Jista' l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mill-pulizija wara rapporti dwar kelb rottweiler perikoluż li jinsab għand persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li diga’ qatel klieb oħra ta’ residenti fl-inhawi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi f'Novembru 2007 il-Pulizija kellha rapport li kelb tar-razza rottweiller, li sidu joqgħod fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, kien qatel kelb poodle. Infurmat ukoll li sid ir-rottweiller kien tressaq il-Qorti u kien immultat Lm 50 u li fil-preżent hemm proċeduri kriminali pendenti fil-konfront ta' żewġ membri tal-istess familja talli naqqsu li jagħmlu sarima ma' ħalq il-kelb, kif ukoll naqqsu li jżommu l-kelb taħt il-kontroll tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid x’passi ħadu l-pulizija dwar teħid pubbliku ta’ kokaina waqt il-karnival tan-Nadur ta’ din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li l-Pulizija rċeviet xi rapporti fuq il-ksur tal-Liġi ta' dan it-tip. Però, jekk l-Onorevoli Membru għandu xi tagħrif relatat ma' din l-allegazzjoni, ġentilment nitolbu jgħaddih minnufih lill-Pulizija sabiex tieħu l-passi neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2008 u 2009 s’issa, x’passi ttieħdu mill-pulizija dwar:
1) kliem oxxen fil-pubbliku?
2) tfiegħ ta’ loqom ta’ sigaretti fl-art?
Kemm tressqu persuni l-qorti f’kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra l-Pulizija bdiet proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 621 persuna talli qalu kliem oxxen fil-pubbliku u kontra 1224 talli rmew sigaretti fl-art, filwaqt li matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena tressqu 162 u 870 persuna rispettivament fuq dawn ir-reati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gwardjani li hemm il-ħabs? Jista' jgħid jekk hemmx l-ħsieb ta' vakanzi ġodda? Jekk fl-affermattiv, meta jaħseb li jkunu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent hemm 185 Correctional Officers jaħdmu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin. Dawn huma mawsuma kif ġej:-
3 Asstistant Correctional Managers
4 Correctional Supervisors
18 Senior Correctional Officers
159 Correctional Officers
1 Guard
Rigward it-tieni u l-aħħar domandi ninforma lill-Onorevoli Membru illi s-sejħa għal applikazzjonijiet għall-ingaġġ ta' Gwardjani l-Ħabs għadha qed tiġi fformolata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija u suldati għassa fis-sentries madwar Malta? Fejn u ma' min huma stazzjonati? X'inhu d-daqs ta' sentry u jekk humiex kollha tal-istess daqs? X'faċililtajiet hemm f'kull sentry?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hemm 14 il-point fejn issir għassa statika mill-Pulizija. Bħalma diġà kelli l-okkazzjoni ngħid, mhix il-prassi li jingħata tagħrif dwar miżuri ta’ sigurtà li jittieħdu mill-awtoritajiet meta u fejn ikun meħtieġ. Infurmat ukoll illi fejn din l-għassa tkun fuq bażi ta’ 24 siegħa, il-Korp jipprovdi sentry box li d-daqs tagħha huwa wieħed standard ta’ ċirka 96.2 x 96.5 x 243.84cm. Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza, li sentry box hija limitata ta’ x’faċilatijiet jista jkollha.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' avukati li għandhom il-warrant biex jipprattikaw il-professjoni tagħhom hawn Malta? Kemm minnhom jippratikaw f'Għawdex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija Parlamentari numru 8067.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li toħroġ sejħa ġdida għall-ingaġġ fil-Korp tal-Pulizija? Meta saret l-aħħar sejħa? Kemm kien in-numru t'applikanti? Kemm minnhom ġew aċċettati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi nhar is-7 ta’ Ottubru 2009, 139 rekluta bdew kors ta’ taħriġ għal kuntistabbli fl-Akkademja tal-Pulizija skont sejħa għall-applikazzjonijiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-10 ta’ Marzu 2009. Infurmat ukoll illi b’kollox kien hemm 237 applikant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn bouncers liċenzjati llum? Inqabdu persuni jaħdmu ta’ bouncers bla liċenzja din is-sena? Il-Gvern għandu kattar xi regolamenti li jorbtu lil dawn il-persuni waqt il-qadi tax-xogħol tagħhom? Kemm kien in-numru ta’ bouncers liċenzjati li tressqu l-qorti s-sena l-oħra u din is-sena u għaliex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sakemm il-persuna li taħdem bħala bouncer tkun imjegata full time, part-time jew każwali mal-persuna fejn tkun qed toffri dan is-servizz, ma tenħtieġx liċenza speċjali sabiex tagħmel dan ix-xogħol. Preżentement din il-persuna irid ikollha liċenza ta' gwardjan privat. Il-Ministeru għalhekk qiegħed fil-process sabiex jipproponi sistema ta’ licenzjar differenti. Infurmat ukoll illi din is-sena kien hemm zewg kazijiet fejn persuni li kienu qed jaħdmu bhala bouncers ġew akkużati quddiem il-Qorti. Wieħed kien akkużat talli kien ikkaġuna feriti gravi segwiti bil-mewt u l-ieħor kien sawwat u ikkaġġuna feriti gravi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru road blocks mill-Pulizija matul din is-sena u x'kien ir-riżultat ta' dawn ir-road blocks?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, l-Pulizija għamlet 611 roadblock f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Waqt dawn ir-roadblocks, minbarra 2191 persuna li nstabu bi ksur tar-regolamenti tat-traffiku, kien hemm ukoll 16 il-kaz fejn instabet d-droga.
Jista' l-Ministru jgħid twaqqafx l-ispettorat li kellu jara li l-kmamar tan-nar kollha qed joperaw skond il-liġi? Jekk twaqqaf, xi spezzjonijiet għamel u f'liema kmamar tan-nar f'Malta u Għawdex? F'kull każ, instabu jew kienu mrażżna abbużi fix-xogħol u fil-logħob tan-nar u fil-ħażna tal-isplussivi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mit-twaqqif tal-Ispettorat tal-Kmamar tan-Nar f’Lulju tas-sena l-oħra sal-lum, l-ispetturi żaru l-kmamar kollha li jinsabu ġewwa Malta. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra dak li huwa mistenni minn dan l-ispettorat. Fil-ġimgħat li ġejjin, l-Ispettorat se jżur għall-ewwel darba l-kmamar f’Għawdex u jibda t-tieni sensiela tiegħu ta’ spezzjonijiet ta’ dawk f’Malta.
Attachments:10906 Engagement of Fireworks Inspectors.pdf
Membri tal-Ġudikatura — esklużi minn okkazjonijiet u funzjonijiet soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri tal-ġudikatura li qed jiġu esklużi minn okkażjonijiet u funzjonijiet soċjali? Jekk fl-affermativ jista' jgħid minn ħa din id-deċiżjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi d-Diviżjoni tal-Qorti qatt ma organizzat okkażjonijiet jew funzjonijiet soċjali li għalihom ġew esklużi xi membri tal-Ġudikatura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' traffikar tad-droga ittella' l-Qorti fis-sena 2008 u sa Lulju 2009? F'kemm-il każ kienu involuti nies ta' nazzjonalità barranija u minn liema pajjiżi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-Pulizija bdiet proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 122 persuna fuq traffikar ta’ droga, filwaqt li bejn Jannar u Lulju ta’ din is-sena tressqu 98. Minn dawn 61 kienu barranin minn dawn il-pajjiżi - Brazil, Netherlands, Eritrea, Estonia, Ethiopia, Franza, Gambia, Guinea Bissau, Ungerija, Italja, Liberia, Libja, Malaysia, Nigeria, Somalia, Sudan, Switzerland, Ingilterra, Bulgaria, Burkina Faso, Dominican Rep, Ghana, Ivory Coast, Panama, Romania.
Kawżi pendenti quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10422, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti b'mod ġenerali quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili imħallef b'imħallef?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Attachments:11103 Pending Cases Prim Awla (Civili).doc
Kumpilazzjonijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġudikatura Kriminali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10426, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpilazzjonijiet pendenti quddiem il-Qorti ta' Ġudikatura Kriminali, maġistrat b'maġistrat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Gvern milli jonora l-ftehim li kien sar ma' għadd ta' pulizija fl-1993 dwar il-ħlas ta' overtime għal xogħol li jeċċedi s-46 siegħa fil-ġimgħa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li filwaqt li jsir ħlas ta' overtime għal siegħat żejda maħduma barra mix-xift normali, qatt ma kienet il-prassi li jsir ħlas ta' overtime fir-rigward ta' siegħat ta' xogħol li jagħmlu parti mix-xift stabbilit. Infurmat ukoll li sas-7 ta' Ottubru 2009, il-Korp tal-Pulizija ħallas is-somma ta' € 1,231,060 f'overtime. Dan ikopri l-ammont ta' €505,032 ta' overtime li nħadem matul l-elezzjonijiet tal-MEPs u tal-Kunsilli Lokali.