Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' żewġ persuni li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li waħda minnhom hija Għawdxija li tikri post furnished u li issa għalqilha l-kuntratt? Peress li dawn għandhom post Marsaxlokk u applikaw għad-dawl u ilma jista' l-Ministru jara li dan is-servizz jingħatalhom mill-aktar fis biex ikunu jistgħu jidħlu fih?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali biex tkun magħluqa l-Magħtab u biex jinbena l-proġett kollu tal-Magħtab? Jikkonferma jekk il-proġett tal-Magħtab huwiex lest jew inkella jonqsux spiża oħra? Jekk iva, kemm?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett ta' tisfija tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex komplessivament? Jista' jindika l-ispiża ta' kull proġett individwalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Malta Enterprise — relacation tal-Corporate Headquarters
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30390 rigward l-ispejjeż tar-rialokazzjoni tal-Malta Enterprise, kif ukoll in-nefqa sostanzjali li ġiet konfermata, jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż, b’mod partikolari tad-direct ordersu lil min ingħataw?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30390.
pazjenti li jitilgħu għall-kura taħt Puttinu Cares — biljetti tal-ajru
Question
Jista’ l-Ministru jiċħad jew jikkonferma rapporti li wasluli li pazjenti li jitilgħu għall-kura taħt Puttinu Cares qabel kien ikollhom il-biljett tal-ajru mħallas kollu, filwaqt li dan l-aħħar jingħad li nbidlet il-policy u kulma qed jingħataw huwa skont fuq il-biljett tal-ajru?
Jekk dan huwa minnu, jista’ jgħid meta nbidlet il-policy u għal liema raġuni? Jekk dan ir-rapport mhuwiex għal kollox korrett, jista’ jgħid x’inhi l-policy attwali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Skemi ġodda dwar Enerġija alternattiva — ERDF Funds
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux maħsub li jkun hemm skemi oħrajn 'il quddiem dwar enerġija alternattiva koperti minn ERDF Funds jew jekk l-iskema eżistenti hijiex l-aħħar waħda fis-sensiela?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-fondi allokati għall-iskema ERDF Energy li ammontaw għal 15-il-miljun ewro, ġew meħuda kollha u għalhekk mhux ser ikun hemm sejħa oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saret xi talba riċentement mill-Kunsill Lokali San Ġwann għad-devoluzzjoni tal-art f’Stefanotis Str, sabiex ikun jista' jsir ġnien pubbliku mill-kunsill kif kien oriġinarjament? Jekk iva, meta saru t-talbiet varji u x’kienet it-tweġiba uffiċjali min-naħa tal-Gvern Ċentrali?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-Kompetizzjoni Ġusta u l-Konsumatur.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30887 u jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30879, 30488 u 29869 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għat-tanking facilities fil-Kalkara, issa li t-Tarzna ġiet privatizzata, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn hux qed isir użu minnhom? Jekk iva, minn min? Jekk le, dawn se jitneħħew? Meta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29869.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm b'kollox allotments fil-Crafts Village f'Ta' Qali? Jista' jgħid kemm minn dawn huma okkupati u kemm minn dawn huma vakanti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iwassal biex bozza no.15 fil-Qajjenza li ilha maqtugħa għal żmien twil, ma titranġax, peress li l-kunsill qed jgħid li l-Korporazzjoni Enemalta mhux taqdi dmirha, filwaqt li r-residenti qed ibatu l-konsegwenzi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Malta Enterprise — spejjeż ta' trasferiment għall-Isptar San Luqa
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż involuti sabiex Malta Enterprise ġiet trasferita minn San Ġwann għall-Isptar San Luqa, inkluż xogħlijiet ta' refurbishment u upgrading li sar fl-uffiċċji l-ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informażżjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Medja tal-Kamra.
Malta Enterprise — xogħlijiet f' Sptar San Luqa - tenders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31076 u jgħid min kienu l-kuntratturi li għamlu x-xogħol meħtieġ fil-bini tal-Isptar San Luqa biex jakkomoda l-uffiċini tal-Malta Enterprise? Jista' jgħid kemm tħallsu dawn il-kuntratturi? Jista' jgħid jekk ix-xogħlijiet ingħatawx bi ħruġ ta' offerti jew direct order?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi liil-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30390.
Taqsima Proprjetà tal-Gvern — kumpens lil individwu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30823 u jgħid meta t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern se tikkompensa lis-sid li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li l-post tiegħu kien ittieħed għal skop pubbliku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja li saru diversi rapporti dwar kif is-soċjetà Stivala Enterprises aktarx qiegħda taġixxi b'mod illegali fil-provvista ta' elettriċità għad-diversi negozji u appartamenti li hija tippossjedi, l-ebda azzjoni ma tieħdet? Jista' jgħid x'qed iżomm milli tittieħed din l-azzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid bħala kap tal-gvern mill-ħaddiema taċ-Ċivil u d-diversi awtoritajiet, min huwa ntitolat li jsiefer club class? Jista' jghid ukoll kemm kien hemm persuni li siefru club class matul is-sena 2010 u s-sena 2011 separatament, għal kull ministeru u d-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħthom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
talba li għamlet il-Kummissjoni Ewropea għal informazzjoni dwar miżuri li jirrigwardaw in-nefqa pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-komunikazzjoni jew komunikazzjonijiet mibgħuta mill-Gvern Malti lill-Kummisssjoni Ewropea rigward it-talba li għamlet il-kummissjoni għal informazzjoni dwar miżuri li jirrigwardaw in-nefqa pubblika li ttieħdu mill-gvern fil-baġit għas-sena 2012 u fis-6 ta’ Jannar 2012, liema komunikazzjonijiet seħħew bejn id-data li fiha tħabbar il-baġit għas-sena 2012 u s-6 ta’ Jannar 2012? Jista’ jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-komunikazzjonijiet kollha mibgħuta lill-Gvern Malti fuq l-istess suġġett mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea minn meta saret it-talba oriġinali tal-Kummissjoni Ewropea sa meta ħarġet il-komunikat tagħha fejn qalet li ma kenitx se tiftaħ il-proċedura ta’ excess deficit fir-rigward ta’ Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment mis-segwenti entitajiet:
Gozo Ferries Company Limited, Gozo Heliport Company Limited, Inland Revenue First Board of Special Commissioners, Inland Revenue Second Board of Special Commissioners, Joint Office Control Committee, Kalaxlokk Company Limited, Cordin Grain Terminal Limited, Land Arbitration Board, Libyan Arab Holdings Company Limited, Licensing Advisory Committee, Licensing Appeals Board, Lotteries and Gaming Authority, MALPRO limited, Malta Air Traffic Services Limited, Malta Crafts Council, Malta Dairy Products Limited u Malta Enterprise Appeals Board?
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex
full-time
u x’paga għadhom? Dan kollu senjatament ghas-snin 2008, 2009 u 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’
retainers
għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.