Legislature:
Category:
Reset
Active:

numru ta' raħħala

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bin-numru ta' raħħala full-time u part-time reġistrati f'Għawdex u Malta separatament illum? Jista' jinfurmani bl-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li id-Direttorat ta' Regolazjoni tal-Biedja u Sajd ma jżommx data relatata ma' raħħala full time u part time iżda jirreġistra biss l-irziezet.

Ħal Qormi — Toroq mill-Ħandaq għal Fortizza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19451 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta Transport Malta se tagħmel it-triq mill-Ħandaq għall-Fortizza fil-konfini ta' Ħal Qormi u toroq li jagħtu għall-għeliqi fl-akwata u dan peress li jinsabu fi stat mill-aktar diżastruż?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li din it-triq taqa taħt ir-responsabiltà tal-kunsill lokali u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lil-Ministru kkonċernat.

Kuntratt ta' pubblicità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20944, 20706, 20435 u 19754 u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tiġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kuntratti lill-kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

produzzjoni tal-majjal frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-majjal frisk f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li din l-istatistika tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

produzzjoni tat-tjur tas-simna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tat-tjur tas-simna f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li din l-istatistika tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga friska f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li din l-istatistika tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

produzzjoni tal-ġbejniet friski

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ġbejniet friski f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li din l-informazzjoni ma tinġabarx mill-Ministeru tiegħi.

Minimum internal height

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux maħsub li l-mininum internal height tal-bini li llum jispeċifika minimu ta' 2.75 metri, jitnaqqas billi bosta bini li jinbena fuq għaxar filati ma jistax jilħaq dan l-għoli, iktar u aktar meta wieħed iqis li hemm pajjiżi fejn dan l-għoli hu ta' 2.1metri?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Border Inspection Point — majjal u tiġieġ importati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każijiet li waqt il-border inspections, fil-border inspection point irriżulta li kien qed jiddaħħal laħam tal-majjal/tiġieġ fis-suq lokali, matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Kemm kien l-ammont ta' laħam li nstab f'dawn l-inspections?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Bħalma diġa ntqal fit-tweġiba tal-mistoqsija numru 20787 l-BIP jeżamina kull konsenja li tkun dieħla Malta minn pajjiżi terzi. Għaldaqstant l-ammont ta’ laħam li nstab huwa dak li wieħed issib fl-istatistika uffiċjali miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.

industrija tal-iproċessar — produzzjoni tat-tadam

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet il-produzzjoni tat-tadam għall-industrija tal-iproċessar f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l -produzzjoni eżatta tkun magħrufa fl-aħħar ta’ Novembru.

industrija tal-iproċessar — produzzjoni tad-dulliegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet il-produzzjoni tad-dulliegħ għall-industrija tal-iproċessar f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ma teżistiex industrija għall-ipproċessar tad-dulliegħ. Id-dulliegħ kollu jiġi prodott għall-konsum dirett.

industrija tal-iproċessar — produzzjoni tal-għeneb

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet il-produzzjoni tal-għeneb għall-industrija tal-iproċessar f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li li d-dikjarazzjonijiet tal-prodotturi rigward il-produzzjoni tal-għeneb għall-iproċessar għas-sena 2010 jingabru fl-aħħar ta' Novembru u għaldaqstant din l-informazzjoni ma tistax tingħata għalissa.

industrija tal-iproċessar — produzzjoni tal-patata

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet il-produzzjoni tal-patata għall-industrija tal-iproċessar f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi din l-istatistika speċifika ma tinżammx mill-Ministeru tiegħi.

industrija tal-iproċessar — produzzjoni tal-frawli

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet il-produzzjoni tal-frawli għall-industrija tal-iproċessar f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-frawli f’Malta ma jmurx għall-ipproċessar imma għal konsum dirett.

industrija tal-iproċessar — produzzjoni tal-ħaxix frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet il-produzzjoni tal-ħaxix frisk prodott, prodott għall-industrija tal-iproċessar f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi din l-istatistika speċifika ma tinġabarx. Il-Ministeru jiġbor statistika tal-ħaxix li daħal fil-pitkalija.

Knis ta' toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati mal-gvern li jaħdmu fuq il-knis tat-toroq arterjali? X’inhi l-policy tal-gvern fuq il-manteniment tal-indafa fit-toroq arterjali u distributorji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi n-numru ta’ ħaddiema li jnaddfu t-toroq arterjali huwa ta' 152. Dawn jinkludu ukoll ħaddiema li jwettqu xogħol permezz ta’ knis mekkanizzat. Il-policy tal-gvern rigward l-indafa fit-toroq hija illi dawn it-toroq jinżammu fl-aqwa stat ta’ ndafa kemm jista' jkun possibli f’kull ħin.