Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni f'kull dar residenzjali mmexxija mill-Aġenzija Sapport u f'kull każ x'tip ta' diżabilità għandhom il-persuni li jgħixu f'dawn id-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent l-Aġenzija SAPPORT għandha 47 klijent/a li qed jgħixu fid-djar residenzjali tal-Aġenzija. Ir-residenti huma mqassmin fid-djar tal-aġenzija kif jidher hawn:
Bormla – 7
Fgura – 3
Kirkop – 4
Vajrita 1 (Marsascala) – 14
Vajrita 2 (Marsascala)– 12
Mtarfa – 7
It-tipi ta’ diżabilità tal-klijenti huma varji, u fosthom : diżabilità intellettwali u ta’ saħħa mentali u f’ħafna każijiet hemm klijenti b’imġieba diffiċli.
Persuni jaħdmu fid-djar residenzjali mmexxija mill-Agenzija Sapport
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu fid-djar residenzjali mmexxija mill-aġenzija Sapport? X'inhu x-xogħol tagħhom? X'inhuma l-kwalifiki tagħhom? X'taħriġ ingħataw mindu bdew jaħdmu f'dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’kollox hemm 50 support worker li jaħdmu fir-residenzi tal-Aġenzija SAPPORT fuq bażi full time, kif ukoll 40 support workers fuq bażi part time. Barra minn hekk, hemm 14-il persuna oħra li jaħdmu fis-servizz ta’ riżorsi li jmexxu u joffru s-servizz tal-on call 24 siegħa kuljum lill-istaff u l-klijenti tas-servizz residenzjali. Huwa wkoll importanti li wieħed jinnota li fl-Uffiċċju Ċentrali tal-Aġenzija hemm persuni li jaħdmu fil-qasam amministrattiv tal-Aġenzija li jagħtu sapport kontinwu lis-servizz residenzjali.
Is-
support workers
għandhom ikollom waħda minn dawn il-kwalifiki:
Jew 3 O’Levels, jew diploma avvanzata mill-Università ta’ Malta f’
residential care
, jew diploma
in care
mill-MCAST jew inkella
Foundation Training Programme in Care
mill-MCAST + O Level fil-Malti jew inkella ETC
Certificate in Care + O Level
fil-Malti. Hemm 2 support workers li m’għandhomx dawn il-kwalifiċi. Dawn iz-2
support workers
huma mpjegati mal-Aġenzija fuq bażi tal-esperjenza estensiva li għandhom fil-provediment tas-servizz. Barra minn hekk dawn iż-2 impjegati ġew sottomesssi għal eżami tal-Ingliż u tal-Malti.
L-impjegati li jaħdmu fil-qasam tas-servizzi ta’ riżorsi u li jagħtu appoġġ lis-
support workers
, għandhom bħala kwalifiki waħda minn dawn id-
degrees
li ġejjin: psikoloġija, politika soċjali, jew ħarsien soċjali.
Rigward taħriġ li ngħataw s’issa s-
support workers
fir-residenzi, kif ukoll l-impjegati li jaħdmu fil-qasam tas-servizz ta’ riżorsi, nsibu:
Sapport Induction, Crisis Prevention Intervention, Crisis Prevention Invention Refresher, Fire-fighting, Keyword Signing Workshop, Manual Handling, First Aid
u
Policy Training.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies jaħdmu bi qligħ fl-qasam tal-produzzjoni diretta fis-settur privat f’Malta u f’Għawdex b’mod separat kull sena mill-2006 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nies jaħdmu bi qligħ fil-qasam tas-servizzi tas-suq fis-settur privat
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies jaħdmu bi qligħ fl-qasam tas-servizzi tas-suq fis-settur privat f’Malta u f’Għawdex b’mod separat kull sena mill-2006 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nies jaħdmu ma' entitajiet statutorji indipendenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies jaħdmu ma’ entitajiet statutorji indipendenti f’Malta u f’Għawdex b’mod separat kull sena mill-2006 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nies jaħdmu ma' kumpaniji li għandhom maġġoranza ta' ishma pubbliċi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies jaħdmu f’Malta u f’Għawdex b’mod separat ma’ kumpaniji li għandhom maġġoranza ta’ ishma pubbliċi kull sena mill-2006 sal-lum? Tista’ taqsamhom fi produzzjoni diretta u f’servizzi tas-suq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L- informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Tista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema self-employed, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.
Ħaddiema fis-settur ta' produzzjoni diretta u fis-settur tas-servizzi tas-suq
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies jaħdmu fis-settur ta’ produzzjoni diretta u fis-settur fis-servizzi tas-suq f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies, irġiel għalihom u nisa għalihom, li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22173, tista' l-Ministru tgħid x'qed jistenna d-dipartiment konċernat biex jiġbor l-informazzjoni dwar il-persuni li għandhom il-karta r-roża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bħalissa il-Karta r-Roża issir manwalment. Qed isiru diskussjonjiet kemm interni kif ukoll mad-Dipartiment tas-Saħħa biex il-ħruġ ta din il-Karta r-Roża jiġi awtomiżżat.
Meta jsir dan ikun possibli li tingħata l-informazzjoni meħtieġa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21727, tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni li l-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja, li hija tant bżonnjuża għal pajjiżna, ma reġgħetx ġiet komposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja se terġa’ tiġi komposta fil-futur qrib. Bħal issa qed jiġi analizzat jekk hux meħtieġ li jsir xi tibdil fit-
terms of reference
u fil-kompozizzjoni ta’ din il-kummissjoni.
Djar Residenzjali tal-Persuni b'Diżabilità — spezzjonijiet fuq servizzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jagħmilx spezzjonijiet regolari fid-Djar Residenzjali tal-Persuni b'Diżabilità u fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum tal-Persuni b'Diżabilità biex jiġi żgurat li s-servizzi mogħtija huma ta' kwalità tajba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment tal-iStandards għall-Ħarsien Soċjali beda il-ħidma sabiex jiġu stabbiliti l-istandards fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b’diżabilita’. Il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali għandha proċeduri interni li tevalwa is-servizzi mgħotija kif ukoll tilqa’ suġġerimenti u l-lmenti dwar is-servizz li jingħata fid-Djar Residenzjali tal-Persuni b’Diżabilità u fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum.
B'referenza għall-proġett tax-Schreiber Ground f'Raħal Ġdid, fejn il-Ministru qalet li se tinbena skola ġdida, tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandha għall-użu tal-iskejjel eżistenti f'Raħal Ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru għad irid jieħu deċiżjoni fuq l-użu tal-iskola sekondarja subien ta’ Raħal l-Ġdid. Diversi skejjel se jintużaw għall-servizzi edukattivi.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 22532 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid id-data eżatta meta se tiġi introdotta x-Schedule V riveduta li tant ilha tgħid biha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin il-proċeduri biex din l-Iskeda V riveduta tidħol fis-seħħ. F’dan il-mument ma tistax tingħata data eżatta ta’ meta se tidħol fis-seħħ, għax din ma tiddependix biss minn dan il-Ministeru.
B'referenza għall-proġett tas-Schreiber Ground f'Raħal Ġdid, fejn il-Ministru qalet li se tinbena skola sekondarja ġdida, tista' l-Ministru tgħid jekk il-pjanijiet kif kien hemm fil-pjanti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li kienu jinkludu ċentru tas-saħħa u parking privat u parking għaċ-ċentru kummerċjali ta' Raħal Ġdid, għadhomx inklużi fil-pjanti jew fil-pjanijiet il-ġodda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm ippjanat li tinbena skola fis-sit imsemmi u għadhom għaddejjin konsultazzjonijiet mal-Ministru tas-Saħħa l-Anzjani u Kura fil-Komunità u l-Ministeru tal-Finanzi Ekonomija u Investiment.
B'referenza għat-tweġiba li ngħataw għall-mistoqsija parlamentari 22332, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx oġġezzjoni li għal dan il-kunsill tibda ssir elezzjoni li fiha jistgħu jieħdu sehem għaqdiet tal-istudenti bħalma huma l-SDM, l-Pulse, l-Move eċċ kif hemm fl-istituzzjonijiet post-sekondarji oħra u fl-Università? Jekk hemm oġġezzjoni għal dan, tista' tgħid x'inhi din ir-raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kunsill tal-istudenti tal-MCAST jiġi maħtur permezz ta’ elezzjonijiet fid-diversi istituti tiegħu biex sa fejn possibli ikun hemm rapreżentanza minn kull istitut. M’hemm xejn xi jżomm lil studenti li huma membri f’għaqdiet diversi li jipparteċipaw f’dawn l-elezzjonijiet biex ikunu membri fuq il-kunsill tal-istudenti tal-MCAST.