Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imġarr Malta — Traffic Management - Petizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18758, 21355 u 21996 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18488 dwar il-petizzjoni ‘Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr’, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-istakeholders li ltaqa’ magħhom il-Ministeru?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il-konsultazzjoni tkun saret waqt it-Traffic Management Committee. Dan il-kumitat huwa kompost minn diversi membri li jirrappreżentaw awtoritajiet, entitajiet, korporazzjonijiet u aġenziji – sabiex jagħtu l-kummenti tagħhom għall- kunsiderazzjoni tal-awtorità qabel l-implimentazzjoni tal-proposti mressqin. Din id-diskussjoni inkludiet ukoll il-Kunsill Lokali. Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet għadhom għaddejin.

Grawnds tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21353 u 21997 u jgħid fiex wasal l-agreement li kien ippreżentat u ffirmat biex il-klabbs li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tagħhom wara li nbena wieħed ġdid għall-klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

IL-Iklin – Sinjali tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22011 u jgħid jekk Transport Malta hix responsabbli mis-sinjali tat-traffiku li twaħħlu reċentement fi Triq Giorgio Locano, Triq Enrico Naudi, Triq Carmelo Pace u Triq Frederick Borg fl-Iklin? Jista’ jgħid ukoll għaliex saru dawn is-sinjali?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dekasteru u fis-segretarjat tiegħu li jaħdmu part-time?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm tmintax (18) -il impjegat fuq bażi Part-Time fid-dekasteru u fis-segretarjat.

Ħal Tarxien – Triq Leonardu Abela — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir ix-xogħol neċessarju sabiex Triq Leonardu Abela, Ħal Tarxien tiġi rranġata u ssir uniformi u sħiħa mhux kif tinsab preżentement?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja u ser tkompli twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

Raħal Ġdid — Triq it-Tempji Neolitiċi - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba huwiex previst li tul din is-sena Triq it-Tempji Neolitiċi li tibda minn Raħal Ġdid sa Ħal Tarxien tiġi rranġata speċjalment minħabba l-fatt li ħafna residenti jbatu wara li tagħmel x-xita?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja u ser tkompli twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

Baħar iċ-Ċagħaq — Triq il-Kosta - Storbju ta’ karozzi/muturi

Question

B’refereza għal diversi ilmenti ta’ storbju fi Triq il-Kosta, f’Baħar iċ-Ċagħaq minn numru ta’ karozzi/muturi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm sound barriers biex iħarsu lir-residenti minn storbju kontinwu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2021 l-85th Percentile Speed fi Triq il-Kosta Baħar iċ-Ċagħaq kien ta’ 88km/h northbound u southbound kien 84km/h għall-karozzi tal-passiġġieri, u 109km/h għall-muturi. Fl-istess sena fl-2021, id-Day-Eve-Night Noise Indicators (Lden) maħruġa mill-Environmental Resources Authority juru lil kien hemm xi residenzi biswit Triq il-Kosta fejn tali 24-hours-Annual-Average kien ta’ 60-64dB. Kif ukoll in-Nighttime-Annual-Average (Lnight) kien ta’ 60-64dB. Sussegwentament ġew installati speed cameras addizjonali fi Triq il-Kosta għal Posted Speed Limit ta’ 60km/h. F’Diċembru tas-sena 2023 Transport Malta għamlet speed survey iehor fein l-85th Percentile Speed ta’ Triq il-Kosta kien ta’ 61km/h northbound u 64km/h southbound Dan it-tnaqqis tal-85th Percentile Speed ifisser li sar tnaqqis fil-ħsejjes mill-vetturi w muturi ta’ madwar 40% li jikkorrispondi sa massimu ta’ tnaqqis ta’ 5dB. Ħsejjes li jirriżultaw minn vetturi w muturi b’sewqan eċċessiv ikunu minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku tal-Posted Speed Limit u jkunu suġġetti għall-miżuri t’infurzar kif applikabbli.

Karozzi ġodda tal-linja — Aċċessibbilità għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karozzi ġodda tal-linja li tħabbru li ġew introdotti l-ġimgħa l-oħra humiex aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni li jużaw wheelchair?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-karozzi tal-linja li nġabu Malta riċentement huma konformi mar-rekwiżiti kollha tal-kuntratt tas-servizz tat-trasport pubbliku li fost oħrajn jinkludi l-aċċessibbiltá għal persuni b’diżabilità inkluż dawk li jagħmlu użu minn wheelchairs.

Persuni li għandhom vettura

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hawn persuni li għandhom vettura waħda, kemm hawn persuni li għandhom żewġ vetturi, kemm hawn persuni li għandhom tliet vetturi, eċċ. (esklużi vetturi ta' żewġ roti bħal muturi)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qiegħed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi kemm hawn persuni li għandhom vettura waħda, jew aktar (esklużi vetturi ta’ żewġ roti bħall-muturi).

Rotta 110

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18066, jista' l-Ministru jgħid jekk is-suġġeriment dwar iż-żieda fil-frekwenza ta' rotta 110 ġiex ikkunsidrat, u jekk kienx hemm xi deċiżjoni dwar dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet jekk il-frekwenza fuq din ir-rotta għandhiex tiżdied.

In-Naxxar u l-Iklin – Kostruzzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22010 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid min hu responsabbli mill-kostruzzjoni tat-triq li toħroġ mill-iskola tan-Naxxar u li tiftaħ fi Triq Giorgio Locano fl-Iklin? Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk din it-triq (ritratti annessi) hix inkluża fil-permess maħruġ mill-Planning Authority PA/09349/17?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Infrastructure Malta kienet responsabbli mill-kostruzzjoni tat-triq fuq talba tal-Ministeru tal Edukazzjoni. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant biex isaqsi it-tieni parti tal-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Birżebbuġa – Triq il-Port Ħieles – Zebra Crossings

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21797 u jgħid meta ser jinxtegħel id-dawl taż-zebra crossings fi Triq il-Port Ħieles, Birżebbuġa, in-naħa tal-Malta Freeport?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta approvat upgrading ta’ pedestrian crossings fi Triq il-Port Ħieles f’Birzebbuġa u issa għaddiet għal fażi tal- implimentazzjoni.

Birżebbuġa — Toroq mibnija mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21798 u ċjoè: Bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun f’bini ta’ toroq madwar il-pajjiż, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar snin inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta’ Birżebbuġa? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f’kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’Birżebbuġa jinkludu Triq Mons Spir Penza, Triq San Partrizju – Parking Area, Triq San Patrizju, Triq Ferdinand Stuflesser ll, Sqaq il-Girghien, Triq il-Kan Karm Bugelli, Triq il-Barrieri, Triq il-Barrieri, Triq il-Musbieħ, Triq il-B¿ulizija, Triq Gebel u Triq tal-Papa p/o, Triq Żaren Dalli, Triq il-Brolli, n/s fi Triq il-Qorll, Triq Mons Spir Penza, Triq ix-Xerriek, Triq it-Tankijiet, Triq Ħal Far, Triq il-Qalb Imqaddsa, Sqaq unamed alley in Triq Ħal Frar, Sqaq fi Triq l-Immakulata Kunċizzjoni, Triq ta’ Giligejla, Triq il-Fortizza ta’ Karagg, ix-Xatt ta’ San Ġorġ p/o Triq Nazzarenu Dalli u p/o Triq San Pietru, Sqaq fi Triq Limiti ta’ Wied il-Qoton, Triq 22 ta’ Frar, Triq l-Imnarja, Triq il-Fortizza, Triq Birżebbuġa, Triq ta’ Feliċjan u Shooting Range, saru b’investiment ta’ aktar minn €10 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Iż-Żurrieq — Toroq mibnija mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21799 u ċjoè: Bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun f’bini ta’ toroq madwar il-pajjiż, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt snin inbnew mill-ġdid fil-lokalità taż-Żurrieq? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f’kull waħda mit-toroq u jagħti r-rendikont tal-ispejjeż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fiż-Żurrieq jinkludu Sqaq Barcellona, Triq l-Għerien, Triq San Martin, Triq San Martin, Triq Santa Agata Triq Ġdida fi, Triq Sant Agata, Triq E. Grech, Triq il-Wardija, Triq bla isem fi Triq il-Belt Valletta, Triq Qortin, Sqaq il-Wahx, Triq Unamed Road in Triq il-Wardija, Triq il-Qroll p/o, Antonia Farrugia, Triq Wied Ganu, Sqaw Ta’ b’Xejn, Triq Zaccaria Roncali, Triq San Ġorġ Preca, Triq fi Triq il-Wardija, Triq Ħal Millieri, Triq Ġdida fi Triq Wied Fuliija, Sqaq ir-Rikka, Triq Wied Fulija, Vjal ix-Xarolla, Triq Bronja & Triq Dun Vincenz Schembri, Vjal il-Blu Grotto, Triq ic-Combini saru b’investiment ta’ aktar minn €7 miljun. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Ħal Tarxien — Xogħlijiet fil-pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħa jibdew ix-xogħlijiet fil-pjazza ta’ Ħal Tarxien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ix-xogħol fil-pjazza ta’ Ħal Tarxien jibda’ fl-ewwel kwart ta’ 2025, wara li tagħlaq is-sejħa għall-offerti li qed tiġi mħejjija għall-pubblikazzjoni.

Bormla — Ġnien Kottonera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta nfetaħ Ġnien Kottonera f’Bormla f’2007, x’kienet il-manutenzjoni li saret f’dan il-ġnien u kemm intefqu flus sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Il-Fgura – Sqaq fi Triq A.M. Valperga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi jistgħu jittieħdu sabiex id-drenaġġ li jidher li qiegħed jiskula fi sqaq intern fi Triq A. M. Valperga Fgura jiġi mwaqqaf u rimedjat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Belt Valletta – Triq San Ġwann — Tiswija ta’ ċangatura mkissra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux il-passi neċessarji sabiex iċ-ċangatura li hemm miksura u perikoluża fi Triq San Ġwann fil-Belt Valletta fil-parti ta’ bejn Triq ir-Repubblika u Triq id-Dejqa jiġu msewwija u rimedjata?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

Il-Gudja – Mirja tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġu installati mirja tat-traffiku sabiex jgħinu lil min ikun qiegħed isuq fi Triq Santa Katarina għall-Triq San Ċiru, u kif ukoll minn Triq Bettina għal fuq it-triq prinċipali, fil-Gudja?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ma’ rċeviet l-ebda talba għal road traffic mirrors fit-toroq imsemmija. Dawn huma toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali u għaldaqstant proposta jew applikazzjoni għal tali infrastruttura għandha tiġi mingħand il-Kunsill Lokali dirett.

Tas-Sliema — The Strand - Infurzar

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir l-infurzar meħtieġ f'The Strand, f'Tas-Sliema, minħabba li kumpanija tal-kiri tal-iscooters, muturi u quads qed tokkupa art pubblika bil-vetturi tagħha?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sezzjoni tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f’Malta għamlet numru ta’ spezzjonijiet fil-lokazzjoni msemmija u ħadet il-miżuri ta’ nfurzar kollha neċessarji.