Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16408.

Il-Mosta — Sidien tal-oqbra fiċ-ċimiterju - Kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex isir kuntratt mas-sidien tal-oqbra fiċ-Ċimiterju fil-Mosta? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm konvenji pendenti u kemm hemm oqbra għall-bejgħ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi bħalissa d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali qed jibgħat ittri lill-individwi kollha li kienu ffirmaw konvenju għall-akkwist tal-oqbra, biex jissottomettu kull dokumentazzjoni jew irċevuti fil-pussess tagħhom. Huwa antiċipat li sal-aħħar ta’ Diċembru, d-Direttorat jirċievi id-dokumentazzjoni u fil-ġimgħat ta’ wara, il-fajls jibdew jintbagħtu lin-Nutar Pubbliku għat-tħejjija tal-kuntratti. Huwa antiċipat li l-kuntratti kollha jiġu ffirmati sa tieni kwarta tas-sena 2025. B’kollox hemm 647 kuntratt li jridu jiġu ffirmati u m’hemmx oqbra disponibbli għall-bejgħ.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu preżentement fil-Ministeru bħala: (a) Head of Secretariat; (b) Deputy Head of Secretariat; (c) Private Secretary; (d) Assistant Private Secretary; (e) Head Customer Care Officer; (f) Customer Care Officer; (g) Customer Care Assistant; (h) Communications Secretary; (i) Events Co-ordinator; (j) Co-ordinating Officer; (k) Secretariat Officer; (l) Secretariat Pool; (m) Senior Secretariat Messenger; (n) Secretariat Messenger; (o) Chairwoman; (p) Personal Driver; (q) Security Officer; (r) Advisor; (s) Policy Consultant; (t) Policy Co-Ordinator; (u) Photographer; (v) Person/Position of Trust oħrajn? Jista’ jgħid ukoll x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati, min huma dawn l-impjegati, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'każ ta' Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x'inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta' kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? Minn dawn l-allowances u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati għal xiex hu intitolat u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli): (i) Disturbance Allowance; (ii) Secretariat Allowance; (iii) Bonus for Overtime Worked; (iv) Communications Allowance; (v) Fully-expensed mobile telephony; (vi) Free telephony; (vii) Pre-Paid top-ups for telephony service; (viii) Internet Service; (ix) Car Allowance; (x) Transport Allowance; (xi) Fuel Vouchers; (xii) Use of car-hired car; (xiii) Use of government-owned car; (xiv) Internet key; (xv) Tablets; (xvi) Laptops; (xvii) Peripherals; (xviii) Expertise allowance; (xix) Disturbance Allowance; (xx) Shift Allowance; (xxi) Xi tip ta' allowance u/jew perkaċċi oħra (speċifika)? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat tal-Ministeru għandu fis-seħħ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Kif weġibt f'diversi istanzi, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Direct Orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16408.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Outpatients — Stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17263 u jgħid x’inhu l-average waiting time fl-Outpatients tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri ttieħdu jew qed jittieħdu biex il-waiting time jonqos?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-ħin medju ta’ stennija fid-Dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huwa ta’ madwar 40 jum. Qed jittieħdu diversi miżuri biex jitnaqqas il-ħin ta’ stennija f’dan id-Dipartiment fosthom: • Qed jittieħdu passi sabiex jitkabbar id-Dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar. Dan se jżid in-numru ta’ kliniċi fejn il-konsulenti jkunu jistgħu jaraw aktar pazjenti. • Ikompli jikber n-numru ta’ konsulenti li jipprovdu servizzi f’diversi dixxiplini, biex b’hekk jiżdiedu l-booking slots disponibbli u jitnaqqas il-ħin ta’ stennija f’dan id-Dipartiment.

Uniformijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-professjonisti tal-Allied Health Services għadhom mingħajr l-uniformi? Jista' jgħid ukoll meta huwa ppjanat li jaslu l-uniformijiet għall-istaff kollu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-kunsinja tal-uniformi waslet Malta u se tibda tiġi mqassma fil-ġimgħat li ġejjin.

Allied Health Services — Djarji għas-sena 2025

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-istaff tal-Allied Health Services għadhom ma ngħatawx djarju għas-sena 2025 biex ikunu jistgħu jippjanaw u jiktbu l-appuntamenti tal-pazjenti għal Jannar 2025 'il quddiem?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsba infurmat li s-CPSU irċiviet appell fit-2 ta’ Diċembru 2024 u għaldaqstant il-proċess ta’ sejħa kellu jiġi sospiż sakemm jinstema' quddiem il-Public Contracts Review Board (PCRB). Il-każ se jinstema’ fis-16 ta’ Jannar.

CPSU — Direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mis-CPSU?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Mediċina Aclasta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-mediċina Aclasta (5mg) titpoġġa bħala parti mil-listi ta’ mediċini li jinġabru skont is-sistema tal-karta s-safra?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb biex il-formularju jitwessa sabiex jinkludi mediċina injettabli ‘bisphosphonate’ bħala parti mil-lista ta’ mediċini li jinġabru skont is-sistema tal-karta s-safra. Din il-mediċina tista’ tkun zoledronic acid 5 mg (bħall- Aclasta®) jew simili, jiġifieri mill-istess klassi farmaċewtika.

Ossiġnu fid-djar — Għajnuna 24/7

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex waqfet l-għajnuna 24/7 f'każ ta’ emerġenza għall-pazjenti minn meta nbidel l-kuntrattur li jissupplixxi l-magni tal-ossiġnu fid-djar tal-pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-kuntrattur ma nbidilx. Dan is-servizz huwa regolat b’kuntratt ma’ kumpanijja privata fejn waħda mill-klawsoli issemmi il-ħin fejn il-kuntrattur jista’ jiġi kkuntattjat mit-Tnejn sas-Sibt fil-ħijiet bejn is-07:00 u 18:00.

Sptar Mater Dei — Testijiet fuq il-kwalità tal-arja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23991, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħħa u jgħid jekk it-testijiet fuq il-kwalità tal-arja u preżenza ta' moffa jsirux ukoll fi kliniċi li jinsabu fis-sular -1 fl-Isptar Mater Dei inkluż l-Outpatients u sulari oħra?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Mater Dei hemm sistema ta’ ventilazzjoni li tiċċirkula arja ġdida.

Shower oil — Out of stock

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23994, jista’ l-Ministru jgħid f’liema xhur u ġranet fis-sena 2024 ix-shower oil kien out of stock mill-POYC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li għal xi jiem f’Diċembru ma kienx hemm shower oil daqs id-domanda. Din issolvit fi ftit jiem.

Home Help — Servizz imwaqqaf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani intitolati għas-servizz tal-Home Help li bħalissa mhumiex qed jieħdu dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-raġuni għal dan it-twaqqif?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm tlieta u sebgħin anzjan (73) fil-proċess sabiex jiġu assenjati helper ieħor/oħra. Ir-raġunijiet għat-twaqqif ikunu varji, kemm min-naħa tal-anzjan u kemm min-naħa tal-helper.

Home Help — Servizz ridott

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani intitolati għas-servizz tal-Home Help li bħalissa qed jieħdu dan is-servizz ridott (b’nuqqas fis-sigħat)? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-raġuni għal dan is-servizz ridott?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li s-servizz tal-Home Help jingħata għal sagħtejn fil-ġimgħa. Ma hemm l-ebda klijent/a li għandu/ha inqas minn hekk.

Home Help — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li sal-25 ta’ Novembru 2024, kien hemm ħamsin applikazzjoni għall-Home Help pendenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-ħamsin applikazzjoni għall-Home Help kienu pendenti għax kienu għaddejjin mill-proċess biex jingħatalhom is-servizz. Fix-xahar ta’ Novembru 2024, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità irċeviet mija, sebgħa u sittin (167) applikazzjoni ġdida għall-Home Help.