Skejjel tal-istat — Lmenti fuq nuqqasijiet ta' trasport
Question
Tista' l-Minstru tgħid kemm kien in-numru ta' lmenti fuq nuqqasijiet ta' trasport aċċessibli għall-istudenti fl-iskejjel tal-istat fl-ewwel jiem tal-istaġun skolastiku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul l-ewwel 10 ijiem ta’ skola saru 17,680 vjaġġ bit-tfal ta’ l-iskola fuq 684 rotta differenti. Infurmata wkoll li b’kollox matul l-istess perjodu daħlu ilmenti dwar 15-il rotta.
Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa l-proġett tal-visiting centre f'Ħaġar Qim? Kemm ser jiswew it-tined li ser jgħattu t-tempji? Kif ġie ffinanzjat dan il-proġett? Meta ngħataw il-fondi u fuq liema pjanti u deskrizzjoni tal-proġett ngħataw? Meta ġew approvati l-fondi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-valur totali tal-kuntratt ghall-kostruzzjoni tac-Ċentru għall-Viżitaturi f’Ħagar Qim jammonta għal 1.7 miljun ewro (qabel il-VAT).
Il-valur totali tal-kuntratt għat-tined protettivi fuq Ħagar Qim u l-Imnajdra huwa ta’ 2.5 miljun Ewro (qabel il-VAT).
Il-Proġett għall-Konservazzjoni u Preżentazzjoni ta’ Ħagar Qim u l-Imnajdra qiegħed jibbenefika minn 4.2 miljun Ewro taħt il-programm ta’ Fondi Strutturali għas-snin 2004-06.
Ma’ l-ispejjez imsemmija, wieħed irid iżid il-ħlas lill-perit Walter Hunziker, li f’April 2004 intgħazel bħala r-rebbieħ tal-kompetizzjoni internazzjonali għad-disinn tal-proġett, u li jammonta għal 200,000 Ewro (qabel il-VAT).
Wieħed irid iżid wkoll l-ispejjeż ta’ Heritage Malta, partikolarment is-salarji ta’ l-impjegati tagħha għall-hin li ħadmu fuq il-proġett u azzjonijiet relatati, li huma stmati mal-140,000 Ewro.
Figuri aktar preċizi ta’ l-infieq attwali jkunu jistgħu jingħataw wara li jkun tlesta il-progett.
Il-Fondi Strutturali ġew konfermati f’Diċembru ta’ l-2004, jiġifieri wara li kien żviluppat il-qafas tal-proġett li qiegħed jitwettaq, kif dettaljat fil-Project Description Statement preżentat lill-MEPA f’Diċembru, 2004
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-istudenti li jattendu skejjel tal-Gvern dikjarati bħala Musulmani jew minn ġenituri Musulmani?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-istudenti li jattendu skejjel tal-Gvern dikjarati bħala Musulmani jew minn ġenituri Musulmani huma fil-Kulleġġi mniżżla hawn taħt:
Kulleġġi
Studenti Musulmani
Kulleġġ Santa Margerita
17
Kulleġġ San Benedittu
48
Kulleġġ San Ġorġ Preca
58
Kulleġġ Sant’Injazju
24
Kulleġġ Santa Klara
96
Kulleġġ Maria Reġina
61
Kulleġġ San Nikola
19
Kulleġġ Santa Tereża
30
Kulleġġ San Tumas More
35
Kulleġġ Għawdex
12
TOTAL
400
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-istudenti Maltin reġistrati f'Mariam Albatool School li ġejjin:
a) minn familji fejn l-omm u l-missier huma Musulmani?
b) minn familji fejn l-omm biss hi Musulmana u r-raġel mhuwiex
c) minn familiji fejn il-missier biss hu Musulman u l-mara mhix?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fl-iskola Mariam Albatool hemm 105 student Malti.
Infurmata wkoll li minħabba n-natura sensittiva tagħha, l-informazzjoni li talbet l-Onor. Interpellant, la tinġabar mill-iskola u lanqas mis-Sezzjoni ta’ l-Iskejjel mhux Statali fid-Direttorat għal Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid min jissettja l-grad u l-ammont ta' kwalifikazzjoniiet meħtieġa sabiex tagħmel kors fl-Universita' ta' Malta? Għaliex għal ċerti korsijiet il-kwalifikazzjonijiet jinbidlu minn sena għal oħra ? Veru li biex tagħmel kors tal-mediċina tliet passes "C" grade f'livell avvanzat huwa biżżejjed jekk dawn ikunu ġabuhom minn eżamijiet ta' l-Ingilterra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-kwalifiki għad-dħul fil-korsijiet ta’ l-Universita’ huma approvati mis-Senat ta’ l-Universita’ fuq rakkomandazzjoni tal-Fakulta’kkonċernata. Mhux korrett li wieħed jgħid li l-kwalifiki mitluba jinbidlu minn sena għall-oħra għalkemm tista’ tinħass il-ħtieġa li jkun hemm tibdil. Meta dan isir jingħata sentejn pre-avviż.
Dwar il-kors tal-mediċina, fejn hu allegat tliet passes ‘C’grade f’livell avvanzat huwa biżżejjed jekk dawn ikunu ġabuhom minn eżamijiet ta’ l-Ingilterra, ir-risposta hi fin-negattiv.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn child cares centres liċenzjati f'Malta u f'Għawdex u fejn qegħdin? Tista' tgħid liema huma tal-gvern u liema huma tal-privat jew tal-Knisja?
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna laboratorji tat-teknoloġija fl-iskejjel f'Malta u f'Għawdex? Tista' tgħid f'kull każ jekk dawn il-laboratorji humiex jintużaw u għalxiex qed jintużaw? X'attivitajiet edukattivi jsir fosthom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li-fl-iskejjel sekondarji hemm 72 laboratorju tad-Design and Technology li jkopru erba’ taqsimiet: Resistant Materials , Electronics, Food u Textiles.
Dawn il-laboratorji qed jintużaw mill-istudenti li jagħżlu dan is-suġġett mill-ewwel sal-ħames sena sekondarja u li wara jkunu jistgħu jersqu għall-eżami tas-SEC.
Tista l-Ministru tgħid jekk sarx xi studju mid-Divizjoni tal-Edukazzjoni biex jevalwa kemm mill-budget tal-edukazzjoni fil-fatt imur fuq l-edukazzjoni tat-tfal (riżorsi, materjal edukattiv) fil-klassi flok jeħel f'istrutturi oħra tas-sistema edukattiva peress li fil-pajjiżi bl-aqwa sistemi edukattivi sa 30% tal-budget imur fuq riżorsi u materjal edukattiv fil klassi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi regolarment isegwi in-nefqa tal-budget ivvotat għall-edukazzjoni tat-tfal. In-nefqa ddedikata lill-edukazzjoni tat-tfal hija mmirata li tasal għandhom fil-klassi fil-forma ta’ tagħlim jew f’servizzi oħra li jirċievu. Il-biċċa l-kbira tan-nefqa hija ddedikata f’personal emoluments, riżorsi, servizzi, inizjattivi, programmi u attivitajiet oħra ta’ġid għall-istudenti.
Tista' l-Ministru tgħid matul din is-sena x'ħatriet ingħataw fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ħatra b'ħatra? F'kull każ kemm applikaw? Kemm inħatru u x'kienu l-kriterji tal-ħatra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, din is-sena ngħataw dawn il-ħatriet:
HATRA
KEMM APPLIKAW
KEMM INĦATRU
Diretturi - DES
44
3
Diretturi - DQSE
23
2
Prinċipali tal-Kulleġġi
36
10
Service Managers
– Human Resources Development
53
4
Service Managers
– Student Sevices
71
5
Uffiċċjali Edukattivi
86
21
Kapijiet ta’ Skejjel
21
12
Għalliema
645
applikazzjoni li jammontaw għal
389
individwi u li minnhom
219
kienu ineliġibbli
129
Il-kriterji ta’ l-għażla huma esperjenza, kwalitajiet ta’ tmexxija, abilita’ maniġerjali, personalita’ u għarfien ta’ rwol u kemm il-persuna hija adattata.
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena skolastika 2007-2008 kemm kien hemm każi ta' vjolenza fuq għalliema fil-livelli kollha ta' l-iskejjel f'Malta u f'Għawdex? X'passi ttieħdu dwar dawn il-każi? X'miżuri hemm maħsuba għas-sigurtà fl-iskejjel għas-sena skolastika 2008-2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fis-sena skolastika 2007 – 2008 ġew irrapurtati sitt każijiet ta’ vjolenza fizika fuq l-għalliema, tlieta fil-livell primarju u tlieta fil-livell sekondarju. F’kull każittieħdu l-passi skond is-sitwazzjoni li jinkludu eskluzzjoni, twissija, rapport lill-pulizija, bord ta’ dixxiplina u referrals għas-servizzi ta’ appoġġ.
L-iskejjel isaħħu s-sigurta’ b’diversi modi kemm strutturali (ezempju gradi, reception areas, eċċ), kif ukoll permezz ta’ referral policies għal servizzi ta’ appoġġ.
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2007-2008 x'inizjattivi ttieħdu fl-iskejjel primarji ta' Malta u Għawdex biex jissaħħaħ:
a) il-litteriżmu tal-Malti u l-Ingliż
b) il-qari fost it-tfal
ċ) il-ħila fil-matematika
d) il-kultura xjentifika u teknoloġika fost it-tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li dwar il-litteriżmu,il-qari fost it-tfal u l-ħila fil-matematika:
il-prattika u l-metodoloġija tat-tagħlim fl-oqsma kurrikulari kollha li l-interprellant għamel referenza għalihom huma tat-tip li jindirizzaw mhux biss il-ħtiġijiet partikulari tal-grupp/i li wieħed ikun qiegħed jgħallem, iżda wkoll il-ħtiġijiet individwali ta’ kull student.
Metodoloġija u inizzjattivi partikulari li ttieħdu f’dan ir-rigward huma:
· Dħul ta' kotba ġodda tal-qari bil-Malti fl-iskejjel ta' l-istat.
· Skejjel Primarji komplew jibnu l-iskemi tal-qari tal-Ingliż.
·
In-service
training għall-għalliema tas-sitt klassi tal-Primarja dwar kotba ġodda għat-tagħlim ta’l-Ingliż li jgħinu biex jissaħħah it-tagħlim tal-qari u l-kitba.
· Lezzjonijiet fil -litteriżmu lil gruppi sħaħ / klassijiet ta’ tfal minn għalliema mħarrga fil-litteriżmu – għalliema ta’ l-Edukazzjoni Kumplimentarja.
· L-Edukazzjoni Kumplimentarja f’year 1 sa year 4 tal klassijiet tal-primarja kollha fl-iskejjel ta’ l-istat.
· Il-Programm tal ‘Let Me Learn’ fejn numru ta’ għalliema ġew imħajra f’dan il-programm.
· Ir-‘
Writing Workshop’
fejn numru ta’ għalliema ġew imħarrga f’dan il-programm.
·
Literacy Tutors
li jqassmu numru ta’ kotba biex iħeġġu t-tfal jaqraw.
· L-użu tal-metodu tal-
‘phonics’
fil- qari.
· Sar kors ta’ taħrig mifrux fuq sena sħiħa għall-għalliema fil-ħiliet bażici.
· Id-dipartiment ipproduċa sitt kotba biex jintroduċu l-flus ġodda.
·
Handbook
bħala
guidelines
għall-
Learning Support Assistants
fuq L-
Abacus
F1 kif ukoll bħala gwida għall - għalliema.
· Sensiela ta’ taħdidiet għall -ġenituri fuq
The New Maths
Fil–qasam tax-Xjenza u t-Tekonoloġija fost it-tfal infurmata li:
· It Twettiq tal- Kurrikulu mill-għalliema
‘ peripatetic’
tax-xjenza u t- teknologija fl-iskejjel ta’ l-istat.
· Il-providiment ta’ esperjenzi memorabli f‘ambjent informali ta’ tagħlim. L-iskop huwa l-introduzzjoni u konsolidazzjoni ta’ topiċi xjentifiċi fil-kurrikkulum tal-primarja. L-attivitajiet kollha jiżviluppaw ħiliet u attitudnijiet relatati max-xjenza permezz ta’ esperjenzi prattiċi. F’dawn l-attivitajiet sar użu mid-drama, ICT u l-metodoloġija investigattiva biex jingħata l-kontenut xjentifiku.
· L-istudenti ngħataw esperjenzi prattiċi kif ukoll opportunitajiet biex isiru jafu aktar fuq il-Flora u Fawna Maltija permezz ta’
‘fieldwork’
ħdejn iċ-ċentru tax-xjenza fl-attivita
‘In Touch with Nature’
.
· Proġetti ta’ Comenius
· Laqgħat għal
Staff Development
· Produzzjoni tal-Programm Xjentifiku : Fil-Gżira tat-Teżor
· It-tħaddim ta’ Progetti fuq it-Teknologija ma’ gruppi varji ta’ studenti mill-għalliema ‘peripatetic’ tax-xjenza flimkien maċ-Ċentru tat-Teknologija (Naxxar). Madwar 60 student minn klassijiet ta’ year 5 u year 6 mill-iskejjel ta’ l-istat ħadu sehem f’attivitajiet pratiċi fiċ-Ċentru tat Disinn u t-Teknoloġija (Naxxar). Huma ħadmu fuq Ikel u Tessuti. Għamlu użu mill-kompjuter u magni tal-Lazer biex id-disinjaw proġetti fuq tessuti u ikel, u materjal reżiżtenti.
Mijiet ta’ studenti ukoll ipparteċipaw f’attivitajiet f’diversi postijiet fosthom;
Science Center, Playmobil Fun Park
u
Saint James Cavallier
.
Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna qed tingħata lill-għaqdiet sportivi sabiex ikunu jistgħu jsiru testijiet tal-anti-doping? Liema huma dawk id-dixxiplini sportivi li qed ikunu megħjuna u x'inhi l-għajnuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-iSport, taħt l-iskema tiegħu Doping Assistance, ta din l-għajnuna lil dawn l-entitajiet:
Entita’
Skop
Ammont f’Assistenza
Kunsill Malti għall-iSport
Twaqqif ta’ Doping Unit
EUR 16,958.00
Malta Amateur Athletic Association
Testijiet kontra d-Doping
EUR 2,096.44
Malta Football Association
Testijiet kontra d-Doping
EUR 18,634.99
Malta Triathlon Association
Testijiet kontra d-Doping
EUR 745.40
Malta Weightlifting Association
Testijiet kontra d-Doping
EUR 1,164.69
Total
EUR 39,599.52
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi progress fuq il-proġett għall-post fejn illum hemm il-groundPace Grasso? Tista' tgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-proġett imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu flus matul is-sena 2008 lill-għaqdiet sportivi? Kemm ħadet kull għaqda u għal liema skop ingħataw dawn il-fondi? Tista' tgħid jekk kienx hemm talbiet għall-għajnuna li ġew rifjutati? Tista' tgħid liema huma u r-raġunijiet wara dan ir-rifjut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħarrafni dwar x'costing u investigazzjonijiet saru biex it-ticketing system li kellha Heritage Malta ġiet imwarrba u ddaħħlet oħra minflokha? Kemm kien jiswa upgrading tas-sistema li tneħħiet fl-aħħar tas-sena li għaddiet u kemm qed tiġi tiswa s-sistema preżenti? X'approvazzjonijiet kien hemm u fuq liema bażi ngħataw? F'liema laqgħa u meta ngħatat l-approvazzjoni tal-Bord tad-Diretturi ta' Heritage Malta biex titneħħa t-ticketing system li ġiet tiswa eluf ta' liri li kellha l-aġenzija u tiddaħħal dik eżistenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Informata li l-Heritage Malta riedet tbiddel is-sistema għal waħda li tkun aktar flessibli li setgħet twassal ukoll għall-ħolqien ta’ multi-site tickets speċifiċi kif ukoll biex tiffaċilita x-xogħol tat-Tour Operators. Fil-fatt bis-sistema l-ġdida, ġie eliminat il-bżonn li jinħareġ biljett għal kull viżitatur għax is-sistema l-ġdida tippermetti li jinħareġ biljett wieħed li jkollu fuqu reġistrati n-numru ta’ nies fil-grupp li jistgħu jidħlu fis-sit partikolari.
Dan qed iwassal biex it-tour operators ikunu jistgħu jagħmlu t-tibdil meħtieġ fiż-żjarat li jippjanaw, aktar u aktar issa li l-prezzijiet għad-dħul fis-siti ta’ Heritage Malta ivarjaw minn sit għall-ieħor.
Dan kellu impatt ambjentali ukoll għaliex il-Heritage Malta kienet tistampa ‘l fuq minn miljun biljett kull sena.
Heritage Malta riedet tinvesti b’mod sostanzjali f’din is-sistema sabiex tiġi konformi mal-ħtiġijiet u l-bżonnijiet ta’ l-aġenzija. Kien għalhekk li ġie deċiż li tinbidel is-sistema.
Is-service provider jieħu kummissjoni nominali fuq kull biljett li jinħareġ. Dan ifisser li l-aġenzija m’għamlet l’ebda investiment kapitali għal din is-sistema. Anki t-turnstiles elettroniċi li qed jitwaħħlu fis-siti u mużewijiet m’hu ser jiswew l-ebda investiment kapitali għall-aġenzija.
Kien hemm l-approvazzjoni kollha mid-Dipartiment u entitajiet konċernati u kien hemm qbil li din kienet l-aħjar sistema li l-aġenzija Heritage Malta kellha bżonn.
Il-bord kien informat f’kull stadju tad-diskussjoni u approva id-deċizjoni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jaħdmu mal-PBS li qabel kienu mpjegati mal-Media Link jew staff ta' ministri u segretarji parlamentari? Kemm hemm nies mill-Media Link li issa marru jaħdmu mal-ministri jew segretarji parlamentari jew fil-ministeri tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul dawn l-aħħar 4 snin (jiġifieri minn wara r-restructuring) il-PBS ħarġet diversi sejħiet biex jimtlew postijiet vakanti mall-Kumpanija. Minn 17-il persuna li ġew impjegati tlieta kienu jaħdmu mal-Media Link u wieħed kien staff ma’Ministeru.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni,Kultura,Żgħażagħ u Sport — Kuntratti għall-ġarr mogħtija lil Borg Bros.
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Tista' tgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Tista' tagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.