Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Safi — Toroq mibnija mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21802 u ċjoè: Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt snin inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta' Ħal Safi? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti r-rendikont tal-ispejjeż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid Ħal Safi jinkludu Triq Il-Kuccard, Triq Il-Punici, Triq it-Tellerit, Triq San Gwann, Triq San Pawl, Triq l-Iskola u Triq in-Nassaba p/o, u Triq is-Summien saru b’investiment ta’ aktar minn miljun ewro. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Tal-Barrani — Proġett tal-junctions u riorganizzazzjoni - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21544 u jgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-junctions u riorganizzazzjoni ta' Tal-Barrani?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ riorganizzazzjoni taż-żona tal-Barrani, Ħal Tarxien, u Bulebel sar b’investiment ta’ € 5.1 miljun. L-investiment jikkonsisti f’bini ta’ ħitan ġodda li jiddividu s-service road mit-triq prinċipali, b’ħitan tal-konkos u struttura tal-ħadid minn ġewwa. Dan strutturalment jilqa’ impatt li jista’ jkollu; xogħol ta’ skavar b’fond ta’ madwar erba’ metri biex titqiegħed sistema ġdida ta’ drenaġġ liema proġett ser jingħaqad ġo mina li ser titħaffer mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma; trinek u tqegħid ta’ cables biex titjieb id-distribuzzjoni tal-enerġija u tħaffir ta’ trinek u tqegħid ta’ ducts għal servizzi proposti minn kumpaniji ta’ telekomunikazzjoni; bini ta’ bankini ġodda; tqegħid ta’ barrikati tal-konkos; u xogħol t’asfalt u linji ġodda.

Transport Malta — Freezing order

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21926 u jgħid kif Transport Malta approvat it-trasferiment ta’ numru ta’ karozzi qabel l-1 ta' Lulju 2023, minn fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll, it-tnejn tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, meta dawn iż-żewġ individwi u l-kumpanija kienu suġġetti għal freezing order mill-Qrati tagħna fl-istess żmien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta irċeviet in-notifika tal Freezing order fis- 27 ta' Awwissu 2024.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21484.

Rabat, Malta — Triq il-Fidloqqom - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq il-Fidloqqom, fir-Rabat, Malta u l-madwar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Fidloqqom jagħmlu parti minn sensiela ta’ xogħol f’toroq fir-Rabat li huma mistennija li ikunu lesti s-sena d-dieħla.

Blue badge — Permess għal parkeġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il permess għal parkeġġ blue badge kien hemm sal-aħħar ta' Settembru 2024 u jaqsam dan l-ammont skont jekk dawn humiex parkeġġi komunali, personalizzati, eċċ.? Jista’ jgħid ukoll minn dawn, kemm kienu għal nisa u kemm kienu għal irġiel u x'inhi l-età ta' dawn il-persuni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Malta u Għawdex — Heavy plant vehicles reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' heavy plant vehicles reġistrati f'Malta u Għawdex separatament bħalissa? Jista' jipprovdi wkoll l-istess informazzjoni għas-sena 2000?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi heavy plant vehicles għandhom kategorija ta’ EU bħala N3 u li tfisser vettura użata għall-ġarr ta’ merkanzija u li għandha piż massimu ta’ iżjed minn 12-il tunnellata. · Registrati sat 30/06/2024 Malta – 9428 Għawdex – 947

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (BONETT, CHRIS)

Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Raħal Ġdid – Triq Sant’Ubaldesca — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul din is-sena humiex ser isiru x-xogħlijiet neċessarji fi Triq Sant Ubaldesca, Raħal Ġdid u dan mill-parti ta’ Triq iċ-Ċimiterju sa Triq il-Palma billi hija mimlija ħofor?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fi Triq Sant Ubaldesca, Raħal Ġdid u dan mill-parti ta’ Triq iċ-Ċimiterju sa Triq il-Palma huwa previst li jibda fil-gimgħat li ġejjin.

Il-Fgura — Triq il-Pitiross u Triq l-Għasfur tal-Bejt - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab ix-xogħol fuq Triq il-Pitiross u Triq l-Għasfur tal-Bejt fil-Fgura u kemm huwa previst li ser jiġu jiswa dan ix-xogħol u kemm effettivament se jdum biex jitlesta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Qormi — Problema ta’ parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22048 u jgħid kienx hemm żviluppi dwar l-istrateġija tal-Gvern biex tittaffa l-problema enormi tal-parkeġġ f’Ħal Qormi? Jista’ jagħti iktar dettalji ta’ kif se tiġi indirizzata l-problema ta’ nuqqas ta’ spazju ta’ parkeġġ f’Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

L-Imqabba — Toroq mibnija mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21800 u ċjoè: Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li nbnew mill-ġdid fl-aħħar sitt snin fil-lokalità tal-Imqabba? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fl-Imqabba jinkludu Sqaq Tas-Serer, Triq l Gdida fi Triq Innocenzju, Triq tal-Isqof, Triq il-Familja Brancati, Triq ir-Robba, Sqaq Nru.5 fi Triq il-Parroċċa, Triq Il-Belt Valletta, Triq il-Konvoj ta' Santa Marija, Triq George Martin, Sqaq Nru 2, Triq Valletta, Sqaq Nru.1 fi Triq is-Sejba, Sqaq bla isem fi Triq is-Sejba, Triq biswit iċ-Ċimiterju/Triq iż-Żurrieq, Triq is-Sejba, Triq il-Katakombi u Triq Nazzarenu saru b’investiment ta’ aktar minn €5 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Il-Qrendi — Toroq mibnija mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21801 u ċjoè: Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt inbnew mill-ġdid snin fil-lokalità tal-Qrendi ? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fil-Qrendi jinkludu Sqaq tal-Lhudija, Triq it-Tempesta, Triq ġdida c/w Haġar Qim, Triq Hal-Lew, Sqaq il-Mejda, Triq Sant’Anna, Triq Ta’ Muddejn, Sqaq ġdid c/w Triq ta’ Muddejn, Triq is-Siggiewi u Sqaq il-Ħofra saru b’investiment ta’ aktar minn 3 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Ħal Farruġ u Ħal Luqa – Toroq mibnija mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21804 u ċjoè: Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt snin inbnew mill-ġdid f' Ħal Farruġ, Ħal Luqa? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’ Ħal Farruġ u Ħal Luqa jinkludu Trejqa Dun Gulju Muscat u d-Disgha ta' April, Triq Wied in-Noqor, Triq Valletta, Triq Il-Gdida, Triq San Vincenz De Paul, Triq fi Triq Ħal Farruġ, Triq Dun Pawl, Triq San Ġużepp u Triq San Ġorġ u Triq id-Dokkiena saru b’investiment ta’ aktar minn €7 miljun. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Ħal Kirkop — Toroq mibnija mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21803 u ċjoè: Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt snin inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta' Ħal Kirkop? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid Ħal Kirkop jinkludu p/o Triq San Benedittu, Sqaq San Nikola, Triq il-Lewżiet u Triq iż-Żebbiegħ saru b’investiment ta’ aktar minn miljun ewro. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.

Light Passenger Transport System (LPTS) — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21576 u jgħid minn fejn wieħed jista' jaċċessa s-sillabu jew sample questions għall-eżamijiet li qed isiru biex xufier iġib tag biex isuq karozza ta' servizz għal passiġġieri (LPTS)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li l-Awtorità tipprepara s-sillabu huma il-fornituri tas-servizz li huma licenzjati mill-Awtorità li joħorġu bil-mistoqsijiet għal eżamijiet li jsiru biex wieħed iġib tag biex isuq karozza ta’ servizz għal passiġġieri

Ta’ Xbiex — Gardens Yacht Marina

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-RfP li kien inħareġ minn Transport Malta biex tiġi privatizzata dik li llum tissejjaħ Gardens Yacht Marina f’Ta’ Xbiex? Jista’ jqiegħed ukoll kopja tal-ftehim mal-operaturi privati li ngħataw din il-konċessjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ta’ Xbiex — Capitanaire ta’ Gardens Yacht Marina - PA00680/22

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min applika għall-permess PA00680/22 fuq il-bini tal-Capitanaire ta’ Gardens Yacht Marina f’Ta’ Xbiex? Min ħallas għall-permess u għas-servizzi konnessi mal-ħruġ tiegħu, inkluż dawk tal-arkitett u tal-istudju neċessarji? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-invoices kollha konnessi u l-kopji tal-pagamenti kollha li saru?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Transport Malta — PA00680/22

Question

B’referenza għall-permess PA00680/22 maħruġ f’isem Transport Malta (TM), jista’ l-Ministru jgħid min qed jesegwixxi x-xogħol konness u min se jħallas għalih? Jista’ jgħid ukoll kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol u għaliex TM qed tidher għal dawn ix-xogħlijiet li jinkludi restaurant li se jintuża minn individwi privati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

PA00680/22 — Permessi taħt appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Transport Malta tat il-kunsens tagħha sabiex jibdew ix-xogħlijiet ta’ żvilupp fuq il-permess PA00680/22 f’isimha waqt li għadu taħt appell?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.