San Pawl il-Baħar — Triq Burmarrad - xogħlijiet fuq triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jsir ix-xogħlijiet fit-Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar peress li l-ħofor li hemm f’din it-triq qed jikkawżaw ammont ta’ ħsara lill-karozzi li jgħaddu minn hemm?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li wara l-maltemp li għamel fl-aħħar jiem ittieħdu miżuri temporanji fiż-żona indikata u diġà hemm ippajanat li jsiru xogħlijiet t’asfalt fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jsir ix-xogħol fit-Triq Sant Andrija ħdejn it-traffic lights direzzjoni Pembroke?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta bħalissa qed tagħmel xogħlijiet ta’ tħejjija biex tintroduċi junctions aktar siguri u effiċjenti tul Triq Sant Andrija, waħda mit-toroq prinċipali ta’ Malta li jagħmlu parti mit-Trans-European Transport Network (TEN-T).
Aktar kmieni din is-sena, l-aġenzija lestiet l-ewwel fażi ta’ dan it-titjib fit-tarf tat-tramuntana ta’ din it-triq. Din il-fażi kienet tinkludi roundabout ġdida f’salib it-toroq ta’ Triq Sant Andrija mat-toroq maġenbha f’Pembroke u ż-żona ta’ High Ridge fis-Swieqi, biex tipprovdi aċċess aktar sigur għall-karozzi, it-trasport pubbliku u kull min jivvjaġġa bil-mixi jew bir-rota lejn l-iskejjel li hemm fil-viċin u ż-żoni residenzjali ta’ dawn il-lokalitajiet.
Bi tħejjija għat-tieni fażi ta’ dan it-titjib, Infrastructure Malta waqqfet il-ħruġ lejn in-nofsinhar fil-junction fejn hemm is-sistema ta’ traffic lights bejn Triq Sant’Andrija u Triq Tal-Ibraġ, mis-Swieqi lejn San Ġiljan. B’hekk eliminat ir-riskji ta’ ħbit li kien hemm waqt li l-vetturi jkunu qed jaqsmu lejn il-korsiji tan-nofsinhar ta’ Triq Sant’Andrija. Kull min jivvjaġġa f’din id-direzzjoni issa qed isegwi rotta aktar sigura billi juża r-roundabout ġdida li hemm ftit il-fuq biex iduru fid-direzzjoni tan-nofsinhar. Jew inkella, jistgħu jużaw ħruġ ieħor lejn in-nofsinhar mis-Swieqi għal San Ġwann u San Ġiljan.
It-tieni fażi ta’ dan il-proġett, li se tkun implimentata malli jinħarġu l-permessi neċessarji, tinkludi żewġ junctions tul din it-triq biex ikompli jiġi faċilitat l-aċċess minn u lejn is-Swieqi, Pembroke u nħawi oħrajn fil-viċin, mingħajr riskji ta’ sigurtà tul din ir-rotta importanti.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Contracts of service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (BORG, IAN)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Il-Gudja – Triq Santa Katarina, Triq Joseph Pace u Triq id-Dejqa — xogħlijiet
Question
B’referenza għad-domandi varji u preċedenti li sarulu, jista’ l-Ministru jgħid fil-qosor meta x-xogħol fit-Toroq Santa Katarina, Joseph Pace u d-Dejqa fil-Gudja ser jitlestew?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt fi tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti, fil-każ tat-toroq indikati Infrastructure Malta ħadmet mal-Kunsill Lokali li għalihom kellu proġettat li jsir pavimentar. L-aġenzija għamlet ix-xogħol kollu konness mal-bdil ta’ sistemi ġodda taħt l-art għas-servizzi tal-ilma, drenaġġ, telekomunikazzjoni, għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita kif ukoll saret sodda tal-konkos bi tħejjija għall-pavimentar li kellu jsir mill-Kunsill Lokali.
Wara li tlestew ix-xogħlijiet, bħalma tagħmel f’kull proġett, Infrastructure Malta wettqet it-testijiet neċessarji u nstab li parti mix-xogħol li sar ma laħaqx il-livelli meħtieġa mill-aġenzija. Għaldaqstant, wara diskussjonijiet li saru mill-Kunsill Lokali, dan ix-xogħol kellu jinqala’ biex jerġa’ jsir qabel ma jibda l-pavimentar.
Il-Gudja – Triq San Ċiru – proprjetajiet mhux ikkurati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar parti ta’ Triq San Ċiru, kantuniera ma’ Triq Bettina fil-Gudja hemm proprjetajiet mhux ikkurati b’detriment għall-ġirien?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Ir-Rabat Għawdex — Triq Wied il-Lunzjata - Crash barriers
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23310 u ċioè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22722, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li din iż-żona għerqet diversi drabi wara li saru l-barriers imsemmija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żona msemmija hija wied. Irrilevanti mill-crash barrier, huwa mistenni li l-ilma jin¿el lejn il-wied. Ninsab infurmat ukoll mill-Awtorita’ tat-Trasport li l-crash barrier saret sabiex tevita milli xi karozza taqa` ukoll ġol-wied, kif huwa rrappurtat lilna li kien qed jiġri.
Rabat Malta — bankini skont l-Access to All Guidelines
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bankini fit-toroq fir-Rabat Malta sarux skont l-Access To All Guidelines?
Response (BORG, IAN)
Peress li fir-Rabat, bħal f’kull lokalità oħra, ilhom isiru bankini minn entitajiet u dipartimenti differenti għal għexieren ta’ snin, ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Cutajar jispeċifika eżattament għal liema bankini f’din il-lokalità qed jirreferi.
Skema ta’ grants għall-karozzi elettriċi – applikazzjonijiet sottomessi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn mindu nfetħet l-aħħar skema ta’ grants għall-karozzi elettriċi kemm kien hemm applikazzjonijiet sottomessi? Kemm kien hemm minnhom li kienu ta’ persuni privati u kemm minn kumpaniji? Kemm ingħataw grants u kemm hu t-total ta’ flus li ngħataw f’dan il-grant? Kemm fadal fondi f’dawn il-grants?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li applikazzjonjiet sottomessi u proċessati sa’ 31 ta’ Ottubru 2021 jammontaw ghal 646 applikazzjoni. 84 applikazzjoni ġew sottomessi minn kumpaniji filwaqt li 562 applikazzjoni ġew sottomessi minn individwi. L-ammont ta’ fondi li ngħataw sa’ issa huwa ta €4.6 miljun.
Dawn il-fondi reġaw spiccaw u ghalhekk l-Awtorità ta’ Transport reġgħet għamlet talba għal aktar fondi lill-Ministeru tal-Finanzi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16382, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parking spaces fiż-żona magħrufa bħala St James Ditch sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jgħid kemm minn dawn huma riservati għall-Ministeri, dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghal Mistoqsija Parlamentari 16382.
San Pawl il-Baħar — Triq l-Alka, Triq ir-Ramel u Triq il-Kaħli - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu pjannat li jsir ix-xogħol neċessarju fi Triq l-Alka, parti minn Triq ir-Ramel u parti minn Triq il-Kaħli f'San Pawl il-Baħar, fejn ir-residenti ilhom ġimgħat sħaħ bla dawl fit-triq?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li jibdew ix-xogħlijiet fuq Triq il-Kurunell Savona f’Tas-Sliema peress li din tinsab fi stat diżastruż?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ din is-sena s’Ottubru li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’196 triq residenzjali u 91 triq oħra qalb il-kampanja. Għaldaqstant minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, l-aġenzija bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 800 triq residenzjali u rurali.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Fil-lokalità ta’ Tas-Sliema diġà saru toroq prinċipali bħalma huma Triq Arturo Mercieca, Triq Santa Elena u Triq Manwel Dimech, waqt li hemm toroq oħrajn diġà ppjanati biex jibdew xogħlijiet fihom fiż-żmien li ġej. Dawn jinkludu t-triq indikata li x-xogħol fiha huwa skedat li jibda kmieni s-sena d-dieħla, wara l-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
IR-Rabat — Triq il-Qlejgħa - xogħol ta' tindif u manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jagħmel xogħol ta' tindif u manutenzjoni fi Triq il-Qlejgħa limiti tar-Rabat ladarba f'din it-triq hemm ħafna affarijiet li qed jagħmlu t-triq inaċċessibbli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li qed isir fi Triq Bergamott fil-Mosta jsir fl-inqas inkonvenjent possibbli li r-residenti u li x-xogħol jsir fi żmien stipulat għaliex issa x-xogħol fuq din it-triq ilu ġimgħat li beda jsir u r-residenti qed jilmentaw li jgħaddu ġranet u qisu mhu qed isir xogħol xejn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ din is-sena s’Ottubru li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’196 triq residenzjali u 91 triq oħra qalb il-kampanja. Għaldaqstant minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, l-aġenzija bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 800 triq residenzjali u rurali.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Il-Mosta hija waħda mil-lokalitajiet fejn l-aktar li saru toroq ġodda minn Infrastructure Malta minħabba t-telqa u s-snin twal ta’ nuqqas t’investiment li kien hemm f’din il-lokalità fil-passat. Fil-Mosta diġà saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier u Triq tal-Wej. Saru wkoll xogħlijiet fi Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq il-Kostituzzjoni.
Bħalissa qegħdin isiru Triq Durumblat, Triq il-Kbira, u Triq Patri Ġuże Delia, Triq il-Leġġenda, Triq il-Bennej, Triq in-Naqqax, Triq l-Għollieqa, Triq Alessandra, Triq l-Assemblea Nazzjonali, Triq l-Inkurunazzjoni, Triq Farinal, Triq Rafel Caruana Dingli u Triq Bergamott, waqt li diġà hemm ippjanti diversi toroq oħrajn f’din il-lokalità biex isiru fiż-żmien li ġej.
Ix-xogħlijiet biex tinbena mill-ġdid it-triq indikata bdew fl-aħħar t’Ottubru li għadda u diġà ġew mgħoddijin taħt l-art ¿ewġ mains ġodda tal-ilma u anke nbidlu ħafna mis-servizzi li jwasslu d-distribuzzjoni tal-ilma lejn ir-residenzi. Bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fuq servizzi tat-telekomunikazzjoni u jinbnew mill-ġdid il-bankini. Din it-triq mistennija titlesta fil-ġimgħat li ġejjin meta jsirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Wied il-Għajn – traffic lights minn Triq il-Katakombi u Triq Ashlet
Question
Jista’ l-Ministru ġentilment jikkunsidra li jsiru traffic lights fi triq il-ġdida li nfetħet dan l-aħħar minn Triq il-Katakombi u Triq Ashlet f’Wied il-Għajn li tibqa’ ħierġa għal Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn? Billi din it-triq tagħti dirett għan-nofs Triq il-Qaliet u billi Triq il-Qaliet hija sfortunatament magħrufa għall-sewqan eċċessiv, jaħsibx li traffic lights fejn din it-triq toħroġ għall-Triq il-Qaliet jistgħu jevitaw inċidenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, jidher li l-problema hija wahda ta’ sewqan eċċessiv u ghaldaqstant Traffic Lights ma jkunux is-soluzzjoni addatata. L-Awtorita’ tat-Trasport ser tkun qed tikkomunika mal-kunsill lokali sabiex jiġu proposti signage u traffic calming measures skont il-bżonn.
Jista’ l-Ministru jara li jerġgħu jitpoġġew is-sleeping policeman fl-istess post fejn kienu qabel ma nqalgħu? Peress li din hija triq ġdida fejn l-ilma jaqleb kollu għal naħa waħda, jista’ jara li dan il-qlib u l-culverts jitranġaw biex l-ilma jidħol ġol-culverts?
Response (BORG, IAN)
Mill-bidu ta’ din is-sena s’Ottubru li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’196 triq residenzjali u 91 triq oħra qalb il-kampanja. Għaldaqstant minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, l-aġenzija bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 800 triq residenzjali u rurali.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid numru ta’ toroq residenzjali fil-lokalità tas-Swieqi li jinkludu Triq il-Ġiebja, Triq il-Kejla, Triq it-Tiben, Triq it-Tomna, Triq ir-Ratal, waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq tal-Franċiż u Triq il-Markiż Scicluna.
It-triq indikata hija waħda mit-toroq li nbnew mill-ġdid aktar kmieni din is-sena u qabel ma sarilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt, fiha saru xogħlijiet ta’ sistemi ġodda taħt l-art għad-drenaġġ, servizzi tal-ilma u telekomunikazzjoni, kif ukoll inbnew bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq. Barra minn hekk, Infrastructure Malta għamlet sistema ġdida għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita peress li din it-triq kien ilha snin twal bi problemi tal-għargħar. Din is-sistema se tkompli tittejjeb meta fiż-żmien li ġej tingħaqad ma’ sistema ġdida li qed issir anke fi Triq Sant’ Andrija fl-istess inhawi. It-twaħħil tal-ispeed bumps ukoll diġà huwa kuntrattat biex isir fiż-żmien li ġej.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16361, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Ir-Rabat Għawdex — Triq Wied il-Lunzjata - Crash barriers
Question
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22722, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li din iż-żona għerqet diversi drabi wara li saru l-barriers imsemmija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Kuntratturi li qed jagħmlu xogħol infrastrutturali — Roadside Electric Vehicle Charging Infrastructure
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu ix-xogħol infrastrutturali tar-ROADSIDE ELECTRIC VEHICLE CHARGING INFRASTRUCTURE ġewwa l-gżira ta’ Għawdex?Kif intagħżlu, meta ħarġet is-sejħa u fejn ġiet ippubblikata u kemm qed jitħallsu ta' kull Charging Point u b’liema rata qed jitħallsu l-kuntratturi li qed jagħmlu dan l-imsemmi xogħol? Jista' jgħid kemm u fejn saru Charging Points ġewwa Għawdex u kemm għad fadal issiru?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Infrastructure Malta – Stallazzjoni ta’ Reflectors
Question
Jista’ l-Ministru jagħti direzzjoni lill-Infrastructure Malta biex ikunu installati xi forma ta’ reflectors matul it-triq li tagħti mis-Siġġiewi għas-Saqqajja biex jiżdied il-viżwal matul il-lejl?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minbarra t-twettiq ta’ proġetti kbar fit-toroq arterjali u l-investiment bla preċedent li qed tagħmel fit-toroq residenzjali, Infrastructure Malta għaddejja wkoll b’ħidma fit-toroq rurali, tant li din is-sena s’Awwissu diġà kienet bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’71 triq qalb il-kampanja li flimkien iġibu mal-24 kilometru. Dawn ix-xogħlijiet saru b’investiment li qabeż it-€8 miljun, li l-parti l-kbira tagħhom kienu minn fondi lokali u l-bqija ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali tal-Unjoni Ewropea.
Għaldaqstant, fit-tliet snin kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta s’issa għamlet xogħlijiet f’aktar minn 300 triq rurali f’diversi lokalitajiet madwar Malta u li ħafna minnhom kien ilhom ma jitranġaw kif meħtieġ għexieren ta’ snin.
Fil-71 triq rurali li bniet mill-ġdid bejn Jannar u Awwissu li għaddew, l-aġenzija għaddiet mal-35 kilometru ta’ katusi, cables u pajpijiet oħrajn. Fl-istess waqt, fejn kien meħtieġ, il-kuntratturi tal-aġenzija għamlu wkoll sistemi ta’ ġbir tal-ilma tax-xita u ħarsien mill-għargħar. Din is-sena saru diversi toroq li jwasslu għal xtajtiet popolari bħalma hija t-triq twila 1.8 kilometri f’Delimara li twassal għal Xrobb l-Għaġin, Il-Ħofra l-Kbira u l-Ponta tal-Munxar, fost oħrajn, kif ukoll it-toroq fil-Mellieħa li jagħtu għal Daħlet ix-Xmajjar, ir-Ramla tat-Torri l-Abjad u l-Għar tad-Dragunara.
Triq it-Tiġrija li mis-Siġġiewi twassal għas-Saqqajja tlestiet f’Ottubru u fiha wkoll ġew mgħoddijin servizzi taħt l-art, inbnew mill-ġdid il-bankini fil-parti fejn diġá kien hemm qabel ma ssaħħew il-pedamenti u t-triq sarilha wiċċ ġdid bl-asfalt u linji ġodda. Għal din it-triq, Infrastructure Malta diġà għandha ordnati wkoll rifletturi apposta li jiggwidaw lis-sewwieqa mingħajr ma joħolqu tniġġis ta’ dawl f’dawn l-inħawi rurali, u li ser jitwaħħlu kif jaslu Malta fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16348 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-policy li hija in vigore li permezz tagħha jiġi awtorizzat parking space riżervat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-policy li hija in vigore li permezz tagħha jiġi awtorizzat parkeġġ riservat.