitta, 17 għandhom Masters u 1 għandu Dottorat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ studenti li jattendu s-Sixth Form t’Għawdex li (a) applikaw (b) attwalment għamlu l-eżamijiet tal-livell ta’ (i) Intermediate (ii) Advanced fis-suġġetti kollha li jiġu offruti fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kien in-numru ta’ studenti li kellhom A, B, C u D f’dawn l-eżamijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total ta’ studenti li rreġistraw għall-eżamijiet fl-iskola msemmija tinsab hawn taħt;
Sena
Reġistrazzjonijiet
2020
204
2021
300
2022
215
2023
193
2024
242
Infurmat li informazzjoni addizzjonali ma tistax tiġi ppublikata
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-kostruzzjoni tat-triq li toħroġ mill-iskola tan-Naxxar u li tiftaħ fi Triq Giorgio Locano fl-Iklin? Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk din it-triq (ritratti annessi) hix inkluża fil-permess maħruġ mill-Planning Authority PA/09349/17?
Tal-Ħandaq — Skola medja u sekondarja – Tender għal Arja kkundizzjonata
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19651, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħruġ ta’ tender u meta ser ikun qed jinbeda x-xogħol sabiex il-klassijiet kollha fl-Iskola Medja u fl-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq ikunu mgħammra bl-arja kkundizzjonata bħalma kien imwiegħed?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il skola primarja tal-Istat għandha Kap ġdid/a li se jservi/sservi f'dik l-iskola partikolari minn din is-sena skolastika 2024-2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il skola medja tal-Istat għandha Kap ġdid/a li se jservi/sservi f'dik l-iskola partikolari minn din is-sena skolastika 2024-2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il skola sekondarja tal-Istat għandha Kap ġdid/a li se jservi/sservi f'dik l-iskola partikolari minn din is-sena skolastika 2024-2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.
Skola Guardian Angel — Fact Finding Board - Rakkomandazzjonijiet
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 21548 u 21724, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ebda waħda mir-rakkomandazzjonijiet tal-Fact Finding Board li nħatar sabiex jara s-sitwazzjoni fl-Iskola Guardian Angel, għadhom ma ġewx attwati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li r-rakkomandazzjonijiet kollha ser jiġu implimentati.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21554, jista' l-Ministru jagħti iktar informazzjoni dwar ir-Reach Units imsemmija fit-tweġiba tal-istess mistoqsija parlamentari, bħal pereżempju fejn jinsabu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
· Kulleġġ Santa Tereza - Skola Medja Ta’ Paris
· Kulleġġ Santa Tereza - Sekondarja, Mrieħel
· Kulleġġ San Ignazju - Skola Medja Ħandaq
· Kulleġġ San Injazju - Skola Sekondarja, Ħandaq
· Kulleġġ San Tumas More - Skola Medja, Tarxien
· Kulleġġ San Tumar More - Skola Sekondarja St Luċija
· Kulleġġ Santa Margerita - Skola Medja Bormla
· Kulleġġ Santa Margerita - Skola Sekondarja Verdala
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każ/każijiet ta' rapporti dwar abbuż fiżiku minn edukatur/edukaturi fuq student/studenti fl-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament matul is-sena 2021? Jekk iva, meta saru dawn ir-rapporti? Jista’ jgħid ukoll għal kull każ, jekk sarx rapport lill-pulizija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li ma wasal l-ebda rapport ta’ abbuż fiżiku matul is-sena msemmija.
Il-Qawra — Skola Primarja – Pulizija preżenti waqt id-dħul u l-ħruġ
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li jkun hemm preżenza kontinwa tal-pulizija waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal tal-iskola, fl-Iskola Primarja tal-Qawra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemmija, bħal kull skola primarja oħra, għandha assenjat magħha żewġ pulizija għassa, wieħed waqt id-dħul u ieħor waqt il-ħruġ.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Public Service Expo 2024 - Stands
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-istess Segretarjat Parlamentari fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra din l-istand kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat Parlamentari?
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Konsulenti/Persons of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti jew persons of trust li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma Third Country Nationals?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti u persons of trusts li jaħdmu fil-Ministeru huma kollha Maltin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti LGBTIQ+ li ggradwaw mill-MCAST mis-sena akkademika 2013/2014 sas-sena akkademika 2023/2024, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li tali informazzjoni ma tiġix mitluba u miġbura mill-MCAST
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta' studenti fl-Alternative Learning Programme (ALP) fis-sena skolastika li għaddiet u kemm se tkun fil-bidu tas-sena skolastika li se tibda issa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti matul is-sena skolastika li għaddeiet fl-ALP kienet ta’ 115-il student. Total ta’ studenti għal din is-sena skolastika fl-ALP mistenni jkun ta’ 103.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjonstti ta' studenti fil-Junior College (skont l-ewwel u t-tieni sena rispettivament) fis-sena skolastika li għaddiet u kemm se tkun fil-bidu tas-sena skolastika li se tibda issa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika li għaddiet il-popolazzjoni tal-istudenti fil-Junior College kienet ta’ 1,852. Filwaqt li għal din is-sena skolastika, s’issa l-popolazzjoni hi ta’ 1,942 student.