Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16347 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ parking spaces riżervati li hemm awtorizzati fil-Belt Valletta, u għal kull post, jagħti t-triq li fiha hu awtorizzat u għan-nom ta’ min/jew għal liema funzjoni hu awtorizzat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 2090, 2091, 2092. Tlabt biex il-listi jiġu aġġornati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol li sar fl-2020 mill-Ministeru tiegħu fi Triq Santa Katerina u Triq Joseph Pace fil-Gudja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tat-toroq indikati Infrastructure Malta ħadmet mal-Kunsill Lokali li għalihom kellu proġettat li jsir pavimentar. L-aġenzija għamlet investiment li ammonta għal €240,130 (VAT inkluża) biex għamlet ix-xogħol kollu konness mal-bdil ta’ sistemi ġodda taħt l-art għas-servizzi tal-ilma, drenaġġ, telekomunikazzjoni, għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita u saret sodda tal-konkos bi tħejjija għall-pavimentar li sar mill-Kunsill Lokali.
Transport Malta — ħlas mill-organizzaturi/kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22921 u jgħid jekk Transport Malta hiex qed titlob ħlas mill-organizzaturi/kmamar tan-nar kull fejn jkun hemm ħruq tan-nar u l-festi u l-marċi fl-ibliet u rħula tagħna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Transport f’Malta toħrog permessi biex jingħalqu xi toroq waqt dawn l-attivitajiet biss. Permessi għal xi raġuniiet oħra joħorgu minn Awtorijtajiet oħrajn. Għalhekk din il-mistoqsija għandha tiġi indirrizata lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li jsir bus shelter għall-persuni li jżuru d-Dar tal-Providenza s-Siġġiewi, speċjalment minn fejn jgħaddu l-karozzi tal-linja numri 109 u 201 huma u sejrin mir-Rabat għal Lapsi u lura, minħabba li dan il-bus shelter huwa essenzjali għall-passiġġiera minħabba li meta jkun il-maltemp m’għandhom l-ebda post fejn jistkennu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li t-triq li fihom jinstabu dawn il-bus stops li qedgħin jiġu rreferuti għalihom f’din il-mistoqsija jaqghaw taħt ir-responsabilita’ tal- Kunsill Lokali u għal daqstant din it-talba trid tiġi magħmulha lill-istess Kunsill Lokali.
Transport Malta – Direct Orders fil-Gazzetta tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid id-dati ta’ meta ġew ippubblikati l-listi ta' Direct Orders fil-Gazzetta tal-Gvern minn Transport Malta għas-sena 2020 u sa Lulju 2021?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ Transport Malta tinsab fit-tabella ta’ hawn taht:
Perjodu
Data ta’ Pubblikazzjoni
Jannar – Ġunju 2020
Il-Gimgha, 18 ta’ Settembru 2020
Lulju – Diċembru 2021
Il- Gimgha, 16 ta’ April 2021
Jannar – Ġunju 2021
It-Tlieta, 5 ta’ Ottubru 2021
San Pawl il-Baħar – Triq San Franġisk – slipway u moll — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se tiswa s-slipway u moll off Triq San Franġisk, San Pawl il-Baħar? Kif ingħata x-xogħol, b'tender jew Direct Order? Min hu l-kuntrattur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet kollha li saru mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għas-snin 2018, 2019, 2020 u sa Lulju 2021? Jista’ jgħid kif ingħataw jekk hux b'tender jew direct order? Min japprova dawn ix-xogħlijiet u pagamenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet kollha li saru mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għas-snin 2018, 2019, 2020 u sa Lulju 2021? Jista’ jgħid kif ingħataw jekk hux b'tender jew direct order? Min approva dawn ix-xogħlijiet u pagamenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li saru mill-kumpaniija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għas-snin 2019, 2020 u sa Lulju 2021? Jista’ jgħid kif ingħataw jekk hux b'tender jew direct order? Min approva dawn ix-xogħlijiet u pagamenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li saru mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għas-snin 2019, 2020 u sa Lulju 2021? Jista’ jgħid kif ingħataw jekk hux b'tender jew direct order? Min approva dawn ix-xogħlijiet u pagamenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba sal-31 ta’ Awwissu, 2020 diġà ngħataw fuq il-mistoqsijiet parlamentari li ġejjin; PQ 15871, 12773, 16927, 19404, 21140 u 21342. Il-kumplament tad-dettalji mitluba qed jiġu miġbura.
B'referenza għal-'PRE-QUALIFICATION QUESTIONNAIRE FOR THE AWARD OF A CONCESSION CONTRACT FOR DESIGN, BUILD, FINANCE, OPERATE, MAINTAIN AND TRANSFER OF A MARINA IN MARSASCALA, MALTA IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER' jista’ l-Ministru jgħid minn min huma ffurmati l-erba' Consortium/Kumpaniji (isem il-kumpaniji, jew persuni) li ssottomettew (ibbidjaw) għal din l-imsemmija 'PRE-QUALIFICATION QUESTIONNAIRE'?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-erba’ bidders huma Harbour Management JV, Scala Marina JV, G and P Borg Ltd u Bonnici Bros Services Ltd.
Tnejn minn l-erba’ bidders huma Joint Venture u l-kompozzijoni tagħhom huma hekk;
Harbour Management JV – (c 29326)
MCS S.r.l (TO – 1157579)
Engineer Stefano Puppo (ID. No: A72955HT)
Archtect Marcofilippo Alborno (ID. No: AU 8052217)
Geologist Marco Abbo
Onepage Teknoloji ve Turizm Yatirimleri A.S. (010206)
Iven Insaat Marina Yatirimleri ve Ticaret A.S. (009422)
Scala Marina JV
Marina Di Valletta Ltd.
Naipaul Developments Ltd.
V & C Contractors Ltd.
Bitmac Limited
Schembri Barbros Ltd.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq Triq John Ayde li twassal minn Naxxar sal-Għargħur li tintuża minn ħafna persuni li jimxu, jew jiġru f’din iż-żona, kif ukoll ħafna karozzi u li fiha tilfet ħajjitha mara fit-13 ta’ Marzu 2020, liema traġedja setgħet tiġi evitata li kieku kien hemm crash barriers adegwati jew ħajt mibni sew?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li bniet mill-ġdid it-triq indikata ta’ madwar 1.2 kilometri li kienet fi stat ħażin ħafna, bix-xogħlijiet fiha kienu jinkludu tqegħid ta’ servizzi ġodda taħt l-art għall-provvista tal-ilma, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid bl-asfalt, Infrastructure Malta installat ukoll barrikati tal-azzar miksijin bl-injam biex iżżid is-sigurezza f’din it-triq u anke tħares l-estetika tal-inħawi.
Ir-Rabat Għawdex – Triq Wied il-Luzjata – crash barriers
Question
Wara li saru crash barriers fi Triq Wied il-Lunzjata fir-Rabat Għawdex, liema crash barriers saru b’tali mod li jostakolaw il-passaġġ tal-ilma meta tagħmel ix-xita, b’konsegwenza li l-livell tal-ilma tant għola li spiċċa ġarr xi vetturi fl-inħawi, jista’ l-Ministru jgħid x’se jsir biex tissolva din il-problema?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-crash barriers imsemmija huma barriers standard li twaħħlu wara talba mill-Kunsill Lokali ta’ Kercem w evalwazzjoni tal-bżonn min Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq il-wiċċ ta’ Triq il-Mistra fix-Xemxija, liema triq hija ta’ periklu serju u kontinwu u li qed twassal għal diversi inċidenti għall-periklu tas-sewwieqa u r-residenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’din ir-rotta ewlenija bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa, li fiż-żmien li ġej irid isir xogħol fiha minn entitajiet separati, Infrastructure Malta diġà għamlet diversi xogħlijiet inkluż fit-Telgħa tax-Xemxija u fit-Telgħa ta’ Selmun li jagħmlu parti mill-istess rotta. Kif diġà spjegajt f’diversi okkażjonijiet preċedenti, parti minnha diġà nbniet mill-ġdid u biex tkun tista’ ssir il-parti l-oħra, l-ewwel iridu jitlestew ix-xogħlijiet ta’ titjib fis-sistemi tal-ilma u tad-drenaġġ taħt l-art li hemm ippjanati li jsiru mill-entitajiet konċernati. Sadattant, aktar tiswijiet temporanji ta’ din ir-rotta se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin sakemm tkun tista’ tinbena mill-ġdid b’mod sħiħ fiż-żmien opportun.
Jista’ l-Ministru, filwaqt li nirringrazzjah għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22801, jgħid:
a) min kienu l-kuntratturi li għamlu x-xogħlijiet;
b) liema minnhom kienu magħżula b’direct order; u
c) liema kienu b’sejħa pubblika?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ntqal il-kunratt ewlieni ma ngħatax b’direct order imma wara proċess li beda b’sejħa pubblika u kien konkluż b’negotiated procedure. Il-kuntratt ewlieni ngħata lil BIFRA JV kif ukoll xogħlijiet addizzjonali marbuta mal-istess skop. Waqt li xogħlijiet oħrajn kumplimentari għall-proġett li ma setax jesegwihom il-kuntrattur ewlieni ngħataw lil E&L Enterprises Ltd. u Vincent Farrugia.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuni li d-dettalji u l-korrispondenza qed jingħataw separatament peress li l-garaxx hu inaċċessibbli minħabba ċirkostanzi ta' saħħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tat-Trasport qegħda ssegwi l-każ.
Trasport Pubbliku minn bus stops quddiem il-grawnd tal-Mosta
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jkun hemm Trasport Pubbliku minn bus stops ta’ quddiem il-grawnd tal-futbol tal-Mosta f’Valletta Road lejn in-Naxxar għal studenti li jmorru fl-iskejjel tan-Naxxar, u dan għaliex fil-preżent dan it-trasport pubbliku waqaf?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li ttieħdet nota ta’ dan is-suggeriment għal aktar kunsiderazzjoni.