Billi l-Ministru qal li Transport Malta kienet kompletament responsabbli għall-istudji dwar l-istess rotot li fil-biċċa l-kbira issa se jiġu mibdula u anki modifikati minnha stess għall-buses tal-Arriva, jista' jgħid:
a) kemm saru studji b’kollox qabel biss ħarġu l-offerti għall-operaturi;
b) minn min saru;
ċ) kemm ġew jiswew
d) kif intgħażlu l-konsulenti konċernati;
e) jekk hux se jsiru studji ġodda biex isir it-tibdil mill-ġdid;
f) jekk dawn humiex se jsiru minn Transport Malta stess jew minn xi konsulenti mill-ġdid;
ġ) kemm mistennija jiġu jiswew dawn l-istudji ġodda jekk verament se jsiru; u
h) jekk se jitqabbdu konsulenti, kif se jintgħażlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — remunerazzjoni tal-konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija paralmentari 29207 u jgħid kemm ġew jew qegħdin jiswew flus it-tined li nbnew sabiex iservu ta' shelters għan-nies fil-bus termini tal-Belt u Buġibba u għall-karozzini fix-xatt tal-Belt separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tined temporanji fil-bus termini tal-Belt u Buġibba jiswew bejn €240 u €300 (VAT eskluża) fil-ġimgħa għal kull tinda. Rigward is-shelters għal karozzini fix-xatt tal-Belt, ninsab infurmat li dawn qed jitħallsu mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali; għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet s'issa n-nefqa min-naħa tal-gvern, minn korporazzjonijiet u awtoritajiet tiegħu biex żamm mal-obbligi tiegħu skont il-kuntratt li ffirma meta twaqqfet Smart City? Fiex intnefqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi l-bypass tan-Naxxar, bejn ir-roundabout qabel in-niżla tal-Iklin, u r-roundabout ta' qabel tibda nieżel in-niżla t'Alla u Ommu, hi waħda użata ħafna, kemm binhar kif ukoll billejl, u billi din l-istess triq għandha wkoll żewġ toroq li bihom jinqdew ir-residenti tal-area, matul it-tul kollu, jista' l-Ministru permezz ta' Transport Malta jieħu l-passi neċessarji biex din it-triq isirulha crash barriers, u jiġi assigurat li dawn il-barriers ikollhom id-dawl bil-lejl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet saru fuq id-Deep Water Quay matul din is-sena u x'kienet l-ispiża? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista l-Ministru jgħid għaliex se jingħalaq il-car park li hemm adjaċenti mal-Fosos tal-Furjana biex ikun akkomodat ċirklu għal żmien il-Milied u b'hekk jitnaqqsu n-numru tal-parkeġġi għall-persuni li jkunu jridu jmorru jixtru mill-Belt għal żmien il-Milied?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma sabet ebda oġġezzjoni wara li din ġiet ikkonsultata mill-Pulizija dwar talba biex jintrama ċirklu fil-car park li jmiss mal-Fosos tal-Furjana għall-perjodu ta’ bejn is-7 ta’ Diċembru 2011 u l-4 ta’ Jannar 2012. Din il-pożizzjoni ttieħdet abbażi tal-fatt li l-istess car park diġà intuża għall-istess għan u fl-istess perjodu fis-snin li għaddew, fosthom anki s-sena li għaddiet.
Madankollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni finali tittieħed mill-Pulizija wara konsultazzjoni li ssir ukoll mal-kunsill lokali konċernat.
Triq minn ħdejn il-Kappuċini tal-Kalkara sa Bieb is-Sultan
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar informazzjoni aġġornata dwar it-triq ippjanata minn ħdejn il-Kappuċċini tal-Kalkara sa ħdejn Bieb is-Sultan, liema triq se tgħaddi minn art agrikola magħrufa bħala Tal-Fatar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta se titranġa Triq l-14 ta' Settembru 1798, Ħaż-Żabbar, liema triq hi fi stat diżastruż għall-aħħar? X'se jsir biex ikun evitat l-għargħar issa li qed joqrob l-istaġun tax-xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Triq l-14 ta' Settembru 1798 ma teżistix, però ġo Ħaz-Żabbar teżisti Triq l-10 ta' Settembru 1798. Transport Malta qed tipprepara l-programm tax-xogħlijiet ta' manutenzjoni fit-toroq arterjali u distributorji u se jikkunsidra l-inklużjoni ta' din it-triq. Ninsab infurmat ukoll li ser jitnaddfu l-culverts tal-ilma tax-xita li hemm f'din it-triq.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-arbli li diġà qegħdin fil-post fi Triq il-Kostituzzjoni, l-Mosta jsiru traffic lights għaliex fil-preżent hemm diffikultajiet għal dawk li jkunu se jaqsmu t-triq, ladarba issa tneħħiet iż-zebra crossing?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qed isiru x-xogħlijiet meħtieġa fejn dawn il-pelican lightsu se jibdew jaħdmu fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex bus shelter li hemm fi Triq Valletta quddiem l-entratura tal-Mosta Technopark, ikun imnaddaf għaliex fil-preżent jidher li huwa maħmuġ u ftit li xejn jista' jintuża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa f'din il-leġislatura fuq proġetti li saru fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru rispettiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29339, fejn ġejt imwieġeb fuq 7 siegħat minn ġurnata ta' 24 siegħa, jista' l-Ministru jgħid jekk fis-17-il siegħa l-oħra fil-village core jistgħux jiġu bbenjati l-ħornijiet għaliex il-morda, in-nies li jaħdmu bix-shiftsu l-anzjani ikollhom bżonn il-mistrieħ 24 siegħa kuljum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-horn huwa għodda fil-vettura sabiex tinġibed l-attenzjoni fis-sewqan u għal ragunijiet ta’ saħħa u sigurtà u li, skont ir-Regolamenti tal-Vetturi bil-Mutur Paragrafu 96, l-użu bla bżonn tal-horn imur kontra dan ir-regolament u huwa meqjus bħala ksur tal-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex tneħħa l-istage tat-trasport pubbliku minn Triq Mikiel Anton Vassalli f'San Ġiljan? Ladarba issa suppost li se jmur lura għal kif kien oriġinarjament, jista' jagħti assigurazzjoni li dan l-istage se jerġa' jitpoġġa fejn kien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm u meta tħallas il-kumpens u lil kemm individwi, wara t-tneħħija tal-liċenzji tal-karozzi tal-linja? Kemm fadal u meta se jitħallas il-bilanc li għad fadal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-somma globali dovuta lis-sidien tal-karozzi tal-linja ta’ Malta jammonta għal €54,347,683. Minn din is-somma l-ammonti kollha tħallsu minn barra f’dawk il-każi fejn:
· hemm proċeduri legali għaddejin, li s-somma tlaħħaq l-ammont ta’ €1,051,129.76; u
· f’każijiet fejn is-sidien ma rritornawx id-dokumenti mitluba, s-somma dovuta lilhom tammonta għal €289,697,27.
Infurmat ukoll li fir-rigward ta’ sidien tal-karozzi tal-linja ta’ Għawdex l-ammont globali dovut lilhom jammonta għal €3,120,000, li s’issa tħallsu terz tal-kumpens li jammonta għal €1,036,671. Minn dawn sid wieħed biss għadu ma tħallasx minnħabba proċeduri legali. Il-kumplament se jitħallas f'żewġ pagamenti fis-sentejn li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija Arriva hijiex konxja li ma tipprovdix servizz għal min ikun sejjer il-Pixxina Nazzjonali ta' pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Pixxina Nazzjonali hi servuta b'rotta numru 110 li tibqa' sejra lejn il-Marsa Park and Ride, Sta.Venera, Fleur De Lys, Ta' Paris, Swatar, Mater Dei, San Ġwann, Ta' Ġiorni, Gżira u Sliema kull siegħa. Bejniethom, Marsa Park & Ride u Mater Dei huma konnessi ma' Malta kollha.
Ħaż-Żabbar — St. Peters - Triq Patri Dun Felicjan Grech - nuqqas ta' dawl fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jieħdu azzjoni minnufih biex fi Triq Patri Dun Felicjan Grech,St.Peters, Ħaż-Żabbar, fil-parti tan-naħa fejn għadha ma ġietx asfaltata, ikun hemm arblu ta' dawl peress li t-triq hija mudlama?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.