B’referenza għas-sejħa pubblika ta’ interess fl-iżvilupp ta’ dak imsejjaħ ‘Chalet’ ġewwa Tas-Sliema, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-development brief maħruġ?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-development brief tax-Chalet approvata fl-2002. Dan jinsab ukoll fuq fuq is-sit elettroniku : https://pa.org.mt/en/development-brief-details/chalet-development-brief
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1429, jista' l-Prim Ministru jagħti l-persentaġġi msemmija fir-risposta, f'numri reali?
Response (ABELA, ROBERT)
B’kontinwazzjoni mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1428, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persentaġġ tal-ħaddiema fis-Settur Pubbliku jikkwantifikaw kif jidher fit-tabella annessa.
Mill-impjiegi kollha fil-pajjiż, l-għadd ta’ impjiegi fis-Settur Pubbliku llum ilaħħqu għal 20% jew 7% inqas mill-2012, anke jekk minn dakinhar il-firxa ta’ servizzi tal-Gvern baqgħet biss tiżdied.
Ta’ min jinnota wkoll li l-ħolqien tax-xogħol fil-pajjiż tkattar u, grazzi għat-tkabbir tal-ekonomija lokali u inċentivi bla preċedent, il-privat illum qed jimpjega kważi d-doppju tal-għadd ta’ ħaddiema li kellu l-pajjiż għaxar snin ilu.
Sena
SETTUR PUBBLIKU
%
PRIVAT
%
2017
46,654
23%
152,946
77%
2018
47,687
22%
166,759
78%
2019
48,773
21%
180,548
79%
2020
50,783
22%
182,117
78%
2021
51,486
21%
191,728
79%
2022*
51,132
20%
201,576
80%
*sa Ġunju
Uffiċċju tal-Prim Ministru – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3391 u jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?
B’referenza għall-miżuri li ddaħħlu fl-Avviż Legali 201/2022 dwar il-Work Life Balance, peress li l-ispejjeż tagħhom, kemm għall-impjegati tas-settur pubbliku kif ukoll għal dawk li jaħdmu fis-settur privat, se jinġarru kollha mill-Gvern sal-aħħar ta' 2023, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-ispiża li dawn il-miżuri se jiswew lis-settur privat mill-2024?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct Orders lill-One Productions Ltd.
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3626 u jgħid kemm ingħataw direct orders matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lil One Productions Limited?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif hu kif jidher hawn taħt.
Dawn kienu primarjament kampanji ta’ informazzjoni marbuta mal-miżuri tal-baġit u servizzi fuq il-pjattaforma servizz.gov.
Lulju – €5,000
Awwissu – €2,500
Ottubru - Novembru – €6,700
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm nefaq il-Gvern fir-reklamar tal-Baġit 2023, b’referenza partikolari għall-konferenza stampa li saret quddiem Kastilja wara d-diskors tal-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi ppubblikat l-istudju li sar tal-Living Income?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif kien diġà spjegat fil-leġiżlatura li għaddiet, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kellu dokument ta’ ħidma intern.
Naturalment, kif jaf l-Onor. Interpellant, il-Gvern ħa u se jibqa’ jieħu numru kbir ta’ miżuri biex isaħħaħ id-dħul tal-familji Maltin u Għawdxin, b’mod partikolari dawk bi dħul baxx.
Biex nagħti biss ftit eżempji nsemmi l-introduzzjoni tal-inwork benefit u t-tisħiħ tiegħu, it-tapering tal-benefiċċji għal dawk li jidħlu fid-dinja tax-xogħol, flok jibqgħu dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali, iż-żidiet fiċ-Childrens’ Allowance, iż-żidiet kontinwi sena wara oħra fil-pensjonijiet (b’aġġustament biex dawn qatt ma jkunu taxxabbli) u l-mekkani¿mu ġdid biex jikkumpensa lil dawk bi dħul baxx kontra l-għoli tal-ħajja.
Fid-dawl li ftit ġimgħat ilu persuni li riedu japplikaw għall-Hybrid Remote Working Programme ntalbu jagħmlu kors, u peress li l-ġimgħa li għaddiet tħassru l-korsijiet għal dawk il-persuni li jridu jaħdmu b'mod remot, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan hux minnu? Jista' l-Prim Ministru jagħti aġġornament dwar ir-remote working policy u kif u sa meta jistgħu japplikaw persuni għall-Hybrid Remote Working Programme?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi l-faċilità ta’remote working se tibqa'. Bħal kull skema oħra, din l-skema tibqa' tiġi aġġornata u mtejba skont l-esiġenzi tas-servizz u ċ-ċirkostanzi partikulari.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 657, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti n-numru ta’ tilwim li nstemgħu fit-Tribunal Industrijali bejn l-2017 u l-2022 u kemm damu biex jinqatgħu? Jista' jagħti l-medja ta' żmien biex każ jiġi finalizzat fit-Tribunal Industrijali?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat kif ġej:
Tilwimiet fit-Tribunal Industrijali.
Mill-2017 sal-10 ta’ Ottubru 2022 daħlu 12-il Tilwima.
2017
4
3 deċiżi u waħda ċeduta
2018
1
Abbandunata
2019
3
1 irtirata, 1 deċiża u 1 sine die
2020
1
Pendenti
2021
1
Pendenti
2022
2
Pendenti
Medja tilwima tieħu mat-tliet (3) snin sabiex tiġi deċiża.
Laqgħat ta’ Konċiljazzjoni
Sena
Numru ta’ Laqghat
Intalaħaq Ftehim bejn il-partijiet
2017
25
19
2018
35
26
2019
40
32
2020
64
55
2021
35
31
2022 (sal- 10 ta’ Ottubru)
27
20
Uffiċċju tal-Prim Ministru – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għadu għaddej. Ladarba dan ikun lest, tingħata l-informazzjoni.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders lil kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lil One Productions Limited?
Attività quddiem il-Berġa ta’ Kastilja – rendikont tal-ispejjeż
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3441 u jagħti rendikont totali tal-ispiża għall-attività li saret quddiem Kastilja wara d-Diskors tal-Baġit nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li wara li nġabru tliet stimi f’kull każ, il-kumpaniji li ntagħżlu biex jipprovdu s-servizzi waqt il-konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-Baġit 2023 nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru 2022 kienu Que Sound Ltd (€6,037), iCan Ltd (€5,300) u Nexos Ltd (€3,000).
Uffiċċju tal-Prim Ministru — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1626 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Ministeru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kellu nefqa ta’ €4,440.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-ġurnalisti kinux mistiedna għall-ftuħ tas-sena akkademika tal-Università Amerikana ta’ Malta (AUM), li għalih il-Prim Ministru stess attenda nhar it-28 ta’ Settembru 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru mhux l-organizzatur tal-ftuħ tas-sena akkademika tal-entità li qed tirreferi għaliha.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3420, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti rendikont ta' kemm-il direct order u/jew sejħa pubblika ġew mogħtija/mirbuħa mis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u jagħti dan ir-rendikont bl-ammont, deskrizzjoni tax-xogħol u maqsum sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li s-soċjeta li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, la ngħatat direct order u lanqas rebħet xi sejħa pubblika la mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lanqas mill-entitajiet fl-istess dekasteru.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Dikjarazzjonijiet tal-assi għas-sena 2016
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3317 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Prim Ministru, tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari għas-sena 2016?
Response (ABELA, ROBERT)
It-taghrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-annual audited statements għal kull sena mit-twaqqif ta' Projects Malta (issa Malta Strategic Partnership Projects) kif ukoll l-annual reports ta' xogħolhom?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.