Statementing board –lista ta’ stennija għall-assessjar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew l-assessment tal-Istatementing Board? Jista’ jgħid ukoll x’inhi d-data tal-iktar applikazzjoni antika bħalissa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-proċess hu wieħed kontinwu u rigoruż.
Skejjel Primarji tal-Istat — Nefqa għal Stationery
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal stationery biex tintuża mill-għalliema u mill-edukaturi fl-iskejjel primarji tal-Istat mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-1 ta' Ottubru 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali għall-iskejjel primarji tal-Istat matul il-perjodu msemmi kien ta’ €54,957.42
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal stationery biex tintuża mill-għalliema u mill-edukaturi fl-iskejjel medji tal-Istat mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-1 ta' Ottubru 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali għall-iskejjel medji tal-Istat matul il-perjodu msemmi kien ta’ €10,466.01
Skejjel sekondarji tal-Istat — Nefqa għal Stationery
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal stationery biex tintuża mill-għalliema u mill-edukaturi fl-iskejjel sekondarji tal-Istat mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-1 ta' Ottubru 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali għall-iskejjel sekondarji tal-Istat matul il-perjodu msemmi kien ta’ €22,144.37
Skejjel Primarji tal-Istat — Għalliema u Edukaturi - Stationery
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-istationery li l-għalliema u l-edukaturi fl-iskejjel primarji tal-Istat huma eleġibbli għalihom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Stationery tinxtara mill-amministrazzjoni tal-iskejjel skont il-ħtiġijiet partikulari tal-għalliema u l-edukaturi.
Skejjel Medji u Sekondarji tal-Istat — Għalliema u Edukaturi - Stationery
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-istationery li l-għalliema u l-edukaturi fl-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat huma eleġibbli għalihom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Stationery tinxtara mill-amministrazzjoni tal-iskejjel skont il-ħtiġijiet partikulari tal-għalliema u l-edukaturi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21551, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każ/każijiet ta' rapporti dwar abbuż fiżiku minn edukatur/edukaturi fuq student/studenti fl-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament matul is-sena 2022? Jekk iva, meta saru dawn ir-rapporti? Jista’ jgħid ukoll għal kull każ, jekk sarx rapport lill-pulizija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li ma wasal l-ebda rapport ta’ abbuż fiżiku matul is-sena msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student li għandu l-kundizzjoni tad-dyslexia beda/kompla bl-istudju tiegħu fil-bidu ta’ din is-sena skolastika? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji, terzjarja, MCAST, Università, eċċ.) u allura jgħid kemm hawn studenti li għandhom din il-kundizzjoni f’kull livell? Jista' wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskejjel tal-Istat, it-total ta’ studenti li talbu servizz tal-SpLD bil-profil ta’ dyslexia huwa 1,809. Filwaqt li n-numru ta’ studenti rreġistrati mal-Inclusive Education Unit fl-MCAST għal dyslexia hu ta’ 302 student.
Infurmat li l-Università ta’ Malta tista’ tippublika l-figuri wara l-aħħar tas-sena.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Reklami fuq gazzetti - Nefqa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17925, peress li l-Ministru ma pprovdiex l-ammonti rispettivi li ngħataw lill-gazzetti rispettivi, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kif mitluba fil-mistoqsija parlamentari 17925 u ċjoè: jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21162, jista' l-Ministru jgħid kemm minn fost il-217 għalliema ġodda li ġew impjegati, kienu diġà fil-professjoni ta' għalliema fi skejjel tal-Knisja u/jew tal-Privat qabel daħlu mal-Istat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn fost il-217 għalliema ġodda, 2 għalliema kienu ingaġġati fi skejjel indipendenti filwaqt li 6 għalliema kienu ingaġġati fi skejjel tal-Knisja qabel ma daħlu mal-Istat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21552, 21764 u 21935 u jgħid jekk il-Malta Union of Teachers (MUT) ħarġitx direttivi fir-rigward tal-Iskola Guardian Angel matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024? Jekk iva, liema huma, għaliex inħarġu, meta nħarġu u meta twaqqfu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ letturi: (a) full-time, u (b) part-time li hemm fil-Higher Secondary in-Naxxar? Jista’ jgħid ukoll kemm mil-letturi full time li hemm fis-Sixth Form t’Għawdex, għandhom kwalifiki fil-livell ta’ (a) Baċellerat, (b) Masters (c) Dottorat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Higher Secondary tan-Naxxar hemm 134 għalliem fejn 67 għandhom kwalifika ta’ livell sitta, 65 għandhom Masters u 2 għandhom Dottorat.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġiżlatura kien hemm total ta’ 8 każijiet fil-Ministeru jew f’xi entità fid-dekasteru. F’kull każ ittieħdu l-passi dixxiplinari neċessarji.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' studenti li għamlu l-eżami tas-SEC fil-Matematika fl-Iskola Sekondarja tal-Ħamrun, maqsuma skont il-marka li ġabu minn 1 sa 8 u U?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.