Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala appartamenti li nħarġu skond skema taħt avviż legali shared ownerships (2008) Mġarr u li nbiegħu bil-prezz kummerċjali, madwar xahar wara reġgħu nħarġu għall-bejgħ l-appartamenti li kien fadal, din id-darba bi prezz issussidjat?
Ma jaħsibx li dan l-aġir jikkostitwixxi inġustizzja kbira ma' dawk il-persuni li xahar qabel ħallsu l-prezz kummerċjali sħiħ għall-istess proprjetà?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-postijiet imsemmija ħargu f'ħargiet differenti ta’ l-Awtorita’ tad-djar. Hija l-prassi li kull ħarga jkollha kundizzjonijiet differenti minn oħra. Dan sabiex jirriffletti iċ-ċirkustanzi ta’ dak il-perijodu partikolari. Il-kundizzjonijiet tax-xiri ta’ dawn il-postijiet kienu ċari u kull applikant kien konxju tal-kundizzjonijiet.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, jiġi rikonoxxut bħala inkwilin ta' flat fir-Rabat Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Infurmat illi l-Awtorita’ tad-Djar rċeviet it-talba tas-sinjur fl-14 ta’ Novembru, 2007. Fis-27 ta’ Novembru, 2007 l-Awtorita’ tad-Djar bagħtet l-ewwel ittra lila biex tistaqsih x’inhu l-istat ċivili tiegħu imma peress li dan ma weġibniex intbagħtet ittra oħra fit-tmintax ta’ Diċembru, 2007. Għal darba oħra dan il-persuna reġa ma wegibx għal din l-ittra. Fil-11 ta’ Jannar, 2008 reġgħet intbagħtet l-aħħar ittra, din id-darba reġistrata, iżda din ġiet lura “unclaimed”. Għalhekk dan il-każ gie rreferut quddiem il-board fid-29 ta’ Lulju, 2008 fejn il-membri tal-bord iddeċidew li ssir spezjoni fil-post. Din l-ispezzjoni saret fl-20 t’Awissu, 2008 u l-każ reġa’ instemgħa fid-29 ta’ Jannar, 2009. Il-membri tal-bord iddeċidew li terġa ssir spezzjoni oħra meta x-xogħol ikun tlesta. Fl-20 ta’ Marzu 2009 nies mil-Awtorita’ tad-Djar marru jagħmlu spezzjoni imma għal darb’oħra ma sabu lil ħadd. Meta finalmente ssir din l-ispezzjoni L-Awtorita’ Tad-Djar tkun f’pozizjjoni li tieħu deċizzjoni
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li min-naħa tal-Awtorità tad-Djar qalulha li kellha tirċievi risposta u għadha ma rċeviet xejn?
Response (DALLI, JOHN)
Infurmat illi l-Awtorita’ tad-Djar qegħda tipprova tiddentifika post adattat għall-applikanta peress li fil-lokalita li tixtieq hi m'hemmx postijiet vakanti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jirċievu assistenza fil-komunità minn careworkers ta' l-Aġenżija Sapport? Kemm-il siegħa kull wieħed minn dawn il-persuni b'diżabilità qed jirċievi fil-ġimgħa fid-dar tiegħu? Hemm xi familji li għandhom ftehim miktub (biex iħallsu xi spejjeż) bħalma sar mal-familja indikata fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7371?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Aġenzija SAPPORT permezz tas-support-workerss tagħha qed tipprovdi assistenza lil 102 persuna b’diżabilita’ fil-komunita’ li jammontaw għal 630 siegħa servizz fil-ġimgħa. L-assistenza lil kul individwu tvarja min siegħa (1) għal 27 siegħa fil-ġimgħa skond il-bzonn tal-klijent kif approvat mis-Service Allocation Committee (SAC) tal-Aġenzija. B’kollox hemm 3 persuni li jħallsu parti mis-servizz li jirċievu u dawn min total ta’ 23.25 siegħa servizz iħallsu għal 16.25 siegħa fil-ġimgħa.
Informat ukoll li minħabba nuqqas ta’ riżorsi hemm 20 persuna b’diżabilita’ oħra li s-Service Allocation Committee approvalhom 76.50 siegħa servizz fil-ġimgħa li għalissa ma humiex jingħataw dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' arbitru li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u jgħid meta din is-sinjura se tidher għax hija tixtieq li tkun infurmata dwar dan?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara għaliex sid ta' post tal-Gvern li qiegħed jixtri biċċa arja fuq dan il-post biex ikun jista' jibni kamra tal-banju qed isib problema? Jista' jgħid jekk għandux dritt għal din l-arja? Kemm hemm nies li għamlu talba bħal din u ngħataw l-akkwist għax-xiri tal-arja?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax li l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet xi korrispondenza min-naħa tas-sid tal-appartament imsemmi biex jikseb permess jew saħansitra jinnotifika li jixtieq jibni kmamar jew jagħmel alterazzjonijiet oħra fl-istess appartament.
każ ta' kumpannija li falliet — ħaddiema bla xogħol
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga kumpannija li d-dettalji qed jidhru separatament, li kienet timpjega madwar 60 ħaddiem li din skont il-management falliet? Issa li l-ħaddiema spiċċaw la jistgħu jirreġistraw u anqas flus ma jieħdu, jista' jara x'jista' jsir u jinħareġ forma ta' kumpens biex dawn il-familji jkollhom xi forma ta' għajnuna?
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa dwar ilmenti mir-residenti fi Triq is-Sur, Senglea, li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' firien fit-triq li qed jiġu mit-tarzna?
Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar tal-2008 kemm kien hemm nies jaħdmu għal rashom
part-time
biss (m’għandhomx xogħol
full-time
) f’Malta u Għawdex separatament?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7475, peress li għaddew aktar minn 24 ġurnata, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tagħrif mitlub nġabarx u cioè : Jaf li jeżistu żewġ job vacancies ta' konsulenti fid-Dipartiment tal-Patologija u li wieħed minnhom ilu vakanti minn Novembru tal-2005? Jaf li diġaà saru l-interviews u ħarġu ir-riżultati uffiċjali? Jista' jispjega x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu u jgħid fiex wasal il-proċess?
Jaf li skont il-ftehim li sar mal-MAM biex persuna tkun eliġibbli li tapplika għall-post ta' konsulent trid tkun ilha sentejn speċjalista fuq bazi
full-time,
liema speċjalisti jkunu reġistrati fuq reġistri tal-ispeċjalisti mediċi?
Jista' jispjega f'dan l-isfont kif inhu l-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li m'ilhiex sentejn taħdem bħala speċjalista tħalliet tapplika għall-post ta' konsulent u għaddiet, meta kien hemm nies li applikaw li kienu ilhom aktar minn sentejn jaħdmu bħala speċjalisti u għalhekk ma tapplikax l-eċċezzjoni miftiehma bejn il-MAM u l-Gvern?
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex vera li f'Malta hawn rata għolja t'obeżità fit-tfal taħt it-12-il sena? Jista' jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex din ir-rata tonqos u ma titkompliex din it-trend?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard jagħmel stħarrig fost tfal ta’ l-iskola ta’ 11, 13 u 15 il-sena. Ir-rata tal-obesita f’dawn l-etajiet hija alarmanti, u fil-kas ta’ tfal ta’etajiet 13 u 15 il-sena, hija l-għola fl-Europa u l-Amerika ta’ fuq.
Il-figura għal-Malta huma dawn:
BMI (overweight u obese)
11 il-sena
13 il-sena
15 il-sena
Subien Bniet
Subien Bniet
Subien Bniet
2002
33.8% 23.5%
27.9% 16.7%
2006
25.4% 30%
31% 30.9%
32.1% 27.8%
Għal-din ir-raġuni, qed isiru diversi inizjattivi biex negħlbu din il-problema kemm f’livell individwali, kif ukoll fuq livell nazzjonali.
Twaqqaf kumitat interministerjali ICCO, biex iħares lejn l-aspetti kollha li jistgħu jaffetwaw l-obesita f’kull eta. L-ICCO iħares lejn il-fatturi li jolqtu lit-tfal, u l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni huwa nvolut għax huwa l-mezz kif nilħqu lit-tfal.
Informat li d-Dipartiment tal Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard jagħmel diversi kampanji nazzjonali biex jindirizza din il-problema.
‘Kul l-Ħamsa kuljum’ – Kampanja promozzjonali dwar il-konsum tal-frott u l-ħaxix –
Din il-kampanja nazzjonali li ser isir f’Ġunju li ġej, għanda l-għan li tqajjem kuxjenza u għarfien fost il-pubbliku dwar l-importanza ta’ konsum xieraq ta’ ħaxix u frott kuljum. Il-mezzi ta’ kommunikazzjoni ta’ din il-kampanja qegħdin jitħejjew li jinkludu:
logo
,
poster
, fuljett edukattiv u kartolini b’riċetti li jippromwovu aktar konsum xieraq ta’ ħaxix u frott, b’hekk is-saħħa tal-pubbliku Malti tkun aktar mħarsa. Bħalissa wkoll qed jitħejja stħarriġ sabiex tinġabar informazzjoni fost il-pubbliku qabel Ġunju li ġej.
Proġett imexxi minn DG Sanco huwa il
-Joint WHO/EC DG SANCO Monitoring progress on improving nutrition, physical activity and preventing obesity in the EU (2008-2010)
: L-Għan ta’ dan il-proġett hu sabiex jkun irrappurtat l-ħidma li seħħet matul dan l-aħħar snin dwar in-nutriment u l-attivita’ fiżika. Dan jinkludi statistika u informazzjoni oħra;
policies
u
networks
; interventi prattiċi tajba u evalwazzjoni ta’ progress f’dan il-qasam. Għal dan il-għan, twaqqaf
network
ta’
Focal Points
Nazzjonali dwar in-nutriment u l-attivita’ fiżika kif ukoll ġie stabbilit Grupp magħmul minn esperti li ġejjin minn setturi differenti sabiex tinġabar din l-informazzjoni. Isiru diversi
reklami televiżżivi li jippromwovu l-attivita’ fiżika imirata kemm għal adulti u kif ukoll għat-tfal tal-iskola, qegħdin bħalissa jintwerew matul is-sena fuq l-istazzjon nazzjonali televiżżiv Malti f’ħinijiet ta’ udjenza l-aktar qawwija. Il-kampanji edukattivi biex jippromovu l-attivita fiżika u dieta bilanċjata jkomplu mas-setturi speċifikati bħal skejjel u postijiet tax-xogħol u fil-komunita'.
Qed isiru ukoll diversi bidliet b’rizultat ta kollaborazzjoni bejn Id-Dipartiment tal Promozzjoni tas-Sahha u Prevenzjoni ta’ Mard u id-Dipartment ta’l-Edukazzjoni bl-ghan li anka l-iskejjel jipprowuovu hajja aktar b’sahhitha u li tindirizza l-obesita permess ta’ attivita fizika u ghazla ta’ ikel bnin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Gvern qed jikri xi ambulanzi? Jekk iva, kemm qed jikri minnhom? Mingħand min inkrew? Kif intgħażel dan is-sors u xi proċeduri intużaw dwar dan? B'kemm qed jinkrew kuljum?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Gvern qiegħed jikri ambulanzi mingħand il-privat.
Wieħed ma jistax jgħid kemm qed jinkrew ambulanzi kuljum, għax dawn jinkrew f’okkażjonijiet ta’ ħsarat li jġarrbu l-ambulanzi tad-Diviżjoni u skont il-ħtieġa. Nista’ nispeċifika, pero’, li bejn Jannar u Ġunju 2008 ma nkrewx ambulanzi, filwaqt li bejn Lulju u Diċembru 2008 inkrew 198 darba. Matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2009 inkrew b’kollox 169 –il darba.
L-ambulanzi jinkrew minn dawn is-sorsi : Red Cross Ambulance, St. John’s Ambulance (Malta), Health Services Group Ltd, FSC Ltd, u Ambumar Ltd. Għal dan l-iskop, intalbu tliet kwotazzjonijiet. Dawn ġew evalwati kollha u anke ġew verifikati minn uffiċjali kliniċi fid-Dipartment ta’ l-Emerġenza ta’ l-iSptar Mater Dei biex jassiguraw li huma ambulanzi li jistgħu joffru servizz sħiħ ta' emerġenza. Dawk l-ambulanzi li jinkrew u jkunu ser jintużaw mill-
garage
ta’ G'Manġia għal skopijiet ohra (minbarra l-każi ta’ emerġenza) jiġu verifikati sabiex jiġi assigurat li dawn ikollhom l-aċċessorji kollha biex jagħtu servizz lil pazjenti biex jitwasslu lejn id-dipartimenti ta’ l-
Out Patients,
Djar ta’ l-Anzjani tal-Gvern u dawk tal-privat, Sptarijiet tal-Gvern, Kliniċi tas-Saħħa, Ajruport Internazzjonali ta' Malta, eċċ.
Informat ukoll li fis-sena 2008, l-ambulanzi nkrew mingħand
Ambumar Ltd
bir-rata ta’ €161.50 kuljum, filwaqt li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2009 inkrew 60 darba mingħand
FSE Ltd
(bir-rata ta’ €140 kuljum) u 27 darba mingħand
Health Services Group Ltd.
(bir-rata ta’ €200 kuljum) għall-użu fis-servizz ta’ l-Emerġenza ta’ l-iSptar Mater Dei, filwaqt li nkrew 82 darba oħra mingħand
Ambumar Ltd.
(bir-rata ta’ €161.50 kuljum) għas-servizzi l-oħra minbarra dawk relatati ma’ l-iSptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7352 u cioè: Peress li f’pajjizi oħrajn tal-Unjoni Ewropea fejn hemm restrizzjonijiet fuq it-tipjip huma permessi dawk li jissejħu electronic cigarettes fejn mingħajr ma wieħed ipejjep b'mod konvenzjonali jista' jirrikorri għall-electronic cigarette kits li jaħdmu b’replacement nicotine cartridges, jista' l-Gvern jirrevedi l-policy tiegħu f'dan ir-rigward, meta f’bosta pajjiżi dawn jistgħu jinbiegħu b’mod legali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li skond il-liġijiet ta’ Malta prododott li jkun fih sustanza derivata minn tabakk bhal ma hija n-nikotina huwa klassifikat bħala prodott tat-tabakk għall-finijiet lal-liġi. Għaldaqstant dak kollu li japplika għat-tabakk japplika wkoll għal dawn il-prodotti u għalhekk għalkemm dawn jistaw jinbiegħu b’mod legali, għandhom restizzjonijiet dwar użu u reklamar bħal ma għandu t-tabakk.
Informat ukoll li d-Diviżjoni għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika qed issegwi mill-qrib l-iżviluppi li qed isuru f’dan il-qasam kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tas-saħħa u jekk tinħass il-ħtieġa
policies
u liġijiet jiġu riveduti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7351 u cioè: Madwar 20 xahar ilu, l-amministrazzjoni taċ-ċentri ta’ matul il-jum (adult training centres) inbidlet mill-Ministeru tal-Politika Soċjali għall-Foundation for Social Welfare Services – taħt l-aġenzija Sapport.
Jista' l-Ministru jgħid x’bidla kien hemm fl-ispiża kapitali ghat-tmexxijja ta’dawn iċ-ċentri?
Jista' jagħti
breakdown
tal-bagit tal-
Foundation for Social Welfare Services
li tinkorpora l-aġenzija Appoġġ, l-aġenzija Sedqa u l-aġenzija Sapport.
X’persentaġġ tal-baġit tal-aġenzija Sapport qed tkun allokata għaċ-ċentri ta’ matul il-jum?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ispiża kapitali għat-tmexxija ta’dawn iċ-ċentri hi hekk :-
Sena
Ammont Allokat
€
Nefqa
€
2005
81,528
81,512
2006
69,881
69,716
2007
163,056
134,465
2008
85,300
85,114
2009
60,000
Informat ukoll li l-breakdown tal-baġit tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali huwa hekk:
Agenzija
Budget Vote No.
€
% of Budget
FSWS
6207
93,000
0.85
Sedqa
6645
2,200,000
20.05
Appogg
6646
2,870,000
26.15
Sapport
6774
5,810,000
52.95
Total:
10,973,000
Mill-ammont ivvutat lil Aġenzija Sapport, qed ikun allokat ammont ta’ 62.6% liċ-ċentri ta’ matul il-jum.
Informazzjoni fuq waiting list — surgical and gynaecology operations
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7386, 6970, 6261 u 5940 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5625, jista' jara li din l-informazzjoni tibda tinġabar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li biex tibda tinġabar l-informazzjoni mitluba irid jiġi nstallat programm kompjuterizzat magħruf bħala Centralised Waiting List Management Programme.
Jista' l-Ministru jgħid fir-residenza San Vincenz de Paule x'inhu: a) in-numru ta' nisa residenti u n-numru ta' irġiel residenti; b) in-numru ta' residenti minn kull lokalità ta' Malta, lokalità b'lokalità; c) in-numru ta' anzjani fuq il-waiting list għal kull lokalità ta' Malta?
Jista' l-Ministru jgħid skond l-istatistika li jżomm id-dipartiment tal-kura primarja x'kien in-numru ta' persuni li attendew il-bereġ tal-Gvern fid-distretti, sena b'sena mill-2005 sa l-2008?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' persuni li fittxew l-għajnuna tad-Detox minħabba abbuż tad-droga, matul is-sena 2008? Kemm kienu nisa u kemm irġiel? X'kienet l-aktar sustanza abbużata?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li matul l-2008, 1,085 persuna għamlu użu mis-servizzi tad-Detox Out-Patients li tmexxi s-Sedqa. Minn dawn 188 kienu nisa u 897 kienu rġiel. Fost dawn 53 raġel u 23 mara għamlu użu mis-Servizzi tad-Detox għall-ewwel darba.
Informat ukoll li 1,017 mill-1,085 persuna li nqdew bis-Servizzi tad-Detox (kwazi 94%) fittxew l-għajnuna minħabba problema ta’ eroina
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' suwiċidju sena b'sena bejn l-2006 u l-2008? Jista' jindika kemm minn dawn kienu barranin, kien ukoll in-numru ta' nisa, irġiel u kemm minnhom kienu addoloxxenti taħt it-18-il sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li kien hemm 70 mwiet kawża ta' suwiċidju bejn is-sena 2006-2008 skond ir-Reġistru Nazzjonali ta' l-imwiet. Minn dawn 5 kienu barranin. Ma kienx hemm każijiet ta' suwiċidju li kienu addoloxxenti taħt it-18-il sena. L-informazzjoni mitluba sena b'sena hija hekk :-
Sena Irġiel Nisa Barranin Taħt it-18-il sena
2006 22 5 1 0
2007 25 1 1 0
2008 14 3 3 0.