Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm ġew jiswew l-eco-friendly cafes b'relazzjoni mal-għoti t'ikel lill-annimali? Jista' jispjega wkoll min qed jamministrahom u xi spiża hemm involuta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża fuq dawn it-tlett Eco-Friendly Stray Animals Feeding Machines ġiet tiswa €6,770.50 li tkopri l-magni, id-dazju, il-miżata biex jinħarġu mid-dwana u t-transport lejn Għawdex.
Dawn il-magni qegħdin jiġu amministrati mis-sezzjoni għall-Ħarsien tal-Annimali fi ħdan id-Direttorat EkoGħawdex u l-ispiża marbuta mal-ikel tlaħħaq madwar €94.50 fil-ġimgħa għat-tlett magni.
Jista’ l-Ministru jaġġorna dwar l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta’ Qorti ġdida ġewwa Għawdex u jgħid x'sar f'dawn l-aħħar ġimgħat u x'inhu jsir bħalissa biex dan il-proġett li ilu mwiegħed seba' snin, isir?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 13038.
Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament għandux il-ħsieb li jagħmel jew jgħin fix-xogħlijiet kwantu Park għall-Familji fil-Qala? Jekk iva, jista’ jgħid fiex wasal il-proċess u meta jaħseb li dan ikun lest?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan il-park huwa ppjanat li jsiru diversi xogħlijiet, fosthom tħawwil ta’ siġar, park għall-klieb u restawr u nstallazjoni ta’ garden furniture.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ftehim għandu l-Ministeru għal Għawdex mal-Kurja ta' Għawdex? Jista' jgħid xi jkopri kull ftehim? Jista' jgħid kemm hu l-ħlas totali li sar s’issa fuq kull ftehim? Jista' jpoġġi kopja ta' kull ftehim li hemm bejn il-Gvern u l-Kurja ta' Għawdex fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 15598 - Ministeru għal Għawdex ftehim mal-Kurja - Copy.pdf
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex fin-Nadur issir Dar tal-Anzjani fi Triq it-Tiġrija bi sħab mal-Kurja jew Parroċċa tan-Nadur? Jista' jgħid wara l-press conference li kienet saret mill-Gvern fuq is-sit qabel l-elezzjoni tal-2017 sal-lum, tliet snin wara, x'sar fuq dan il-proġett u meta hu mistenni li jilqa' fih l-ewwel anzjani?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix x’inżid mat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 6214.
Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għad għandu l-Perit li għamel u ħejja l-Master Plan għar-riġenerazzjoni ta' Marsalforn fuq ix-xogħol li għaddej fil-Menqa ta' Marsalforn u f'partijiet oħra fl-istess lokalità?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett qed jitmexxa minn Perit tal-Ministeru.
Triq Għajn Damma bejn ix-Xagħra u Marsalform — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk hemmx il-ħsieb li jagħmel it-tiswijiet flimkien ma’ wiċċ ġdid bl-asfalt fejn meħtieġ fi Triq Għajn Damma bejn ix-Xagħra u Marsalforn? F'każ li iva, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li dawn ix-xogħlijiet jitlestew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jieħu ħsieb li jsiru numru ta’ toroq madwar Għawdex skond l-esiġenzi.
Xlendi – dry standing area – proċedura biex jitpoġġew l-opri tal-baħar
Question
Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament xi proċedura qed tiġi segwita biex sidien ta’ dgħajjes ikunu jistgħu jpoġġu l-opri tagħhom fid-dry standing area li għad kemm ġiet inawgurata ġewwa x-Xlendi? Jista’ jgħid ukoll kif qed issir l-għażla?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 15672.
Għajnsielem – Dar tal-Anzjani San Ġużepp – servizz minn professjonisti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14231 u jgħid kemm avukati, periti u professjonisti oħra taw is-servizz tagħhom u ġew imħallsa in konnessjoni mad-Dar tal-Anzjani San Ġużepp f’Għajnsielem minn meta beda dan il-proġett sal-lum? Jista’ jgħid kif ġew magħżula, min kienu, x’servizz taw u kemm kien il-ħlas f’kull każ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 15524 - Għajnsielem Dar tal-Anzjani San Ġużepp servizz minn professjonisti.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Ministeru għal Għawdex biex isalva t-Torri (fortizza) tal-Qbajjar li jinsab fi stat ħażin ħafna u partijiet minnu diġà ġġarfu? Ma jaħsibx il-Ministru li għandu jintervjeni biex dan is-sit jerġa’ jgħaddi f'idejn il-Gvern u jieħu l-passi immedjati biex jiġi restawrat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex — Public Cleansing Department - ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema tal-Public Cleansing Department li jaqa' taħt il-Ministeru tiegħu u li jaħdmu fil-bajjiet mhumiex jitħallsu tal-Ħdud u festi pubbliċi kif ukoll mhumiex jiffirmaw meta jidħlu jaħdmu fil-Ħdud u festi pubbliċi? Jista' jgħid kif qed isir dan meta ħaddiema oħra fl-istess dipartiment u li jaħdmu bħala attendants ma' latrini pubbliċi jitħallsu tal-Ħdud u festi pubbliċi? Jista jgħid dawn il-ħaddiema kinux tkellmu miegħu fl-aħħar xhur u x'passi ħa biex din l-anomalija fil-Ministeru tiegħu tiġi rranġata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema tal-Public Cleansing tal-bajjiet jaħdmu ħinijiet differenti matul is-sena u s-siegħat ivarjaw skont il-ħtieġa. Id-direttorat jipprova jaħdem sistema li tlaħħaq 40 siegħa fil-ġimgħa. F’każ li s-siegħat maħduma jeċċedu l-40 siegħa xogħol fil-ġimgħa, issir it-talba għall-kumpens skont kif inhuma intitolati taħt ir-regolamenti tal-PSMC.
Accelerated Opening Tender for the Procurement of Additional Bed Spaces for the Temporary Transfer of Elderly Residents from GGH to Private Facilities
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti t-tender li ħarġet permezz ta' Accelerated Opening Tender for the Procurement of Additional Bed Spaces for the Temporary Transfer of Elderly Residents from GGH to Private Facilities - CT2168/2020? X’inhu l-ħsieb li jsir permezz ta' din it-tender? Kemm hu mistenni li tkun l-ispiża fuq din it-tender? X’inhuma l-kundizzjonijiet prinċipali ta' din s-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14508, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-implimentazzjoni tar-rapport tat-terren ta’ Għar Kalipso mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, u meta hu maħsub li titlesta tali implimentazzjoni u kemm hu l-budget iddedikat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qegħdin jiġu finalizzati l-pjanti biex jiġu sottomessi lill-Awtorita tal-Ippjanar.
Vapuri tal-Gozo Channel – restrizzjonijiet rilaxxati — kapaċità ta’ passiġġieri u vetturi
Question
Minn meta ġew rilaxxati r-restrizzjonijiet ta’ vjaġġar bejn Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm hi l-kapaċità f’termini ta’ passiġġieri li jistgħu jkunu abbord kull wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel fuq kull vjaġġ ta’ kull wieħed minn dawn il-vapuri? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-kapaċità f’termini ta’ vetturi? Jekk jeżistu restrizzjonijiet, fuq tali kapaċità jista’ jgħid sa meta dawn ir-restrizzjonijiet ser jibqgħu fis-seħħ? F’każ ta’ restrizzjonijiet, dawn ser ikunu japplikaw għall-vapur Nikolaos ukoll?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-kapaċita’ f’termini ta’ passiġġieri li jistgħu jkunu aboard kull wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel, hija dik ta’ nofs il-kapaċita’ li jiflaħ kull vapur abbord għal kull vjaġġ f’ċirkustanzi normali. Dan skont id-direttivi maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Rigward il-vetturi ma hemmx restrizzjonijiet, dawn japplikaw għal passiġġieri biss. Dawn ir-restrizzjonijiet ser jibqgħu fis-seħħ sa meta jgħidulna l- Awtoritajiet, u japplikaw għall-vapuri kollha nkluż l’M.V Nikolaos.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru tiegħu fuq it-Torri tal-Qbajjar li jinsab fi stat ħażin ħafna u fil-periklu imminenti li jiġġarraf? Ma jaħsibx il-Ministru li għandha ssir xi ħaġa mmedjata biex dan il-bini storiku ma jiġġarrafx?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jaġġorna dwar it-tender 'Framework agreement for the provision, maintenance and regular collection of open skips at various sites in Gozo. (CfT CA Unique ID: MGOZ/MPU T 32/2019)' li għalqet fis-17 ta' Ġunju 2019 u jgħid jekk din it-tender ġietx awarded u jekk le x'inhuma r-raġunijiet li din it-tender għadha ma ġietx awarded u meta se tiġi awarded?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onoervoli Interpellant li l-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti bħalissa huma sospiżi minħabba l-fatt li ġiet ippreżentata oġġezzjoni oħra mal-PCRB fil-11 ta' Mejju 2020. Barra minn hekk, Applikazzjoni kuntestwali ġiet ippreżentata mal-PCRB fil-21 ta' Mejju 2020 bis-sessjoni tal-PCRB saret fid-29 ta' Mejju 2020. Madankollu, fl-10 ta' Ġunju 2020, l-appellant ippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Appell, liema rikors ikopri oġġezzjoni għad-deċiżjoni tal-PCRB imsemmija aktar kmieni.
Jista’ l-Ministru jgħid fil-proġett li għaddej bħalissa ta’ riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Promenade ta' Marsalforn x'varjazzjonijiet kien hemm s’issa, min talab għalihom, kemm ġew jiswew u min awtorizza dawn il-varjazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex, inklużi l-entitatjiet kollha li jaqew taħtu, ma tax flus għall-programm “Għajta Waħda”.
Tender for the Construction of a Block of Apartments and Open Spaces at the Housing Estate at taċ-Ċawla, Victoria, Gozo
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għat-tieni darba konsekutiva t-tender CT2356/2019 - Tender for the Construction of a Block of Apartments and Open Spaces at the Housing Estate at taċ-Ċawla, Victoria, Gozo, fil-15 ta' Mejju 2020 din it-tender ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid x'jagħmel fl-immedjat biex din it-tender tiġi awarded u jkun jista’ jibda x-xogħol minnu fih?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-offerti sottomessi kienu amministrattivament, teknikament jew finanzjarjament mhux konformi mat-termini u kundizzjonijiet ippubblikati fis-sejħa għal offerti. Bħalissa qed titħejja sejħa għal offerti ġdida.