Ksur tal-liġijiet dwar il-ħarsien tal-annimali – Persuni li ġew imressqa l-Qorti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18505, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ispezzjonijiet li nstab xi forma ta’ ksur tal-liġijiet dwar il-ħarsien tal-annimali tressqu l-Qorti u kemm instabu ħatja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fis-snin 2021, 2022 u 2023, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt, li tinkludi n-numru tal-persuni li nstabu ħatja sallum għax diversi każi għadhom sub-judice. Il-Pulizija ma jkolliex dettalji ta’ dawk il-każi fejn jiġu mposti pieni amministrattivi kif provdut fil-Kap. 439 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Persuni li ġew imressqa l-Qorti fuq ksur tal liġijiet dwar ħarsien tal-annimali mill-Pulizija
Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti 2021Misjuba ħatja 2021
sat- 2/5/24
Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti 2022Misjuba ħatja 2022 sat- 2/5/24Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti 2023Misjuba ħatja 2023 sat- 2/5/24
1414 267
154
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji f'Marzu u f’April tal-2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fix-xhur ta’ Marzu u April tal-2024 kien hemm ħames persuni li kkommettew suwiċidju. F’Marzu kien hemm każ wieħed ta’ persuna barranija. F’April kien hemm erba’ każi, kollha ċittadini Maltin.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14317, fejn intqal:
“Infurmat li l-Aġenzija Identità tinvestiga kwalunkwe rapport li jidħlilha.
Infurmat ukoll li t-Taqsima tal-Compliance twaqqfet reċentement fi ħdan din l-Aġenzija, u matul is-sena 2023 fetħet 197 investigazzjoni li minnhom 122 huma magħluqa”,
jista’ l-Ministru jgħid xi jfisser li investigazzjoni tkun ingħalqet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li jekk it-Taqsima tal-Compliance tara li hemm provi biżżejjed u lok sabiex jingħata l-każ lill-awtoritajiet kompetenti skont l-każ. F’dan il-każ l-investigazzjoni min-naħa tat-Taqsima tal-Compliance tkun eżawrita, jiġifieri ma jkunx għad fadal xi jsir bħala ġbir ta’ provi, u din tkun ikkunsidrata bħala magħluqa.
F’każ li ma jkunx hemm provi biżżejjed, dak il-każ ikun ikkunsidrat bħala magħluq sakemm jinstabu provi ġodda u allura f’dawk iċ-ċirkostanzi, il-każ jerġa’ jinfetaħ.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14317, fejn intqal:
“Infurmat li l-Aġenzija Identità tinvestiga kwalunkwe rapport li jidħlilha.
Infurmat ukoll li t-Taqsima tal-Compliance twaqqfet reċentement fi ħdan din l-Aġenzija, u matul is-sena 2023 fetħet 197 investigazzjoni li minnhom 122 huma magħluqa”,
jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu wara li investigazzjoni tkun ingħalqet?
Identità — Taqsima tal-Compliance – Każijiet irrapurtati lill-pulizija jew entitajiet oħra
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14317, fejn intqal:
“Infurmat li l-Aġenzija Identità tinvestiga kwalunkwe rapport li jidħlilha.
Infurmat ukoll li t-Taqsima tal-Compliance twaqqfet reċentement fi ħdan din l-Aġenzija, u matul is-sena 2023 fetħet 197 investigazzjoni li minnhom 122 huma magħluqa”,
jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-każijiet ġew irrapurtati lill-pulizija jew entitajiet oħra? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawn l-entitajiet f’numri f’persentaġġi minn dawn il-122 każ magħluq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li mill-122 każijiet magħluqa, 56 każ għaddew lil entitajiet oħra.
Minn dawn 46 ġew irrappurtati lill-pulizija u 10 lil Jobsplus.
Identità — Taqsima tal-Compliance – Miżuri ta’ protezzjoni għall-immigranti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14317, fejn intqal:
“Infurmat li l-Aġenzija Identità tinvestiga kwalunkwe rapport li jidħlilha.
Infurmat ukoll li t-Taqsima tal-Compliance twaqqfet reċentement fi ħdan din l-Aġenzija, u matul is-sena 2023 fetħet 197 investigazzjoni li minnhom 122 huma magħluqa”,
jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu biex dawn l-immigranti jkunu protetti, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li l-visa tagħhom tkun marbuta ma’ employers li jista’ jkun qed jisfruttahom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Aġenzija Identità tagħti ktejjeb informattiv lil kull applikant tas-Single Permit li jingħata l-Permess ta’ Residenza biex ikun jista’ jaħdem u jgħix f’Malta. F’dan il-ktejjeb detentur tal-Permess ta’ Residenza għandu linji gwida neċessarji għalih dwar dawk li huma drittijiet tiegħu bħala impjegat f’Malta, kif ukoll l-obbligi tiegħu.
Infurmat ukoll li l-Aġenzija twettaq għadd ta’ spezzjonijiet fuq diversi postijiet tax-xogħol, fosthom f’siti ta’ kostruzzjoni u stabbilimenti varji sabiex jiġi żgurat li ma jkunx qed isir sfruttament ta’ ħaddiema minn pajjiżi terzi. Kemm-il darba jkun hemm suspett ta’ abbuż jiġu innotifikati entitajiet oħra konċernati fosthom Jobsplus, DIER u Pulizija sabiex jittieħdu passi ulterjuri.
Fejn jirriżulta li hemm abbuż, il-persuni konċernati jingħataw gwida u għajnuna sabiex ikun assigurat li l-preżenza tagħhom f’Malta tkun waħda legali.
Identità — Taqsima tal-Compliance – Konsegwenza għal sidien ta’ kerrejja
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14317, fejn intqal:
“Infurmat li l-Aġenzija Identità tinvestiga kwalunkwe rapport li jidħlilha.
Infurmat ukoll li t-Taqsima tal-Compliance twaqqfet reċentement fi ħdan din l-Aġenzija, u matul is-sena 2023 fetħet 197 investigazzjoni li minnhom 122 huma magħluqa”,
jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sidien ta’ kerrejja li ffaċċjaw xi tip ta’ konsegwenza għax inqabdu jakkomodaw għexieren ta’ immigranti fl-istess appartament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.
Identità — Taqsima tal-Compliance – Persuni li nqabdu jħaddmu immigranti minn terzi pajjiżi illegalment fl-2023
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14317, fejn intqal:
“Infurmat li l-Aġenzija Identità tinvestiga kwalunkwe rapport li jidħlilha.
Infurmat ukoll li t-Taqsima tal-Compliance twaqqfet reċentement fi ħdan din l-Aġenzija, u matul is-sena 2023 fetħet 197 investigazzjoni li minnhom 122 huma magħluqa”,
jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jħaddmu illegalment immigranti minn pajjiżi terzi fl-2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fl-2023 kien hemm 1,695 intrapriża li nqabdet tħaddem persuni immigranti minn pajjiżi terzi, rregolarment minn Jobsplus.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imħarrka persuni li nqabdu jħammġu jew iħallu skart barra mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma lokalità lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn 1 ta’ Jannar 2023 sad-19 ta’ April 2024 il-Pulizija u l-Uffiċjali tal-Komunita ħarrku ħames t’elef, sebgħa mija u sebgħa u tmenin (5787) persuna li nqabdu jħammġu jew iħallu skart barra. Il-Kontravenzjonijiet ġew maħruġa mid-diversi sezzjonijiet tal-korp, u tal-LESA, li jinkludu permezz ta' cameras. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinforma kemm-il serqa ġiet irrapportata matul is-sena 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, separatament għal kull sena, fil-lokalità tan-Naxxar? Jista' l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni skont is-serq minn fejn sar, pereżempju minn residenza, karozza, fuq persuni, eċċ.?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ serq irrapportat fin-Naxxar għas-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 separatament għal kull sena, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Din tinkludi s-serq skont il-kategorija kif mitluba mill-Onor. Interpellanta.
Category
2020
2021
2022
2023
ARMED ROBBERY
0
0
2
2
BAR RESTAURANT - CUSTOMERS
0
1
0
0
BAR RESTAURANT - PREMISES
1
1
1
1
BUILDING SITES
3
6
3
3
FACTORIES - EMPLOYEES
0
0
0
0
FACTORIES - PREMISES
0
0
0
2
FARMS AND FIELDS
5
3
2
1
GOVERNMENT BUILDINGS
0
0
1
3
HOTEL - CUSTOMERS
0
2
0
0
HOTEL - EMPLOYEES
1
0
0
0
HOTEL - PREMISES
0
0
1
0
MUGGING
0
0
0
1
OFFICES - PREMISES
1
0
0
3
OTHER THEFT
7
5
10
16
PICK-POCKETING
1
0
1
0
RESIDENCE - EXTERIOR
1
0
3
2
RESIDENCE - OCCUPIED
8
12
7
4
RESIDENCE - VACANT
4
4
2
2
RETAIL OUTLETS - CUSTOMERS
1
0
0
0
RETAIL OUTLETS - EMPLOYEES
0
1
1
0
RETAIL OUTLETS - PREMISES
2
1
3
3
RETAIL OUTLETS - SHOP LIFTING
4
2
1
1
SNATCH AND GRAB
1
0
0
1
STREETS AND PUBLIC AREAS
11
8
3
3
THEFT FROM BEACHES
2
1
0
0
THEFT FROM SEACRAFT
2
1
1
3
THEFT FROM VEHICLE - EXTERIOR
3
4
7
10
THEFT FROM VEHICLE - INTERIOR
13
8
12
13
THEFT OF SEA CRAFT
0
1
1
0
THEFT OF VEHICLE
4
7
7
7
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ‘golden passports’ kull sena minn meta nfetħet? Jista’ jippreżenta tabella taċ-ċittadinanza oriġinali tal-applikanti li tindika wkoll in-numru u l-persentaġġ tat-total tal-passaporti minn din l-iskema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għar-rapport annwali maħruġ mir-Regolatur li hu maħtur bis-saħħa tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188), u li jkun impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Identità — Taqsima tal-Compliance – Data tat-twaqqif
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14317, fejn intqal:
“Infurmat li l-Aġenzija Identità tinvestiga kwalunkwe rapport li jidħlilha.
Infurmat ukoll li t-Taqsima tal-Compliance twaqqfet reċentement fi ħdan din l-Aġenzija, u matul is-sena 2023 fetħet 197 investigazzjoni li minnhom 122 huma magħluqa”,
jista’ l-Ministru jgħid id-data meta twaqqfet it-Taqsima tal-Compliance fi ħdan l-Aġenzija Identità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-Taqsima tal-Compliance fi ħdan l-Aġenzija Identità twaqqfet f’nofs Ġunju tal-2022.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tal- Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, r-risposta hija fin-Negattiv.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li terġa’ tinfetaħ l-għassa ta' San Pawl il-Baħar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-għassa prinċipali tad-Distrett hija dik tal-Qawra’ filwaqt li l-għassa tal-Pulizija f’San Pawl il-Baħar hija użata mill-Pulizija tal-Komunità.
Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa, din is-sena l-Ministru attenda l-Kunsill Informali għall-Affarijiet Interni f’Jannar u l-Med5 Ministerjali f’April.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-2023 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-iktar għaxar toroq f'Malta li fihom ingħataw taħrikiet matul l-is-sena 2023, kienu dawk li jidhru fit-tabella hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ taħrikiet li nħarrġu għal kull triq. Infurmat li dawn l-ammonti jinkludu taħrikiet permezz ta' speed cameras.
LokalitàIsem tat-triqNumru ta’ ċitazzjonijiet
1NaxxarTriq il-Kosta (Baħar iċ-Ċagħaq – Pembroke lejn San Pawl)13748
2AttardTriq in-Nutar Zarb6920
3San ĠiljanTriq Mikiel Anton Vassalli5825
4BirkirkaraTriq Dun Karm5712
5GudjaMalta International Airport4188
6ŻejtunTriq tal-Barrani (ZTN1 - To ZTN)3790
7GħaxaqDawret Ħal Għaxaq (By Pass)2999
8ŻebbuġTriq l-Imdina2909
9SliemaIx-Xatt2855
10SliemaTriq it-Torri2843